Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27360 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #27599 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex, Rabat — Triq l-Ewropa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27433, tista' l-Ministru tgħid x'azzjoni neċessarja qiegħda tittieħed peress li dik il-patch għadha ma ġietx asfaltata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi r-roqgħa msemmija ġiet asfaltata.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — service contract agreements

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, u tagħti d-dettalji relattivi u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27365 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — service contract agreements

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, u tagħti d-dettalji relattivi u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella u s-sample contract li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27433 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex, Rabat — Triq l-Ewropa

Question

Peress li fi Triq l-Ewropa, fir-Rabat Għawdex proprju f'dik il-parti fejn tizbokka Triq Universitas hemm patch mimlija zrar, liema zrar ilu jakkumula s-snin u qed ikun kawża ta' inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi; peress ukoll li saru lmenti lill-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex din il-parti tigi asfaltata imma din il-parti taqa' taħt ir-responsabilta tal-Gvern Ċentrali, tista' allura l-Ministru tara li din il-patch zrar tiġi asfalata kemm jista' jkun malajr?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 11 PQ #27347 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għawdex — probation services unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mwaqqfa probation services unit ġewwa Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-probation huwa diġà mħaddem ġewwa Għawdex. Fil-fatt mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju ta' din is-sena, minn 211 każ ġdid, 9 każijiet kienu in segwitu ta' ordnijiet maħruġa mill-Qorti ta' Għawdex.
Leg 11 PQ #27357 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — service contract agreements

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

“Infurmat li l-Ministeru għandu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingħand id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.”

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — service contract agreements

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saru 6 service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 kif muri fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kuntratti minbarra dawk li ma jistgħux jiġu ppreżentati minħabba raġunijiet ta' sigurtà tal-bini u / jew apparat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #27361 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li service contract agreements li saru jew ġew imġedda mill-1 ta’ Jannar ta' din is-sena huma s-segwenti:- Entita' Numru ta' Service Contract Agreements Servizz Freedom of Information Unit 1 Avukat Justice Unit 4 Avukati Facilita' Korrettiva ta' Kordin 2 Psikjatri Ufficcju tal-Avukat Generali 1 Kumpanija tas-Sigurta' AWAS 1 Kumpanija tas-Sigurta' Divizjoni Qrati tal-Gustizzja 1 Senior Exhibits Officer - Qorti Kriminali
Leg 11 PQ #27268 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — swali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm pazjenti rġiel u nisa ta' 'l fuq minn 65 sena rikoverati fis-swali tan-nisa u tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin, li damu rikoverati iktar minn tliet ġimgħat? Tista' tgħid jekk wara ġewx rilaxxati biex imorru d-dar jew intbagħtu f'sala oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27278 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għawdex — problema tad-droga - unità tal-pulizija

Question

Peress li l-problema tad-droga f'Għawdex qed tiżdied, jista' l-Ministru jgħid meta se titwaqqaf unità tal-pulizija speċjalizzata kontra d-droga f'Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-Distrett tal-Pulizija t’Għawdex, diġà hemm skwadra li tispeċjalizza fuq investigazzjonijiet ta’ reati kriminali serji, inkluż droga. Fil-fatt infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija t’Għawdex solviet 21 każ ta’ droga.
Leg 11 PQ #27285 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tat-tribunal lokali — elenku tas-salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27084 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra elenku tas-salarji tal-impjegati tat-tribunal lokali inkluz staff klerikali, prosekuturi, u uffiċċji remunerattivi oħra tat-tribunal kif ukoll elenku tal-pagi tal-impjegati tal-kumpaniji tal-uffiċjali awtorizzati li huma mħallsa minn tender pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li din il-mistoqsija tirrigwarda relazzjoni ta’ natura kummerċjali bejn kumpaniji u/jew persuni privati u l-Kumitati Konġunti tal-Kunsilli, din il-mistoqsija għandha tkun indirizzata lill-Kumitati Konġunti kkonċernati.
Leg 11 PQ #27286 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat konġunt tal-infurzar lokali — tender document

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 27083 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender document u kuntratti bejn il-kumitati konġunti tal-infurzar lokali u l-kumpaniji ta' uffiċjali awtorizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ħlas ta’ dawn l-uffiċjali hu regolat minn kuntratti wara sejħiet pubbliċi. Peress li n-natura tal-mistoqsija titratta materja ta’ natura kummerċjali u ċioe kuntratti li daħlu għalihom il-Kumitati Konġunti tal-Kunsilli, din il-mistoqsija għandha tkun indirizzata lill-Kumitati Konġunti ikkonċernati.
Leg 11 PQ #27318 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enforcement notices pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti tal-2003, 2004 u 2005 f'kull lokalità separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant. L-informazzjoni ġiet iġġenerata mis-sistema informatika tal-MEPA, u tinkludi wkoll każijiet pendenti fejn għadhom iridu jitħallsu kontijiet ta’ azzjonijiet diretti.

Għawdex — bidla fit-toroq arterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in vista tar-riforma fit-trasport pubbliku, hemmx il-ħsieb li toroq f'Għawdex li s'issa kienu arterjali ma jibqgħux? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma u meta ser issir il-bidla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda triq arterjali f'Għawdex li se tinbidel il-ġerarkija tagħha minħabba r-riforma fit-trasport pubbliku.
Leg 11 PQ #27246 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti ta' affrestazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ta' afforestazzjoni saru f'din l-aħħar sena? Tista' tagħti rendikont tax-xogħol, min għamlu, jekk sarx by tender jew direct order u kemm sewa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-aħħar sena sar tħawwil ta’ siġar f’estensjoni tal-Masġar Papa Ġwanni XXIII f’Għajnsielem fejn tħawlu siġar imkabbra fin-nurseries tad-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex, u fejn ix-xogħol sar mill-istess ħaddiema għajr għall-provvista u tqegħid ta’ parti mis-sistema ta’ tisqija. Barra minn dan, għaddej ix-xogħol fuq ġnien ġdid f’Marsalforn u qegħdin isiru l-preparamenti neċessarji biex isir masġar fil-Qortin ta’ Isopu fin-Nadur, u biex jiġi upgraded il-Masġar ta’ Ulisse fix-Xewkija. In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet sa issa tammonta kif ġej: Sit Xogħol Kuntrattur Ammont Masġar Papa Ġwanni XXIII Quotation għall-Provvista ta’ materjal ta’ irrigazzjoni Joseph Camilleri €1,471 Xogħol ta’ tqegħid tal-Materjal Joan Ciantar €1,000.00 Applikazzjoni għall-permessi MEPA €14,459 Ġnien f’Marsalforn Tender għall-Bini ta’ ħajt ta’ lqugħ A Gatt Tarmac Ltd €24,036 Tender għall-Bini ta’ ħajt ta’ lqugħ B Gatt Tarmac Ltd €21,059 Tender għall-Bini ta’ ħajt ta’ lqugħ C u passagg. Gatt Tarmac Ltd €34,343 Tender għall-Taħmil ta’ materjal Peter Paul Said €4,910 Tender għall-Bini ta’ passaġġi A, B, D. Gatt Tarmac Ltd €117,715 Tender għall-Bini ta’ ġibjun u ħajt Gatt Tarmac Ltd €27,559 Rimi ta’ materjal Teddy Grima Construction €68 Quotation għall-3D Model A.Camilleri & R.Mallia Exalta Projects €2,218 Masġar Ulisse, Xewkija Applikazzjoni għall-permessi MEPA €4,261.00 Xiri ta’ materjal Axiaq Brothers €35 Masġar fil-Qortin ta’ Isopu Applikazzjoni għall-permessi MEPA €3,727 Xiri ta’ materjal Mallia Property and Development €73