Peress li f'dawn l-aħħar ġranet qed ikun hemm ilmenti kontinwi minn utenti tal-home help għaliex l-għajnuna fid-djar mhix tingħata għaliex il-helpers qed imorru jnaddfu l-isptar, tista' l-Ministru tispjega din is-sitwazzjoni anomala x'inhi u minn liema prattika amministrattiva toħroġ? Tista' tgħid x'qed jagħmel il-gvern biex tiġi indirizzata din il-problema li nħolqot a detriment ta' dawn l-anzjani li tant għandhom bżonn? Tista' tgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jekk hemm nuqqas ta' cleaners fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex dan jiġi indirizzat mod ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bħalissa l-Uffiċċju tal-Anzjani f'Għawdex qiegħed fil-proċess li jaqleb il-PTSAs għal full time ta' 40 siegħa fil-ġimgħa. B'din iż-żieda ta' sigħat, l-anzjani qegħdin jiġu moqdija u l-isptar għadu jingħata servizz xorta waħda. Dawk is-Social Assistants li jixtiequ jmorru jaħdmu l-isptar, iridu jagħtu tal-inqas 32 siegħa f'servizz ta' homehelp u mhux aktar minn 8 sigħat fil-ġimgħa l-isptar. Bħalissa dan l-uffiċċju jinsab fil-proċess ta' tfassil ta' rosters u l-ewwel prijorità tas-social assistants huwa s-servizz lill-anzjani. Dawk is-social assistants li applikaw biex jaħdmu fuq reduced hours minħabba raġunijiet familjari, iridu jagħtu s-sigħat kollha allokati lilhom f'servizz lill-anzjani.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24676, tista' l-Ministru tgħid u tispjega abbażi ta' liema proċedura u/jew ordni u/jew sejħa kien qed jiġi provdut u għadu jiġi provdut t-trasport għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Tista' tgħid min qed jipprovdi s-servizz u kemm ilu jagħmel dan? Tista' tgħid ukoll kemm jitħallas għal dan is-servizz kull sena u kemm tħallas s'issa kull min pprovda dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taht id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu il-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24631 u jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li laħqu l-età tal-irtirar u baqgħu jaħdmu
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-illegalitajiet kollha li qed isiru fuq Ta' Muxi mill-Kumpanija Road Construction? Jista' jgħid jekk hux miżmum ix-xogħol kollu inkluż tal-barrieri u jekk le għaliex? Peress li dan il-kuntrattur għandu diversi stop notices, jista' jgħid għaliex kull darba qiegħed jiġi mġedded il-permess tal-barriera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Għawdex — Għajnsielem - Triq Gudja - ħmieġ u imbarazz
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24624 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: peress li r-residenti ta' Triq Gudja, Għajnsielem, Għawdex qed jilmentaw minħabba kumulu ta' imbarazz u ħmieġ u li meta lmentaw mal-kunsill lokali, ġew infurmati li din hi responsabilità tal-gvern ċentrali, jista' l-Prim Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, informa lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li fi Triq il-Gudja fl-istess lokalità ma jeżisti ebda kumulu ta’ imbarazz u ħmieġ. Jirrizulta li l-unika lment li daħal lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem dwar din it-triq hu dwar ipparkjar ta’ vetturi kbar quddiem il-playingfield ta’ Hersey. Dwar dan il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem ħa l-passi neċessarji.
Ministeru għal Għawdex — inkjesti/investigazzjonijiet u stħarriġ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22789, peress li l-aħħar parti tagħha ma ġietx imwieġba u ċioe jekk ittieħdux passi dixxiplinarji/legali u jekk ġewx sospiżi xi nies, tista' l-Ministru twieġeb għal din il-parti tad-domanda ukoll?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija nkluża fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22789.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — calls for application
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — calls for application
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — calls for application
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — calls for application
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
O level tal-Home Economics — studenti b'diżabilità
Question
Peress li hemm studenta b'diżabilità li trid tagħmel il-parti prattika tal-O'Level tal-home economics u l-ebda skola f'Għawdex, lanqas l-iskola l-ġdida tas-subien m'għandha l-faċilità biex persuni b'diżabilità jagħmlu dan l-eżami, tista' l-Ministru tgħid x'se jsir biex din il-problema tiġi indirizzata b'mod immedjat biex din it-tifla u oħrajn bħalha jkollhom il-possibilità li jagħmlu dan l-eżami?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li kemm fl-iskola Sekondarja tal-Bniet Agius de Soldanis kif ukoll fl-iskola tas-Subien Ninu Cremona, hemm aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità inkluż lift f'kull skola.
Studenta fil-form 4 ġiet trasferita għall-iskola Sekondarja tal-Bniet minn skola privata f'Jannar 2011. Din l-istudenta għandha s-suġġett tal-Home Economics li tiegħu se tagħmel l-O Level f'Mejju tal-2012 li jinkludi eżami tal-prattika.
Qed jiġi stabbilit x'arranġamenti hemm bżonn li jsiru biex jiġi ffaċilitat li din l-istudenta tkun tista' tagħmel l-eżami tal-prattika dejjem skont kif jippermettu r-regolamenti tal-eżamijiet.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex kien hemm każ ta' tifla li kellha bżonn tuża magna li hemm fid-Dipartiment tar-Radjoloġija l-ġdid u ma tħallietx għaliex skont kif qalu lill-ġenituri kien hemm il-ftuħ uffiċjali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-inawgurazzjoni uffiċċjali tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex inżammet f'post li bl-ebda mod ma ġie mxekkel is-servizz offrut minn dan id-Dipartiment. Il-ħames magni li hemm f'dan id-dipartiment kienu disponibbli għal kull użu mediku ankè waqt l-istess inawgurazzjoni. Ma jirriżultax li ġie rrifjutat xi servizz lil tifla kif qed jiġi ddikjarat. L-unika pazjenta tifla li ddaħlet fl-Emerġenza daħlet fid-disgħa ta' bil-lejl, ħafna wara li saret l-inawgurazzjoni, u lanqas ma kien hemm pazjenti bniet fis-sala tat-tfal f'dik il-ġurnata.
Tista' l-Ministru tgħid x'tenders ħarġu għat-trasport tal-persuni b'diżabilità li jattendu ċ-ċentri għal matul il-jum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ma ħarġet l-ebda tender għat-trasport tal-persuni b'diżabilità li jattendu ċ-ċentri għal matul il-jum. Madanakollu, għandu jiġi ppublikat tender għal dan is-servizz fil-futur qrib.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — calls for application
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — calls for application
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — calls for application
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.