Peress li x-xogħol fi Triq l-Imġarr bejn ix-Xewkija u r-Rabat jinsab wieqaf, iżda minkejja dan it-triq xorta hija magħluqa, tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol huwa wieqaf u kif ukoll tgħid min se jagħmel tajjeb u jikkumpensa lis-sidien tal-ħwienet li hemm f'dik it-triq li qed jitilfu l-klijenti għaliex it-triq magħluqa għalxejn minħabba li x-xogħol mhux qed isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-proġett ta' Triq l-Imġarr huwa amministrat mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew intavolati appelli minn deċiżjonijiet tal-Adoption Unit lill-Bord tal-Appell minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi, kull sena separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn meta dahhlet fis-seħħ il-Liġi ġie ntavolat Appell wieħed biss minn deċiżjoni tal-Adoption Board, liema Appell ġie ntavolat f'Jannar tas-sena kurrenti.
L-imsemmi Appell għadu ma nqatax peress li għad hemm xhieda li jridu jinstemgħu quddiem l-
Appeals Board
. Għal dan l-iskop l-
Appeals Board
ilu jiltaqa' regolarment minn Frar tas-sena kurrenti u hemm diversi seduti diġa' ffissatti bil-għan illi l-
Appeals Board
jisma' dawn ix-xhieda u jsirilhom l-kontro eżamijiet meħtieġa, jekk ikun il-każ, skont il-Liġi, b'hekk jiġi deċiż l-Appell. Ta' min jirrileva illi in vista tal-fatt illi dan huwa każ pjuttost sensittiv kien hemm bżonn illi l-
Appeals Board
jestendi t-terminu ai termini tal-Artiklu 17 (5) tal-Kap. 495 tal-Liġijiet ta' Malta, pero' għad fadal biss ftit xhieda u mistenni li l-
Appeals Board
jasal għal konklużjoni imminentement.
Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — work load tas-social workers
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-work load ta' kull social worker li hemm fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-Taqsima Ħidma Soċjali fil-Ministeru għal Għawdex fil-preżent qiegħda ssegwi medja ta' 150/175 każ. Dawn huma mqassma hekk: 4 social workers b'case load ta' 35 każ individwalment, s-senior social worker b'case load ta' 25 u għandu wkoll is-superviżjoni tas-social workers, kif ukoll social worker oħra li għandha l-koordinament tat-Taqsima flimkien ma' case load ta' 10 każijiet.
Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — aċċess superviżjonat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' aċċess superviżjonat li qed isiru mis-social workers tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u tgħid kemm qed jingħataw sigħat fil-ġimgħa għal dan it-tip ta' aċċess minn kull social worker?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-Taqsima Ħidma Soċjali fil-preżent qiegħda ssegwi 20 każ ta' aċċess superviżjonat. Dawn jirrikjedu 18-il siegħa ta' ħidma soċjali fil-ġimgħa minn 3 social workers u dawn jitqassmu f'6 sigħat minn kull social worker.
Kunsill Malti għall-Isport — ħidma fil-kamp tad-diżabilità - Fondi u Riżorsi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26040, tista' l-Ministru tagħti aktar tagħrif u dettalji dwar dak li ingħad fit-tweġiba u kemm kien hemm fondi u riżorsi involuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar 5 snin, għaqdiet sportivi li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilita rċievew total ta’ €34,483.98 f’assistenza mingħand il-KMS. Għal din is-sena, sa Mejju 2011, l-assistenza totali allokata għal dawn l-għaqdiet hija ta’ €22,288.60.
Minbarra assistenza finanzjarja, il-KMS joffri assistenza varja oħra li tinkludi, imma mhux biss limitata, għal allokazzjoni ta’ proviżjoni ta’ uffiċini għal użu mil-lat amministrattiv waqt li mill-lat tekniku qed jiġu provduti
coaches
kwalifikati sabiex jieħdu ħsieb u jmexxu s-sessjonijiet sportivi għal persuni b’diżabiltà kif ukoll użu ta’ numru ta’ faċilitajiet sportivi b’sussidju ta’ mija fil-mija.
Fil-qasam tad-Deaf Sports, il-KMS investa f’
coach
kwalifikat li b’dedikazzjoni kbira iħarreġ lil dawn l-atleti fil-logħba tal-
football
. Din l-assistenza tingħata għal siegħa u nofs fil-ġimgħa u ilha tingħata sa mill-2009. Filwaqt li l-
Wheelchair Dance Sport
ibbenefika minn servizz ta’
coach
kwalifikat għal waqt attivita’ internazzjonali.
Id-
Deaf Sports
, l-
Occupational Therapy
tal-Isptar Monte Carmeli, l-i
Special Olympics
, il-
Wheelchair Dance Sport
u l-Inspire ibbenefikaw minn sussidju ta’ mija fil-mija fuq użu ta’ faċilitajiet sportivi. Filwaqt li l-i
Special Olympics
ibbenefikaw ukoll minn sussidju ta’ mija fil-mija fi spazju ta’ ufficini fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq.
In vista tal-inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr nhar it-Tlieta 17 ta' Mejju 2011 li b'konsegwenza tiegħu ġiet imblukkata t-triq, tista' l-Ministru tgħid x'beħsiebha tagħmel biex issir triq alternattiva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li flimkien mal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni ġew ikkunsidrati possibilitajiet biex tissolva l-problema ta' aċċess wieħed mill-Imġarr iżda hemm problemi tekniċi u ambjentali li għad iridu jinstabu soluzzjonijiet għalihom.
Kulleġġ Santa Theresa Primarja ta' Birikirkara — każ ta' bullying
Question
B'referenza għall-każ ta' bullying li għaddej fil-Kulleġġ ta' Santa Theresa Primarja ta' Birkirkara, li d-dettalji tal-vittma qed jintbagħtu separatament, peress li dan it-tifel għadu jissubixxi bullying minn tfal li huma magħrufa, tista' l-Ministru tgħid x'se jsir biex dan l-abbuż minn dawn it-tfal jieqaf u jekk hemm bżonn tara li l-każ anke jiġi rappurtat lill-pulizija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B’rabta ma’ dan il-każ, fejn hu rapportat li l-aggressjoni fiżika mhux qed tkun ġejja min-naħa waħda biss, inġiebet fl-iskola l-anti-bullying teacher li għamlet sessjoni mat-tfal involuti. Minbarra dan, l-iskola ħadet diversi passi:
(1) saret
Case Conference
dwar dan it-tifel;
(2) saret applikazzjoni għall-i
Statementing Board
biex it-tifel konċernat jingħata LSA full-time;
(3) saret
referral
għall-i
School Psychological Services
.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-(FSWS) Foundation for Social Welfare Services mhux qed jiġu supplied bi stationery, detergents, diżinfettant u kafe? Tista' tara li dawn is-supplies jingħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-interess tal-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li jkollha l-provisti neċessarji sabiex is-servizzi fi ħdanha jkomplu joperaw mingħajr xkiel. Minkejja l-fatt li l-persuna li kienet taħdem fuq bażi
full time
u li parti mix-xogħol tagħha kien iffukat fuq it-tqassim tal-provvisti rtira u l-proċess ta’ reklutaġġ għadu għaddej, ix-xogħol ta’ din il-persuna qed isir minn ħaddiema oħra fi ħdan l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni. Bħalissa ġiet addottata sistema temporanja fejn ix-xogħol qed jitqasssam kull nhar ta’ Ġimgħa u l-persuni responsabbli li jagħmlu l-ordnijiet ġew avzati b’din is-sistema temporanja.
Bħalissa għaddej il-proċess ta’ reklutaġġ ta’ impjegat
full-time
wara li nħolqot vakanza tax-xogħol meta persuna, li parti mix-xogħol tagħha kien it-tqassim tal-provvisti, rtirat.
Għal żmien temporanju ġiet addottata sistema fejn ix-xogħol li kienet tagħmel din il-persuna qed jitqassam kull nhar ta’ Ġimgħa u l-persuni responsabbli li qed jagħmlu l-ordnijiet kienu nfurmati li din is-sistema hi waħda temporanja.
ITS — Regolament tal-Eżamijiet - persuni fil-wheelchairs
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24686 fejn il-Ministru qalet 'Qed jiġi stabbilit x'arrangamenti hemm bżonn li jsiru biex jiġi faċilitat li din l-istudenta tkun tista' tagħmel l-eżami tal-prattika kif jippermettu r-regolamenti tal-eżamijiet.' u peress li issa l-eżami sar, iżda l-arrangamenti li wegħdet il-Ministru ma seħħewx, tista l-Ministru tgħid għaliex ma sar xejn? Taf il-Ministru li anke jekk stess il-persuna konċernata setgħet b'xi mod tagħmel l-eżami, xorta ma tistax tagħmel il-prattika għax persuni b'wheelchair ma jistgħux jipprattikaw fil-kċina? Taf li l-istess ċirkostanzi jeżistu ukoll fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi tal-Qala u għalhekk kulmin huwa bħal din il-persuna ma jistax ikompli l-istudju tiegħu fil-catering? Tista' tispjega għaliex dawn l-iskejjel ma sarux biex anke dawn il-persuni (kemm li jkunu f'wheelchair kif ukoll oħrajn li għandhom xi diżabilità fiżika oħra) jkunu jistgħu jagħmlu prattika u eżami li għandhom x'jaqsmu mal-Home Economics/Catering mingħajr xkiel kif suppost? Taf li dawn il-problemi jeżistu ukoll fil-laboratorji tal-Fiżika u Bioloġija? Taf li dawn l-istudenti l-anqas ma jistgħu jmorru jagħmlu research fil-Librerija Pubblika li hemm fi Triq Vajringa, ir-Rabat Għawdex għax f'din il-librerija m'hemmx lift? Tista' tikkonferma jekk, u fil-każ meta, se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom bħal tfal oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li:
· Fir-rigward tal-faċilitá tal-lift għall-użu tal-Librerija Pubblika, għaddejjin taħdidiet mal-amministrazzjoni u l-Kunsill tal-Iskola Primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex dwar l-użu tal-lift tal-iskola minn dawk il-persuni anzjani u bi bżonnijiet speċjali li jixtiequ jagħmlu użu mil-Librerija Pubblika.
· Kulleġġ t’Għawdex Skola Sekondarja Bniet : Fiċ-ċirkustanzi saru l-arranġamenti possibli sabiex jakkomodaw il-bżonnijiet tal-istudenta. Rigward il-possibilitá li jkun installat xi apparat li jiffaċilita l-prattika, dan qiegħed jiġi mistħarreġ. Rigward il-lezzjonijiet tal-Fiżika fil-laboratorju ta' din l-iskola, dawn qegħdin isiru mingħajr problemi fiċ-ċirkustanzi tal-istudenti b’diżabilitá.
· Kulleġġ t’Għawdex Skola Sekondarja Subien: l-iskola hija aċċessibbli għall-persuni bil-
wheelchair
. Rigward aċċessibilitá biex issir prattika fil-laboratorji tal-Fiżika, Bioloġija u
Home Economics
jiddependi fuq in-natura tal-esperiment jew investigazzjoni.
· Fl-iskola Post-Sekondarja Sir M.A. Refalo hemm lift b’aċċess għal kull sular u fil-laboratorji tal-Fiżika u tal-Bioloġija jidħol
wheelchair.
· Fil-każ tal-ITS l-aċċessibilitá kienet approvata mill-KNPD bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni għall-permess mill-MEPA.
Peress li r-residenti ta' Triq il-Mitħna fix-Xewkija, Għawdex ilhom jilmentaw minħabba l-istat ħażin tat-triq tagħhom u peress din it-triq taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali, u dawn in-nies ilhom jiġu mwiegħda li l-ilmenti tagħhom se jiġu indirizzati, tista' l-Ministru tgħid għaliex dawn l-ilmenti għadhom ma ġewx indirizzati u meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li Triq il-Mitħna isirilha manutenzjoni skont il-bżonn sakemm tkun tista tiġi asfaltata.
Tista' l-Ministru tgħid u tispjega kif fl-iskola primarja ta' Għajnsielem inħolqot sitwazzjoni li permezz tagħha għalliema li ilha tgħallem f'din l-iskola għal iktar minn 20 sena se tintbagħat fi skola oħra għaliex għalliem ieħor intbagħat f'din l-iskola meta ma kienx hemm bżonnu? Dan biex ma jibqax joqgħod ġej u sejjer Malta ġie trasferit f'din l-iskola u minħabba n-natura tal-workload f'din l-iskola m'hemmx wisa' għat-tnejn u issa dan l-għalliem se jibqa' hemm u din l-għalliema se tiġi trasferita band'oħra. Tista' tagħti spjegazzjoni għal din is-sitwazzjoni anomala li b'konsegwenza tagħha din l-għalliema li wettqet xogħol b'tant dedikazzjoni għal 20 sena, issa se tispiċċa trattata b'dan il-mod biex jiġi aġevolat għalliem ieħor li ma kienx hemm bżonnu f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan l-għalliem ġie transferit minn Malta għal Kulleġġ ta' Għawdex, Primarja Għajnsielem fid-19 ta’ Settembru 2007. Il-klassijiet li għallem tul dawn l-erba’ snin kienu:
· 2007 – 2008: Year 6
· 2008 – 2009: Year 6
· 2009 – 2010: Year 5
· 2010 – 2011: Year 6.
Rigward is-sena skolastika 2011 – 2012 il-ħidma fuq il-klassifikazzjoni għadha għaddejja u l-ebda deċiżjoni finali ma ttieħdet.
Id-
deployment
ta’ għalliema huwa prerogattiv tal-
Management
.
Peress li r-residenti ta' Triq is-Salib fix-Xewkija qed jilmentaw minħabba l-istat ħażin ta' din it-triq, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet f'din it-triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li parti mit-triq in kwistjoni taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija, filwaqt li l-parti l-oħra, li qatt ma kienet asfaltata, taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Gvern Centrali.
Mill-informazzjoni li l-Kunsill Lokali tax-Xewkija għadda lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirriżulta li nbeda x-xogħol fuq parti tat-triq. S’issa nbeda x-xogħol relatat mas-servizzi tal-ilma u fil-ġimgħat li ġejjin ser jingħata t-tarmak. Dan ix-xogħol qed issir taħt l-iskema tal-Public Private Partnership dwar it-toroq mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika
Barra dan, il-parti tat-triq li ghadha mhijiex asfaltata ser issir iktar il quddiem.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru konferenzi/laqgħat ta' diskussjoni u ma' min a rigward it-tħejjija tal-politika nazzjonali tat-tfal u fejn wasal il-proċess għat-tnedija ta' din il-politika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-grupp ta’ ħidma ffinalizza l-Abbozz tal-Politika Nazzjonali tat-tfal f’nofs Mejju u għaddih lil numru ta’ stakeholders biex jarawh qabel ma joħroġ għal konsultazzjoni. Hemm laqgħa fl-ewwel parti ta’ Ġunju biex issir diskussjoni dwar dan l-abbozz.
S’issa saru diversi mezzi ta’ parteċipazzjoni mat-tfal rigward il-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal. Dawn jinkludu:
1. Fl-Okkażjoni tal-għoxrin anniversarju tar-ratifikazzjoni ta’ Malta tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tat-Tfal saru mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni mat-tfal preżenti.
2. Fiċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Internazzjonali tat-Tfal saru mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni, u diskusskoni mat-tfal.
3. Bħalissa qegħda ssir konsultazzjoni mat-tfal permezz ta’ eżerċizzju tal-arti, bit-tema ’It-tfal illum u għada’.
4. Fl-istess waqt għaddej ukoll eżerċizzju mat-tfal permezz tal-lezzjonijiet tal-PSD, dwar it-temi li titratta l-Politika Nazzjonali tat-Tfal, fosthom il-parteċipazzjoni, il-protezzjoni, id-drittijiet u d-dmirjiet.
Kwistjonijiet relatati mat-tfal u familja — laqgħat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat/konferenzi li jitrattaw kwestjonijiet relatati mat-tfal u mal-familja f'din l-aħħar sena u tagħti d-dettalji relattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti sabiex shared learning support assitants ikunu individwali u tgħid minn liema skola ġejjin dawn it-talbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-gvern a rigward il-guardianship act għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Guardianship Act qed jiġi diskuss mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet leġislattivi marbuta mal-liġi kif kienet miktuba fl-abbozz fil-passat. Hu meħtieġ li din il-liġi terġa’ tinkiteb mill-ġdid.
Forzi Armati ta' Malta — sezzjoni marittima f'Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega kif ġiet is-sezzjoni marittima tal-Forzi Armati ta' Malta f'Għawdex? Jista' jgħid x'arranġamenti, preparamenti u konsultazzjonijiet saru? Kemm se jkun il-complement tas-sezzjoni u fuq liema kriterju saret l-għażla tas-suldati li ġejjin f'din is-sezzjoni? Sar xi taħriġ u x'inhu dan it-taħriġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta jkollhom preżenza marittima aħjar f’Għawdex għal dak li hu xogħol fuq il-baħar kontra t-traffikar ta’ drogi, kontrabandu, dħul mingħajr permess ta’ klandestini etc. Kien għalhekk li ittieħdet id-deċiżjoni li tiġi stazzjonata patrol boat f’Għawdex sabiex il-FAM tkopri aħjar in-naħa ta’ fuq tal-ibħra territorjali Maltin.
Sabiex ikun jista jseħħ dan, u, b’konsultazzjoni mal-iskwadra marittima sar programm ta’ manutenzjoni fuq patrol boat P32, twaqqfet bażi loġistika bażika f’Għawdex kif ukoll ġew imħarrġa
key personnel
sabiex jieħdu post dawk li ser ikunu mpjegati fuq dan it-
tasking
.
Minħabba li l-parti Marittima tal-FAM f’Għawdex tirrekjedi sostenn qawwi mill-‘
parent unit
’, din tpoġġiet taħt il-kmand tal-Unita Marittima tal-FAM. Il kompliment totali tas-sezzjoni tal-FAM f’Għawdex ser ikun ta’ 2 Fizzjali u 80 suldat; 44 suldat stazzjonati fuq xogħol l-art f’Għawdez u 36 ruħ stazzjonati fi tlett
crews
għal xogħol fuq il-baħar.
Fir-rigward tal-għażla tan-nies ninforma lill-Onorevoli nterpellant li fil-każ tan-nies li jaħdmu fuq l-art dawn ser ikunu l-istess nies li bħalissa qed jagħmlu dan ix-xogħol f’Għawdex illum filwaqt li dawk li se jaħdmu fuq il-baħar huma nies imħarrġa fis-sengħa tal-baħar. Il-FAM assiguraw li s-suldati Għawdxin jingħataw preferenza sabiex jimlew il-postijiet f’Għawdex.
Kull suldat mgħażul biex jaħdem fuq il-baħar irċieva t-taħriġ bażiku kollu li jirċievi kull membru tal-iskwadra Marittima li jaħdem fuq il-baħar. Barra minn dan membri bi rwoli differenti rċevew taħriġ speċjaliżżat ieħor skont l-impjieg tagħhom fuq il-patrol boat.