Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — calls for application

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #210 Sitting 332 2011-03-28 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skola Wistin Camilleri — ground tal-iskola primarja - no entry sign

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex fl-iskola Wistin Camilleri n-naħa tal-grawnd tal-iskola primarja hemm no entry sign? Tista' tgħid jekk hux minnu li hemm xi periklu u x'inhu l-kaġun?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-'no entry sign' li hemm fl-iskola Wistin Camilleri saret sabiex il-post fejn se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ma jkunx aċċessibbli.

Children Subsidy Scheme

Question

Tista' l-Ministru tgħid u tagħti rendikont a rigward iċ-childcare subsidy scheme?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din l-iskema offruta mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ hija miżura maħsuba biex toffri inċentiv lill-ġenituri li għandhom responsabbilta' għat-trobbija ta' tfal waqt li huma jitħarrġu fi ħdan il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ biex itejjbu il-prospetti tax-xogħol tagħhom u jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan billi nipprovdu sussidju sostanzjali, għal perjodu ta' taħriġ, fuq is-servizz ta' kura tat-tfal waqt il-ħin ta' taħriġ offrut mill-Korporazzjoni. L-għażla taċ-ċentru ta’ kura tat-tfal hija f’idejn il-ġenitur applikant. Is-sussidju b' rata ta' €1.50 fis-siegħa qed jiġi offrut għat-tul taż-żmien tat-taħriġ. L-ammont ta' siegħat eligibli għas-sussidju se jiġu kkalkulati minn siegħa qabel sa siegħa wara l-ħin stipulat għal-kors tat-taħriġ. Dan l-aħħar l-iskema ġiet estiża ukoll għal dawk il-persuni li jieħdu ħsieb xi persuna anzjan/a. Minn Jannar 2010 il-Korporazzjoni irċeviet tliet applikazzjonijiet għal dan is-sussidju.

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għandna ħames persuni li laħqu l-età tal-iritirar u li baqgħu jaħdmu. Id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif ġej: GRAD DATA TA’ DATA TA’ DATA SA META RTIRAR TIĠDID TA’ L-IMPJIEG JIBQA’ L-IMPJIEG FIS-SEHH Direttur Ġenerali 09.11.2009 08.11.2009 08.05.2011 Advisor 05.10.2005 06.10.2005 31.12.2011 Security Officer 24.10.2010 25.10.2010 24.10.2011 Butcher 14.12.2010 14.12.2010 13.12.2011 Persuna fuq kuntratt 03.07.2010 28.02.2011 27.02.2012

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuni li minkejja li laħqu l-età ta' l-irtirar u baqgħu jaħdmu fil-Ministeru tiegħi huma dawn:- Assistant Private Secretary - mill-14 ta' Jannar 2011 sal-14 ta' Jannar 2012, Manager Legal Affairs - mit-22 ta' Marzu 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, Tally Clerk mill-14 ta' Lulju 2010 sal-14 ta' Lulju 2011.

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll tagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24638 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll tagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Sapport — waiting list - residential services

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-klijenti tar-residential services tal-Aġenzija Sapport u kemm hi l-waiting list għal kull servizz u kemm hi l-istennija fuq din il-lista?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24623 Sitting 331 2011-03-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għajn Qatet - problema tal-livell ta' triq

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Ħamrija, Xewkija qed jilmentaw li fl-estremità tal-istess triq tmiss mal-estremità ta' Triq Għajn Qatet, hemm problema bil-livell tat-triq u qed iżomm l-ilma u kif ukoll qed ikun hemm żbroff ta' drenaġġ b'dannu u detriment għar-residenzi ta' dik il-parti ta' Triq Ħamrija u b'ínkonvenjent għal dawk kollha li jgħaddu minn hemm bil-mixi, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat minnufih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ser jittieħdu l-livelli tal-area msemmija biex naraw kif tista' tissolva l-problema tal-ilma. Dwar il-parti tal-mistoqsija li tikkonċerna żbroff tad-drenaġġ, nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #24624 Sitting 331 2011-03-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għajnsielem - Triq Gudja - ħmieġ u imbarazz

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Gudja, Għajnsielem, Għawdex qed jilmentaw minħabba kumulu ta' imbarazz u ħmieġ u li meta lmentaw mal-kunsill lokali, ġew infurmati li din hija responsabbiltà tal-gvern lokali, tista' l-Ministru tara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-tmexxija tal-kunsilli lokali.
Leg 11 PQ #24628 Sitting 331 2011-03-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Ministeru għandu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingħand id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda uffiċjal pubbliku li għalkemm għalaq l-età tal-irtirar li ġġeddidlu t-terminu tal-impjieg. Hemm numru ristrett ta' persuni li għandhom iktar minn 61 sena li għandhom kuntratt ta' konsulenti jew ambaxxaturi fi ħdan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #24630 Sitting 331 2011-03-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #24455 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment tar-Radjoloġija — magna u apparat

Question

Tista' l-Ministru telenka l-makkinarju u appart kollu li nxtara u ġie stallat fid-Dipartment tar-Radjoloġija? Tista' tgħid il-mudell ta' kull magna u apparat? Tista' tgħid meta ħarġet it-tender, min issottomettiha u lil min ġiet aġġudikata? Tista' tagħti l-specifications ta' kull magna, tgħid meta nxtrat, meta twaħħlet u meta bdiet tintuża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif murija hawn taħt: L-apparat li nxtara u l-mudell ta' kull magna/apparat li ġie stallat fid-Dipartiment tar-Radjoloġija jinkludi: Digital Radiographic/Fluoroscopic Unit - (Philips - DuoDiagnost) Skeletal Digital X-Ray Unit - (Philips - DigitalDiagnost) Spiral CT Scan Unit - (Philips - Brilliance 64 Slice) Direct Digital mammography Unit - (Hologic - Selenia Dimensions) Ultrasound Unit with Colour Doppler - (Philips - HD15) Computed Radiology Digitization System - (Philips-PCR Eleva) X-Ray Cassettes and Plates - (Philips-PCR Eleva S) It-tender għall-apparat tad-Dipartiment tar-Radjoloġija ħarġet fid-19 ta' Ġunju 2009 u l-informazzjoni dwar il-Kumpaniji li ssottomettew offerta għaliha tinsab fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Is-sejħa għall-offerti ntrebħet minn TrioMed Ltd. L-apparat ġie nstallat bejn Settembru u Novembru 2010. L-X-ray, Flouroscopy, Ultrasound u l-Mammogram bdew jintużaw f'Novembru 2010 filwaqt li CT Scan bdiet tintuża f'Jannar 2011.

Art fin-Nadur

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24222, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħalla barra art fin-Nadur, akkwist tal-art numru 149 li dehret fil-gazzetta tal-gvern numru 18,709? Jista' jgħid għaliex se tittieħed din l-art?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-akkwist tal-art fin-Nadur li sar permezz ta’ l-Avviż nru. 149 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern numru 18,709, tħalla barra mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24222, bi żvista. L-art ittieħdet fuq talba tal-Enemalta biex fuqha jibnu substation ġdid biex tissaħħaħ il-provvista ta’ l-elettriku fil-lokalità.
Leg 11 PQ #24457 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Road Construction — illegalitajjiet f'Ta' Muxi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-illegalitajiet kollha li qed isiru fuq Ta' Muxi mill-kumpanija Road Construction? Jista' jgħid jekk hux miżmum ix-xogħol kollu inkluż tal-barrieri u jekk le għaliex? Peress li dan il-kuntrattur għandu diversi stop notices, jista' jgħid għaliex kull darba qiegħed jiġi mġedded il-permess tal-barriera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-Tweġiba ser tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24458 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Kunsilli Lokali - xogħlijiet u manutenzjoni ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' toroq li saru fil-kunsilli lokali t'Għawdex mill-istess kunsilli f'dawn l-aħħar sentejn? Min kien il-kuntrattur? Kemm sewa x-xogħol u jekk kienx b'tender jew direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali involuti permezz ta’ Memo 23-2011 maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Hekk kif id-Dipartiment jirċievi l-informazzjoni kollha, nagħddijha lill- Kamra.

Social Security Working Group — studenti b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-ħidma tas-Social Security Working Group u tal-KK 16 Committee għall-istudenti b'diżabiltà ta' 'l fuq minn 16-il sena biex jiffaċilita t-tagħlim ta' dawn l-istudenti fil-livell terzjarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Social Security Working Group kien ħejja ‘macro review’ tas-sistema tas-Sigurtà Soċjali. F’dan ir-rapport il-working group identifika aspetti tas-sistema preżenti tas-sigurtà soċjali fejn għandu jsir aktar stħarriġ bi skop li filwaqt li s-sigurtà soċjali tibqa’ l-bażi tal-kenn għal familji Maltin għandha ukoll tgħin biex ikun hemm aktar inkluzjoni soċjali, jitnaqqas ir-riskju ta’ faqar kif wkoll titkattar il-kultura favur ix-xogħol fejn aktar persuni kemm nisa u anzjani jipparteċipaw fil-ħajja tax-xogħol. Bħalissa għadu għaddej l-istħarriġ fuq il-benefiċċji li jitħallsu lil persuni b’diżabilità u kif dawn jistgħu jiġu mtejba għal ġid tal-persuni b’diżabilità. L-Università ta' Malta u l-MCAST huma rappreżentati fuq il-Kumitat Koordinattiv 16+ li hu mmexxi mill-KNPD. Ir-rappreżentanti tagħhom jattendu l-laqgħat ta' dan il-Kumitat u b'dan il-mod huma qegħdin jikkoordinaw ma' l-entitajiet oħra li huma rappreżentati fuq dan il-Kumitat li jinkludu l-Aġenzija Sapport, l-ETC, il-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjieg u Familja, id-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudenti, il-Kummissarju tat-Tfal, id-Directorate for Lifelong Learning, u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. B'dan il-mod huma jiffaċilitaw id-dħul ta' studenti b'diżabilita' għal korsijiet fuq livell terzjarju u l-provvediment ta' sapport għal dawn l-istudenti skont il-ħtiġijiet tagħhom.