Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sexual deviance disorder

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kura tingħata f'Malta għal sexual deviance disorder?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-problemi ta’ saħħa mentali li jistgħu jikkawżaw problemi ta’ natura sesswali jingħataw kura u attenzjoni bħal kull kundizzjoni psikjatrika oħra. Id-Dipartiment tal-Psikjatrija jagħti l-istess importanza lill-kundizzjonijiet kollha relatati ma’ problemi ta’ saħħa mentali.
Leg 11 PQ #26895 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

NGOs — għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26751, tista' l-Minsitru tagħti breakdown tal-għajnuniet li ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26896 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — għajnuniet lill-kunsilli lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26749, tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-għajnuniet li ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċittadella — restawr tas-swar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26747 li diġà saret lill-Minsitru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella huwa wieqaf?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #26752 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Karozzi mikrijin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha karozzi mikrijin? Mingħand min? X'tip ta' vettura u kemm jitħallas kuljum għal kull vettura?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26736 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Librerija ta' Vajringa — aċċess għall-persuni b'diżabilità

Question

Peress li l-librerija tal-Vajringa mhix aċċessibbli għall-anzjani, għall-persuni b'diżabilità u persuni oħra li għandhom problema ta' mobilità, tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex fix-xhur li ġejjin din il-librerija ssir aċċessibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li għaddejjin taħdidiet mal-amministrazzjoni u l-Kunsill tal-Iskola Primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat Għawdex dwar l-użu tal-lift tal-iskola minn persuni anzjani, dawk bi bżonnijiet speċjali u oħrajn li għandhom problema ta' mobilità, li jixtiequ jagħmlu użu mil-Librerija Pubblika. Qegħdin jiġu evalwati possibilitajiet sabiex l-interess u s-sigurtà tal-istudenti jkunu assigurati waqt li l-lift jiġi użat minn terzi persuni.
Leg 11 PQ #26747 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ċitadella — restawr

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella huwa wieqaf?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-kuntratt qed jiġi amministrat mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #26748 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — wi-fi

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir il-Wi-fi fil-Qorti t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-istallazzjoni tal-Wi-Fi ġewwa l-bini tal-Qorti ta' Għawdex għadha qed tiġi kkunsidrata bil-ħsieb li tkun attwata fi ftit żmien ieħor.
Leg 11 PQ #26749 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — għajnuniet lill-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuniet ta l-Ministeru għal Għawdex lill-kunsilli lokali Għawdxin f'din l-aħħar sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'din l-aħħar sena, s'issa ngħataw €7400 f'għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali Għawdxin. Ngħarraf ukoll li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex qed jimplimenta l-iskema għall-finanzjament ta' proġetti marbuta mal-viżjoni Eko-Għawdex mill-kunsilli lokali u kumitati amministrattivi.
Leg 11 PQ #26750 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — in services courses għall-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru in service courses għall-impjegati tal-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti f'Għawdex f'din l-aħħar sena u tgħid il-kors kemm dam u fejn sar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26751 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

NGOs — għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna ta l-Ministeru f'din l-aħħar sena lil għaqdiet, każini u non-government organisations Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'din l-aħħar sena ngħataw €80470.67 f'għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet, każini u NGOs. Ngħarraf ukoll li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex qed jimplimenta l-iskema għall-finanzjament ta' proġetti marbuta mal-viżjoni Eko-Għawdex mill-għaqdiet volontarji u NGOs f'Għawdex.

Riforma tat-Trasport Pubbliku — Rotta minn Sptar Mater Dei għaċ-Ċirkewwa

Question

In vista tar-riforma tat-trasport pubbliku peress li qabel kien hemm trasport minn Sptar Mater Dei għaċ-Ċirkewwa u lura u issa skont il-fuljett li ntbagħat ġod-djar, jidher li mhux se jkun hemm din ir-rotta, jista' l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex l-Għawdxin ikollhom trasport għall-Isptar Mater Dei?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bir-riforma tat-trasport pubbliku ser ikun hemm servizz bin-numru tar-Rotta X1 li jmur direttament miċ-Ċirkewwa għall-isptar Mater Dei. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni qiegħda indikata fil-mappa li kien hemm inkluż mal-fuljett li ntbagħat ġod-djar.
Leg 11 PQ #26586 Sitting 360 2011-06-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skola Speċjali ta' Sannat — tinda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17008 u għar-risposta relattiva, peress li l-Ministru kienet wieġbet li din it-tinda kellha tkun lesta s-sena l-oħra u għadha mhix lesta u dan b'ínkonvenjent kbir għat-tfal li jattendu l-iskola speċjali ta' Sannat, tista' l-Ministru tara li dan ix-xogħol jitlesta u jitwaħħal il-bieb biex it-tfal ikunu mkennija mill-elementi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol waqaf sabiex jiġu approvati xogħlijiet extra li jinkludu bieb ta' entratura li ma kienx inkluż fl-offerta oriġinali. Sar proċess biex inġabru stimi relatati, fuq il-parir tal-perit responsabbli mill-proġett, u wara li nġabru u ġew approvati, ix-xogħol jista' jitkompla u mistenni li jitlesta fi żmien qasir.

Leg 11 PQ #26362 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — bejgħ ta' xorb lill-minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' bejgħ ta' xorb lill-minorenni minn mindu ġiet in vigore l-liġi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ressqet 3 persuni quddiem il-Qorti t'Għawdex b'konnessjoni ma' bejgħ ta' xorb u alkoħol lill-persuni minuri.

Leg 11 PQ #26363 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — tlajjar u prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' tlajjar jew prostituzzjoni f'dawn l-aħħar sentejn u jindika l-etajiet u s-sess tal-persuni mressqa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 u l-2010 ma kien hemm ebda persuna li tressqet quddiem il-Qorti t'Għawdex fuq każi ta' prostituzzjoni.

Leg 11 PQ #26364 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' vjolenza domestika f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti l-etajiet tal-persuni akkużati? Jista' jgħid kemm weħlu, kemm minnhom ġew liberati, jew proċediment eżawrit stante rinunzja tal-vittma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Qorti t'Għawdex il-Pulizija ressqet 96 każ quddiem il-Qorti t'Għawdex kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- 2009 2010 Total Każijiet imressq quddiem il-Qorti t’Għawdex 58 38 96 Każijiet misjuba ħatja Nil 1 1 Każijiet liberati 21 8 29 Każijiet dikjarati proċediment eżawrit 37 22 59 Każijiet pendenti quddiem il-Qorti Nil 7 7