Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini tal-Parlamentari il-ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jikkonferma jekk il-ġebel tal-qawwi li se jintuża għall-bini tal-parlament il-ġdid hux qed jinqata' minn barriera fil-Qala? Jekk fl-affermattiv, jista' jingħata l-isem tal-kumpanija jew sid il-barriera?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-ġebel tal-qawwi li se jintuża għal bini tal-Parlament il-Ġdid ser jinqata' minn barriera fil-Qala li s-sid tagħha hija l-kumpanija roads construction. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24140 dwar kif saret din l-għażla.
Leg 11 PQ #25281 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — telf ta' negozju

Question

Peress li sidien tal-ħwienet fix-Xlendi qed jilmentaw fuq inkonvenjent kif ukoll telf ta' negozju minħabba dewmien fix-xogħol li qed isir fix-Xlendi, appuntu quddiem dawn il-ħwienet fejn issa ukoll inqalgħu l-bankini u hemm ħofra mimlija ilma maħmuġ u qiegħed jinten, tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet biex jitneħħa dan l-inkonvenjent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-Triq tax-Xlendi mistennija li jkunu lesti sa Mejju 2011.
Leg 11 PQ #25315 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

blood samples li nġabu Malta mill-Isptar t' Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li bejn il-lejl tas-6 u s-7 ta' April inġarru blood samples bil-helicopter mill-Isptar ta' Għawdex għall-Isptar Mater Dei u tispjega ċ-ċirkostanzi li taw lok għal dan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-lejl imsemmi, helicopter intuża sabiex iwassal kampjun tad-demm ta' pazjent. Dan it-test tad-demm li kellu bżonn isir urġenti, ma jinħadimx ġewwa l-Isptar t'Għawdex u għalhekk kellu jiġi trasferit lejn Mater Dei malajr kemm jista' jkun minħabba li l-konsulent kellu bżonn b'urġenza l-istess riżultati. Minħabba li n-numru ta' pazjenti li jidħlu fl-isptar f'ċertu ħinijiet (bħal f'dan il-każ) huwa minimu u għalhekk faċli wieħed jidentifika l-pazjent, ma nħossx li hu korrett li nsemmi b'mod pubbliku t-tip ta' test li sar.

burial permits għal trabi u feti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25145 u jgħid kemm inħarġu burial permits għal trabi u feti f'dawn l-aħħar seba' snin u jindika l-etajiet u l-lokalità sena b'sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul dawn l-aħħar seba' snin inħarġu dawn il-burial permits għal trabi u feti. Matul is-sena 2004 Inħarġu 3 burial permits għal trabi Inħareġ 1 burial permit għal 60 fetu Matul is-sena 2005 Inħarġu 3 burial permits għal trabi Inħareġ 1 burial permit għal 57 fetu Matul is-sena 2006 Inħarġu 5 burial permits għal trabi Inħareġ 1 burial permit ghat 57 fetu Matul is-sena 2007 Inħarġu 8 burial permits għal trabi Inħareġ 1 burial permit għal 50 fetu Matul is-sena 2008 Inħarġu 10 burial permits għal trabi Inħarġu 3 burial permits għal 43 fetu Matul is-sena 2009 Inħarġu 7 burial permits għal trabi Inħarġu 7 burial permits għal 37 fetu Matul is-sena 2010 Inħarġu 5 burial permits għal trabi Inħarġu 3 burial permits għal 53 fetu Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-maġġoranza tal-imwiet jissuċċedu meta jkunu għadhom fil-ġuf tal-omm, u ċioe’ waqt it-tqala jew eżatt wara t-twelid tat-tarbija fl-iSpecial Care Baby Unit.

Sussidju ta' tadam proċessat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-pagament tas-sussidju għat-tadam proċessat tal-2010 peress li għadu ma tħallasx?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi bħal issa qed jiġi konkluż l-eżerċizzju ta’ awditjar u verifikazjoni fuq it-tadam tal-iprocessar imkabbar matul is-sena l-oħra. Huwa mistenni li dan l-eżerċizzju jintemm fil-ġimgħat li ġejjin u għalhekk dawn il-pagamenti mhux mistennija li jitħalsu aktar tard mill-aħħar ta' Ġunju.

Triq mix-Xewkija għar-Rabat — pelican lights

Question

Peress li se jsiru x-xogħlijiet fit-triq mix-Xewkija għar-Rabat, u minħabba li fil-parti ta' din it-triq li qiegħda fix-Xewkija magħrufa bħala tal-ħniena u tal-barmil hemm periklu għar-residenti li jkollhom bżonn jaqsmu t-triq biex imorru għall-ħwienet u anke l-Knisja, jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jsiru pelican lights jew xi mezz ieħor li permezz tiegħu n-nies ikunu jistgħu jaqsmu t-triq mingħajr periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #25601 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — vakanzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'vakanzi hemm fid-Dipartimenti, u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru u x'sejħiet jew applikazzjonijiet huma maħsuba li joħorġu fix-xahrejn li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Ministeru għandu bżonn jigbor din l-informazzjoni mingħand id-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24835.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — calls for application

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24940.
Leg 11 PQ #25129 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kumitat tal-Għażla għall-Opri tal-Arti f'Postijiet Pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-Kumitat tal-Għażla għall-Opri tal-Arti f'Postijiet Pubbliċi u tgħid xi kwalifiki għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi l-Kumitat tal-għażla għall-opri tal-arti f'postijiet pubbliċi f'Għawdex huwa kompost minn: Is-Sur Joseph G. Scerri Segretarju Permanenti Is-Sur Joe Camilleri Kritiku tal-Arti Is-Sur Charles Cassar Artist u Għalliem tal-Arti Is-Sur Daniel Cilia Fotografu Professjonali Is-Sur Fabrizio Mifsud Soler Appuntat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Arti Is-Sinjorina Bernadine Scicluna Kuratriċi - Heritage Malta Is-Sur Anthony Zammit Direttur Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali.

Programmi BUDZ u Embark for life

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm konkorrenza għal programmi BUDZ u Embark For Life minn meta bdew s'issa u tgħid minn liema lokalitajiet kien hemm konkorrenti, l-età tagħhom u s-sess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24061, tista' l-Ministru tpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika li għaliha qed tirreferi fit-twegiba mogħtija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #25004 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

teatri tal-operazzjonijiet — tlestija ta' xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol fit-teatri tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u tgħid x'xogħol sar s'issa u x'għad fadal isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol fit-Teatru tal-Operazzjonijiet qiegħed fil-fażi ta' 'procurement'. Għandu jitlesta sal-aħħar ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #25005 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

ambulanza mikrija

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji tal-ambulanza li nkriet f'dawn l-aħħar xhur u tgħid xi specifications għandha, kemm hi l-kirja, għal kemm u mingħand min inkriet? Tista' tgħid inoltre kemm-il darba ġarret pazjenti lejn Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ambulanza (HSG400) hija vettura diesel tat-tip Mercedes Sprinter 416CDI, b'magna 2869cc. Iġġorr 5 passiġġieri inkluż 3 pazjenti (2 stretchers u 1 wheelchair). Ġiet manifatturata fl-2001. Inkriet fis-7 ta' Frar mingħand F.A.S. Ltd. għall-prezz ta' 110 Ewro kull ġurnata li tintuża biss. Jekk ma tintużax ma nħallsu xejn. S'issa ntużat f'6 ġranet separati (7.2.11/8.2.11/9.2.11/10.2.11/14.2.11/5.4.11) u ġarret 10 pazjenti lejn Malta (M.D.H. u Boffa Hospital).

Gozo Channel — diskrepanza fil-basic pay tal-mooring men

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex hemm diskrepanza fil-basic pay tal-mooring men tal-Gozo Channel minkejja li għandhom l-istess grad?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemm l-ebda diskrepanzi fil-basic wage fil-grad ta’ Mooring Man.

Aġenzija Sapport — case load tas-social workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-medja ta' case load tas-social workers tal-Aġenzija Sapport?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-medja ta’ case load tas-social workers tal-Aġenzija Sapport fis-servizz ġeneriku hija ta’ 33.

personal assistants — persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar tliet snin minn persuni b'diżabiltà għall-personal assistants? Kemm ġew milqugħa, kemm għad baqa' fil-waiting list u kemm kellhom is-servizz sospiż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kumitat tal-Allokazzjoni tas-Servizzi (Service Allocation Committee) fi ħdan l-Aġenzija SAPPORT, mill-bidu tas-sena 2008 s’issa iltaqa’ 28 darba. F’dawn it-28 laqgħa, il-kumitat ra total ta’ 109 talbiet relatati mas-Servizz fil-Komunità offrut mill-Aġenzija SAPPORT. Dawn it-talbiet jinkludu talbiet ta’ individwi li jkunu talbu Servizz fil-Komunità għall-ewwel darba, talbiet ta’ individwi li jkunu jeħtieġu żieda fis-Servizz fi-Komunità li jkunu diġà qegħdin jirċievu, u wkoll appelli għal deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-kumitat relatati mas-Servizz fil-Komunità. Dawn jinkludu assistenza personali (personal assistance) Minn dawn il-109 talbiet, bħalissa hemm 28 individwu li għadhom qed jistennew biex jibdew jingħataw is-Servizz fil-Komunità li ġie approvat lilhom mill-Kumitat għall-Allokazzjoni tas-Servizzi.

Sptar Monte Carmeli — persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma irġiel? Jista' jindika l-etajiet, tip ta' diżabilità u kemm ilhom hemm?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli hemm 68 pazjenti b’diżabilità - 45 irgiel u 23 nisa. L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 20 sena u ‘l fuq minn 60 sena. It-tip ta’ diżabilità hija dik intellettwali. Iż-żmien li dawn il-pazjenti ilhom rikoverati fl-Isptar Monte Karmeli ivarja bejn 4 xhur u ‘l fuq minn 30 sena. Ta’ min iżid li permezz ta’ kura fil-komunita’ minn team multidixxiplinarju, il-length of stay fl-isptar Monte Carmeli qed tonqos. Dan għaliex pazjenti jkunu jistgħu jiġu discharged u jiġu followed-up fil-komunità. Bħalissa s-servizzi fil-komunità ġew estiżi f’erbgħin lokalità, b’130 professjonist.