Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26364 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' vjolenza domestika f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti l-etajiet tal-persuni akkużati? Jista' jgħid kemm weħlu, kemm minnhom ġew liberati, jew proċediment eżawrit stante rinunzja tal-vittma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Qorti t'Għawdex il-Pulizija ressqet 96 każ quddiem il-Qorti t'Għawdex kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- 2009 2010 Total Każijiet imressq quddiem il-Qorti t’Għawdex 58 38 96 Każijiet misjuba ħatja Nil 1 1 Każijiet liberati 21 8 29 Każijiet dikjarati proċediment eżawrit 37 22 59 Każijiet pendenti quddiem il-Qorti Nil 7 7
Leg 11 PQ #26365 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — traffikar u użu ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn in konnessjoni ma' traffikar u użu ta' droga separatament u jindika l-età u s-sess tal-persuni mressqa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 u l-2010 il-Pulizija ressqet 15-il persuna quddiem il-Qorti t’Għawdex fuq każijiet ta’ traffikar ta’ droga u 23 persuna fuq pussess ta’ droga. L-età tal-akkużati kienet tvarja bejn is-16 u l-57 sena.

Leg 11 PQ #26380 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Triq San Blas - kisja tarmka lit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26142 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se tingħata t-tieni kisja tarmak fit-Triq San Blas in-Nadur, Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-kunsill lokali tan-Nadur illi billi in-nefqa stmata għal dan ix-xogħol kienet waħda qawwija u l-lunsill għandu prijoritajiet oħrajn aktar urġenti, dan ix-xogħol se jsir aktar tard.

Polikliniċi — ċertifikati mediċi għal-liċenzji tas-sewqan

Question

Peress li rċevejt lamenteli minn persuni li qed imorru l-polikliniċi u bereġ tal-gvern biex jimtlewlhom formoli taċ-ċertifikati mediċi għal-liċenzji tas-sewqan u t-tobba qed jirrifjutaw u jibagħtuhom privat, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-bereġ tal-gvern m'hemm ebda regolament jew direttiva biex it-tobba ma jipprovdux ċertifikati mediċi għal-liċenzji tas-sewqan. Madankollu dan huwa fid-diskrezzjoni ta’ kull tabib individwali. Fil-każ ta’ ċertifikat mediku għas-sewqan, it-tabib irid ikun familjari mal-istorja medika tal-klijent li jista’ jkun ibati minn ċertu kundizzjonijiet li jistgħu joħolqu problemi waqt is-sewqan u jkunu ta’ periklu għal terzi persuni. Jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, i-ċertifikat jista’ ma jinħariġlux.

Eżamijiet tal-Bennejja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull meta jsiru l-eżamijiet tal-bennejja u meta se jsir l-eżami li jmiss?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-bord li jeżamina l-bennejja jiltaqa’ mill-anqas tliet darbiet fil-ġimgħa li matulhom isiru l-eżamijiet meħtieġa.
Leg 11 PQ #26356 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Servizzi ta' child care f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi ta' child care jiġu offruti mill-gvern f'Għawdex u xi pjanijiet għandu l-Ministeru f'dan ir-rigward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu applikazzjoni mal-MEPA, PA/02357/09 biex jinbena child care centre fiż-żona tal-Ibraġġ u l-Malta Enterprise ukoll se jkollha child care centre fiż-żona Industrijali fix-Xewkija.
Leg 11 PQ #26357 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — faċilitajiet għall-inmates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sabiex l-inmates ikunu jistgħu jaraw lil uliedhom minuri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-policy li titħaddem fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tirrikjedi illi minħabba n-natura tal-post huwa meħtieġ illi tfal minuri jkunu dejjem akkumpanjati minn adult meta jiġu jagħmlu vista fil-faċilità.
Leg 11 PQ #26358 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inmates — korsijiet u ċertifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inmates li waqt it-terminu ta' priġunerija segwew korsijiet u anke ottjenew ċertifikati akkademiċi f'dawn l-aħħar sentejn kull sena separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar sentejn kien hemm diversi priġunieri li segwew korsijiet u anke ottjenew ċertifikati akkademiċi kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- Sena Numru ta' Priġunieri li attendew Korsijiet Tip ta' Kors Istituzzjoni Rimarki 2009 24 ECDL ETC kollha ottjenew ċertifikat 4 Spray Painting u Panel Beating ETC kollha ottjenew ċertifikat 2 Air-Conditioning u Refrigeration ETC Ottjenew ċertifikat 2010 32 ECDL ETC kollha ottjenew ċertifikat 1 Baker ETC Ottjena ċertifikat 2 Electrician & Plumbing ETC Għaddew mill-eżami u ser jingħataw il-liċenzja 2 Air-Conditioning u Refrigeration ETC Ottjenew ċertifikat 2 Catering ITS Ottjenew certifikat 1 Antrapologija Universita' ta' Malta Il-Kors għadu għaddej Total 70

Uffiċjal għar-Ristabbiliment tal-Persuni b'Diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-ħidma tal-uffiċjal għar-ristabbiliment tal-persuni b'diżabilità skont il-Kap 210 f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Leg 11 PQ #26360 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Investigazzjonijiet dwar reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet dwar reati kontra l-Kap 210? Kemm tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #26361 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti f'Għawdex — fattiga

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tiġi ngaġġata fattiga għall-Qorti t'Għawdex peress li issa s-sitwazzjoni saret insostenibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa biex jindirizza dan in-nuqqas.
Leg 11 PQ #26350 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Care workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm care workers li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u fejn huma posted?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm 12-il care worker mal-Ministeru għal Għawdex u li huma posted fid-Dipartiment tal-Customer Services.
Leg 11 PQ #26351 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru Santa Marta — intake ta' klijenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-intake ta' klijenti fiċ-Ċentru Santa Marta din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fiċ-Ċentru Santa Marta n-numru ta' klijenti li jattendu hu ta' 32 persuna. Ħadd minn dawn ma beda jattendi din is-sena.

Aġenzija Appoġġ — każijiet t'Għawdxin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-każijiet t'Għawdxin li ġew referuti lill-Aġenzija Appoġġ f'din l-aħħar sena kull xahar separatament u għal liema tip ta' servizz ġew riferuti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ — perpetrators' programme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni li rrikorrew għall-Aġenzija Appoġġ għal għajnuna jew trattament tal-perpetrators' programme fis-sezzjoni tal-vjolenza domestika f'din l-aħħar sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-2010 kien hemm 59 klijent referut għall-Perpetrator’s Service
Leg 11 PQ #26354 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qrati ta' Malta u f'Għawdex separatament f'din l-aħħar sena kull xahar separatament kif ukoll kemm ingħataw ordnijiet ta' trattament fil-każijiet ta' vjolenza domestika fl-istess żmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tabella t'hawn taħt turi f’din l-aħħar sena kemm ingħataw ordnijiet ta’ protezzjoni skont l-artikolu 412C (Kap 9) u ordnijiet tal-trattament skont l-artikolu 412D (Kap 9) mill-Qorti tal-Magistrati (Malta u Għawdex) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali fil-kawżi kriminali tal-familja.
Leg 11 PQ #26355 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' serq u vjolenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' serq u vjolenza fil-konfront ta' anzjani f'dawn l-aħħar sentejn u kemm minnhom tressqu l-qorti u kemm minnhom ġew deċiżi jew għadhom pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.