Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27247 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel t'Għawdex — xogħlijiet ta' manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni saru fl-iskejjel t'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti — proċeduri kriminali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti f'kull skola li matul l-aħħar sena kienu involuti fi proċeduri kriminali, kemm bħala vittmi kif ukoll bħala akkużati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi staqsa l-iskejjel biex jagħtu din l-informazzjoni, imma peress li hemm direttiva tal-MUT biex l-iskejjel ma jikkumentawx mad-Direttorat, din l-informazzjoni ma setgħetx tinġabar.

Studenti — każijiet ta' bullying

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti f'kull skola li matul din is-sena kienu involuti f'każijiet ta' bullying, kemm bħala vittmi kif ukoll bħala perpetraturi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — social worker, psikologi u psikjatri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet f'kull skola f'din l-aħħar sena li ġew riferuti għand social workers, psikologi u psikjatri rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27251 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Skejjel, MCAST u Università — Persuni mressqa fuq traffikar ta' drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti minħabba traffikar ta' droga qrib skola, MCAST u l-Università f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga qrib skola, MCAST u l-Universita' f’dawn l-aħħar tliet snin kienu s-segwenti:- 2008 11 2009 12 2010 20

waiting list għas-CDAU

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26921 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hi l-waiting list għaċ-Child Development Assessment Unit?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pedjatra responsabbli miċ-CDAU m’għandhiex lista ta’ stennija. Fir-rigward tas-servizzi psikoloġiċi l-lista ta’ stennija hija kif gej: Numru ta’ tfal Żmien ta’ stennija Tfal taħt il-5 snin 174 4 xhur Tfal minn 5 snin ‘il fuq 253 15–il xahar Dwar servizzi ta’ occupational therapy , għal tfal taħt it-tliet snin m’ hemm l-ebda lista ta’ stennija. Ghal tfal bejn 3 snin u 14-il sena, l-lista ta’ stennija hija ta madwar erbatax–il xahar għal 450 tfal. Sabiex jiġi indirizzat il-perjodu ta’ stennija fil-qasam tal- occupational therapy , inħareġ tender li bħal issa qiegħed fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni. Filwaqt li fir-rigward tas-servizzi psikoloġiċi, il-Ministeru ħa inizjattiva sabiex jagħmel outsourcing ta’ dawn is-servizzi.

Ċittadella — restawr tas-swar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26897 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26747 li diġà saret lill-Minsitru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella huwa wieqaf?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ix-xogħol kien wieqaf għal xi ġimgħat, pero issa reġa’ inbeda. Il-waqfien m'għandux ikollu impatt fuq iż-żmien ta' tlestija tal-progett

Xewkija Għawdex, — raba' tal-barmil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27144 u ċioe: B'referenza għall-ittri uffiċjali li rċevew inkwilini tar-raba' tal-barmil, fix-Xewkija Għawdex, liema ittra qed tavza li l-qbiela qed tiġi terminata skont l-avviżi li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern, peress li dawn in-nies inkorrew diversi spejjeż sabiex jiġu reġistrati fl-iskema li ħarġet fis-sena 2000 u kif ukoll ħallsu qbiela ogħla u ħallsuhom b'lura, jista' allura l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għat-terminazzjoni tar-raba' u x'kumpens ser jingħata kemm lill-inkwilini kif ukoll lill-gabillotti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont il-kundizzjonijiet tal-Iskema tal-Art Agrikola li kienet imnehdija fis-sena 2000, l-applikazzjoni tista’ tiġi miżmuma jekk l-art tkun meħtieġa għall-skop pubbliku. Fil-każ li qed tagħmel referenza għalih l-Onorevoli Membru, biċċiet żgħar ta’ art mat-triq u tul it-triq kollha huma meħtieġa għal skop ta’ twessiegħ tat-triq. Il-bdiewa jiġu ikkumpensati skont valutazzjoni li ssir mid-Dipartiment tal-Agrikultura għat-telf tal-frott li se jintilef.
Leg 11 PQ #27244 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Childcare Centres — fondi allokati

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proċess taċ-childcare centres u kemm hemm fondi allokati għal dawn iċ-ċentri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-applikazzjoni pendenti mal-MEPA għall-bini ta' Child Care Centre minn dan il-Ministeru waslet fl-aħħar stadji tagħha. Jiena nfurmata wkoll li f'April ġie approvat il-permess tal-MEPA għal Child Care Centre fix-Xewkija mill-Malta Enterprise.
Leg 11 PQ #27245 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — xogħlijiet li għad fadal

Question

Tista' l-Ministru tgħid mix-xogħol li tlesta fil-Villa Rundle, x'għad baqa' jsir? Kemm swew ix-xogħlijiet s'issa u x'inhi t-target date tat-tlestija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol li baqa’ jsir huwa xogħol tal-aħħar li jinkludi parti mill-pavimentar, id-dawl, taħwil ta’ siġar u pjanti u l-installar tal-play equipment. Ħlasijiet li tħallsu s’issa fuq dan il-proġett jammontaw għal €1,243,302.61 (Vat eskluż). Il-proġett għandu jitlesta din is-sena.

Għawdex — bus terminus tar-Rabat

Question

Peress li l-bus terminus tar-Rabat, Għawdex jidher li se jintuża mill-Arriva biss, jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet se jkun hemm għat-turisti u għas-sidien tal-minibuses u tat-taxis fil-bus terminus jew x'imkien ieħor fir-Rabat stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għall-coaches u minibuses tat-turisti se jinżamm u jibqa’ jintuża t-terminus temporanju li ġie mwaqqaf riċentament fil-parking prinċipali tar-Rabat, Għawdex. Rigward it-taxis dawn qatt ma kellhom parking spaces fit-terminus peress li dawn għandhom taxi stand fi Triq Putirjal, Rabat, liema taxi stand se tibqa’ topera kif kienet.
Leg 11 PQ #27083 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat konġunt tal-infurzar lokali — tender document

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender document u kuntratti bejn il-kumitati konġunti tal-infurzar lokali u l-kumpaniji ta' uffiċjali awtorizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant mingħand il-Kumitati Konġunti. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27084 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tat-tribunal lokali — elenku tas-salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra elenku tas-salarji tal-impjegati tat-tribunal lokali inkluz staff klerikali, prosekuturi, u uffiċċji remunerattivi oħra tat-tribunal kif ukoll elenku tal-pagi tal-impjegati tal-kumpaniji tal-uffiċjali awtorizzati li huma mħallsa minn tender pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant mingħand it-Tribunali Lokali. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Uffiċċju tat-trade - liċenzji ta' street hawkers

Question

Peress li qed isiru lmenti minn Għawdxin detenturi ta' liċenzji ta' street hawkers li joperaw fis-sajf għaliex skont l-uffiċċju tat-trade f'Għawdex, it-trade licensing unit ta' Malta mhux qed tibgħat l-avviżi għat-tiġdid ta' liċenzji u legalment dawn in-nies għandhom liċenzja skaduta għaliex ma ġietx imġedda, peress ukoll li din hija sitwazzjoni legalment anomala u ta' inkonvenjent, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dawn kollha u jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2007 il-kontijiet tal-liċenzi ma ħarġux fil-bidu imma fl-aħħar tas-sena minħabba deliberazzjonjiet li kienu għadejjin fuq ir-rati li eventwalment irriżultaw f’roħs konsiderevoli. Il-gvern ħass li ma kienx ikun xieraq li jinħarrġu l-kontijiet tas-sena ta’ wara fil-bidu ta-sena meta kien għadu kemm inħarġu l-kontijiet tas-sena ta’ qabel anke jekk dawn irriżultaw f’roħsijiet. Għalhekk fl-2008 reġa' ħariġhom lejn l-aħħar tas-sena. Fi snin ta’ wara il-kontijiet nħarġu matul Ottubru u Novembru. Hija l-intenzjoni tal-gvern li din is-sena l-kontijiet joħorġu matul Awissu u Settembru. B’dan il-mod il-gvern qiegħed gradatament irresaq il-ħruġ tal-kontijiet mingħajr ma jkun ta’ piż bla bżonn fuq in-negozju. Jekk għal xi raġuni xi ħadd ikollu bżonn li jkollu liċenza mħallsa qabel ma jintbagħtu kontijiet il-prassi hija li jikuntatja it-Trading Licensing Unit tad-Dipartiment tal-Kummerċ li jiċertifika li d-detentur għandu liċenza valida u li kontjiet għal din is-sena għadhom ma ħarġux.

Xewkija Għawdex, — raba' tal-barmil

Question

B'referenza għall-ittri uffiċjali li rċevew inkwilini tar-raba' tal-barmil, fix-Xewkija Għawdex, liema ittra qed tavza li l-qbiela qed tiġi terminata skont l-avviżi li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern, peress li dawn in-nies inkorrew diversi spejjeż sabiex jiġu reġistrati fl-iskema li ħarġet fis-sena 2000 u kif ukoll ħallsu qbiela ogħla u ħallsuhom b'lura, jista' allura l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għat-terminazzjoni tar-raba' u x'kumpens ser jingħata kemm lill-inkwilini kif ukoll lill-gabillotti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

studenti Għawdxin — każijiet pendenti quddiem l-istatementing board

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem l-istatementing board ta' studenti Għawdxin u tgħid minn liema skola ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Każijiet pendenti quddiem l-istatementing board ta’ studenti Għawdxin: Sannat 2 Rabat 2 Kercem 1 Conservatory 2 St Theresa 1 Victoria BSS 2 St Francis 1 Qala 1 Nadur 1 Total 13 Dawn huma kollha applikazzjonijet ta’ 2011.

Shared LSAs

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti sabiex shared learning support assistants ikunu individwali u tgħid minn liema skola ġejjin dawn it-talbiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Talbiet pendenti sabiex shared learning support asistants ikunu individwali huma dawn: Nadur 1 Xewkija 1 Theresa Nuzzo 1 Total 3

Gozo Channel — Ħalib provdut

Question

Peress li saru ilmenti minħabba ħalib qares fuq il-vapuri tal-Gozo Channel għaliex dan il-ħalib ikun fuq il-bank sabiex min ikun irid il-ħalib ikun jista' jaqbad u jferra u fis-sajf dan il-ħalib jeħżien mill-ewwel minħabba s-sħana, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li minflok kartun tal-ħalib jiġi fornut trab tal-ħalib?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gozo Channel hija kommessa li tagħti l-aħjar servizz u dan kif rifless miċ-ċertifikati rilaxxati perjodikament mill-awtoritajiet tas-saħħa. L-Onorevoli Interpellant hija għalhekk invitata sabiex tindika d-data u l-ħin tal-allegazzjonijiet tagħha.