Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26142 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq San Blas - kisja tarmka lit-triq

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tingħata t-tieni kisja tarmak fit-Triq San Blas in-Nadur, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-triq imsemmija taqa' fir-responsabilità tal-kunsill lokali tal-lokalità, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #26168 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Fontana — Triq is-Sajjieda u Triq Sptar San Ġiljan - walter culvert

Question

Peress li r-residenti ta' Triq is-Sajjieda u Triq Sptar San Ġiljan fil-Fontana qed jilmentaw minħabba kumulu ta' ilma meta tagħmel ix-xita u li allura jeħtieġ li jsir walter culvert, tista' l-Ministru tara li dan il-culvert isir biex jiġi indirizzat dan l-inkonvenjent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li huwa ppjanat li jsir water culvert biex tittaffa din il-problema.
Leg 11 PQ #26175 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għasri — Triq il-Fanal - triq fi stat ħażin

Question

Peress li r-residenti ta' Triq il-Fanal - Għasri qed jilmentaw għaliex it-triq tagħhom hija fi stat ħażin ħafna tant li partijiet minnha għadhom torba, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se ssir din it-triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li parti mit-triq in kwistjoni taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Kunsill Lokali tal-Għasri, filwaqt li l-parti l-oħra, li qatt ma kienet asfaltata, taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għal Għawdex. Mill-informazzjoni li l-Kunsill Lokali tal-Għasri għadda lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirriżulta li l-kunsill iddiskuta l-istat tat-triq in kwistjoni f’diversi laqgħat u qed jagħtiha l-prijorità meħtieġa.
Leg 11 PQ #26176 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Triq Aniċi u Triq Neolitiċi - rimi ta' skart illegali

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Aniċi u Triq Neolitiċi fir-Rabat qed jilmentaw minn rimi ta' skart illegali ġo sit li kien imdawwar b'ħajt u li issa dan il-ħajt huwa mwaqqa, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex se jieħu l-passi neċessarji fuq il-materja in kwistjoni.
Leg 11 PQ #26177 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sindki u kunsilliera — allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances ta' sindki u kunsilliera fl-aħħar sentejn minn kull kunsill lokali f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant permezz ta’ Memo 46/2011 li nħareg mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.

Mediċini out of stock — Vastarel MR

Question

Peress li mill-ispiżeriji Għawdxin taħt l-iskema tal-Ispiżjerija tal-Għażla Tiegħek, il-Vastarel MR ilhom out of stock għal dawn l-aħħar xahrejn dan qed joħloq inkonvenjent għal dawk kollha li għandhom bżonnhom? Jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa il-Vastarel MR qiegħed in stock u sal-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet din il-mediċina ġiet imqassma fl-ispiżeriji kollha li qed jipparteċipaw fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] f’Malta u Għawdex.

Triq mix-Xewkija għar-Rabat — pelican lights

Question

Peress li se jsiru x-xogħlijiet fit-triq mix-Xewkija għar-Rabat, u minħabba li fil-parti ta' din it-triq li qiegħda fix-Xewkija magħrufa bħala tal-ħniena u tal-barmil hemm periklu għar-residenti li jkollhom bżonn jaqsmu t-triq biex imorru għall-ħwienet u anke l-Knisja, jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jsiru pelican lights jew xi mezz ieħor li permezz tiegħu n-nies ikunu jistgħu jaqsmu t-triq mingħajr periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25832.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi hemm fid-Dipartimenti, uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru u x'sejħiet jew applikazzjonijiet huma maħsuba li joħorġu fix-xahrejn li ġejjin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25830.
Leg 11 PQ #25896 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Flus tal-overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-flus tal-overtime lill-pulizija li huma dovuti għas-snin 1993 sa 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni tal-Korp m’għandha f’idejha ebda talba konkreta dwar ħlas ta’ overtime pendenti ma' xi membru tal-Korp. Jekk l-Onorevoli Membru qed tirreferi għar-rappreżentazzjonijiet li saru mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija dwar kumpens allegatament dovut għar-rigward ta’ siegħat mahduma matul il-perjodu ndikat, ngħarrafha li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex, bi qbil bejn il-partijiet kollha nteressati, jitwaqqaf mekkaniżmu li jipprovdi soluzzjoni xierqa għal din il-kwistjoni.
Leg 11 PQ #26021 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tibdil tal-karta tal-identità minn Malta għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-Maltin li qalbu l-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant li n-numru ta’ persuni ta’ ċittadinanza Maltija li qalbu l-karta ta’ l-identita’ tagħhom minn Malta għal Għawdex f’ dawn l-aħħar għaxar snin kien ta’ 5,180. L-informazzjoni ma tistax tingħata skont is-sena kalendarja minħabba l-istatistika tinġabar u tinżamm kull sitt xhur, skont il-publikazzjoni tar-Reġistru Elettorali. L-ammont ta’ 5,180 huwa maqsum skont it-tabella annessa.
Leg 11 PQ #26024 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Pixxina ta' Għawdex

Question

Tista' l-Ministru: a) tgħid għal liema raġuni l-pixxina li se ssir oriġinarjament kellha tkun ta' ħamsin metru u issa spiċċat ta' distanza ta' 25metru; b) tgħid xi studji u konsultazzjonijiet saru rigward il-pixxina, ma' min u meta saru; u c) tgħid x'tip ta' kompetizzjonijiet u ta' liema livell jistgħu jsiru fil-pixxina li se ssir f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet differenti minn dawk li kienu ġew deċiżi oriġinarjament. Saret konsultazzjoni mal-MIMCOL matul l-aħħar xhur. Kull tip ta' kompetizzjoni fuq livell internazzjonali se tkun tista' ssir fil-pixxina.

Kunsill Malti għall-Isport — ħidma fil-kamp tad-diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma qed issir mill-Kunsill Malti għall-Isport fil-kamp tad-diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) jaħdem ma’ diversi għaqdiet biex jorganizzaw attivitajiet sportivi għall-persuni b’diżabilità. Sal-lum il-KMS ħadem mill-qrib ma’ Special Olympics, Inspire, Deaf Sport Association, Physically Handicapped Rehabilitation Fund, Wheelchair DanceSport, Access for All, l-Isptar Monte Karmeli u l-Malta Paralympic Committee. Barra minhekk, il-KMS joffri assistenza varja li tinkludi, imma mhux biss limitata, għal allokazzjoni ta’ coaches kwalifikati biex jieħdu ħsieb u jmexxu s-sessjonijiet sportivi għall-persuni b’diżabiltà, l-użu ta’ numru ta’ faċilitajiet sportivi biex jintużaw mill-istess għaqdiet, kif ukoll l-allokazzjoni ta’ uffiċċini minn fejn joperaw.

Gross Domestic Product — childcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ tal-Gross Domestic Product ta' pajjiżna qed jintefaq għal childcare?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25813.

Xogħlijiet fit-triq mix-Xewkija għar-Rabat

Question

Peress li se jsiru x-xogħlijiet fit-triq mix-Xewkija għar-Rabat, u minħabba li fil-parti ta' din it-triq li qiegħda fix-Xewkija magħrufa bħala tal-ħniena u tal-barmil hemm periklu għar-residenti li jkollhom bżonn jaqsmu t-triq biex imorru għall-ħwienet u anke l-Knisja, jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jsiru pelican lights jew xi mezz ieħor li permezz tiegħu n-nies ikunu jistgħu jaqsmu t-triq mingħajr periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa fi Triq l-Imġarr, Xewkija, bejn tal-Ħniena u tal-Barmil, hemm crossing waħda biss viċin il-knisja li tinsab fejn Triq l-Imġarr tagħqad ma’ Triq San Bert. Fil-proposta ta’ Triq l-Imġarr huwa maħsub li din il-crossing eżistenti tinżamm, u hemm ukoll maħsub pelican light faċċata ta’ Triq il-Bennejja, Xewkija, oħra fejn l-Università u waħda viċin fejn Triq l-Imġarr tagħqad ma’ Triq il-Mitħna.
Leg 11 PQ #25833 Sitting 344 2011-05-10 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qala — Ta' Muxi - Illegalitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-illegalitajiet kollha li qed isiru fuq Ta' Muxi, Qala mill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament? Jista' jgħid jekk hux miżmum ix-xogħol kollu inkluż tal-barrieri? Jekk le, għaliex? Peress li dan il-kuntrattur għandu diversi stop notices, jista' jgħid għaliex kull darba qiegħed jiġi mġedded il-permess tal-barriera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #25834 Sitting 344 2011-05-10 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' toroq f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' toroq li saru fil-kunsilli lokali t'Għawdex mill-istess kunsilli f'dawn l-aħħar sentejn? Min kien il-kuntrattur? Kemm sewa x-xogħol u jekk kienx b'tender jew direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant permezz ta’ Memo 40/2011 li nħareg mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.
Leg 11 PQ #25835 Sitting 344 2011-05-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qala, Tal-Muxi — Radam

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23582 u jgħid għaliex ir-radam li ntefa' f'Tal Muxi, fil-Qala, Għawdex għadux hemm u l-kuntrattur ma ġiex ordnat li jneħħih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23990
Leg 11 PQ #25765 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — ilmenti fuq kumulu t'ilma

Question

Peress li sidien tal-ħwienet fix-Xlendi qed jilmentaw minħabba kumulu t'ilma quddiem l-istabbilimenti tagħhom u dan qed ikun kaġun t'inkonvenjent enormi anke għall-klijenti tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'se jsir biex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat minnufih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minkejja li din il-problema ilha teżisti għal bosta snin, ix-xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tat-Triq tax-Xlendi qed jieħdu inkonsiderazzjoni din il-problema sabiex dan l-inkonvenjent jittaffa kemm jista' jkun.

xogħlijiet fit-triq bejn ix-Xewkija u r-Rabat Għawdex

Question

Peress li b'konsegwenza tax-xogħlijiet fit-triq bejn ix-Xewkija u r-Rabat l-influss tat-traffiku fix-Xewkija żdied u se jkompli jiżdied konsiderevolment u peress li ħafna mit-toroq fix-Xewkija ilhom snin bil-ħtieġa li ssirilhom manutenzjoni u baqgħet qatt ma saret, partikolarment Triq il-Mitħna li tinsab fi stat ħażin u fiha ħofor fondi li jikkostitwixxu ukoll periklu, minkejja li ħafna mit-traffiku għar-Rabat appuntu qed jgħaddi minn din l-istess triq, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li din it-triq isirulha x-xogħlijiet neċessarji ta' manutenzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li huwa ppjanat li jsir patching f’numru ta’ toroq li se jintużaw għad-devjazzjoni tat-traffiku waqt li jsiru x-xogħlijiet fuq Triq l-Imġarr, fosthom hemm numru ta’ toroq ġewwa x-Xewkija. Il-parti ta’ fuq biss ta’ Triq il-Mitħna (bejn Triq l-Imġarr sa Triq l-Indipendenza) hi ppjanata li tintuża bħala devjazzjoni. Partikolarment fi Triq il-Mitħna, ix-xogħol li se jsir jikkonsisti f’ patching works estensivi bejn fejn Triq il-Mitħna tagħqad ma’ Triq l-Imġarr u Triq l-Indipendenza. Fi Triq l-Indipendenza huwa ukoll ippjanat li jsir xi patching skont fejn hemm bżonn u partikolarment viċin il-Knisja tax-Xewkija. Dan ix-xogħol huwa ntenzjonat sabiex jiġi mtejjeb il-wiċċ eżistenti għall-użu tal-vetturi waqt ix-xogħlijiet fuq it-triq prinċipali u m'hemm l-ebda xogħol ieħor fil-pjanijiet ta’ Transport Malta għal dan il-proġett. Il-manutenzjoni ta’ dawn it-toroq hija fir-responsabilità tal-kunsill lokali tal-lokalità.

Gross Domestic Product — childcare

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25662 u jgħid x'persentaġġ tal-Gross Domestic Product ta' pajjiżna qed jintefaq għal childcare?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2011, il-Ministru responsabbli mix-Xogħol, Edukazzjoni u l-Familja għandu allokazzjoni ta’ €950,000 għal child care centres. Dan minbarra investiment li qed isir mill-Malta Enterprise għall-bini ta’ child care centres ġewwa żoni industrijali, u minbarra investiment ieħor li qed isir mill-privat għal dawn iċ-ċentri. Tajjeb infakkar ukoll illi l-gvern nieda skema ta’ tax credit għal dawk il-familji li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’ child care centres privati.