Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #438 Sitting 388 2011-10-04 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti Volontarja għall-Interdizzjoni — rikorsi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rikorsi fil-Qorti volontarja għall-interdizzjoni u inkapaċitazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena kemm fil-Qorti ta' Għawdex u kemm f'Malta u jindika l-etajiet tal-persuni kkonċernati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numri ta' rikorsi li daħlu fil-Qorti volontarja għall-interdizzjoni u inkapaċitazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin fil-Qorti ta' Malta u Għawdex huma s-segwenti:- Rigward l-eta' tal-persuni kkonċernati ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata.

talbiet għal learning sapport assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemmx talbiet għal learning sapport assistants għas-sena skolastika li se tibda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sa llum hemm 32 talba pendenti għal- learning support assistants għal din is-sena skolastika. Bħalissa qed isir il-proċess ta’ ingaġġ li xi kultant jiddependi minn persuni li jridu jaħdmu n- notice period sabiex jibdew l-impjieg il-ġdid tagħhom. In-numru ta’ talbiet ivarja kontinwament minħabba li Statementering Board jiltaqa’ kull ġimgħa.
Leg 11 PQ #28166 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm impjegata waħda (1) li talbet għat-teleworking, filwaqt li m'hawnx talbiet pendenti għal reduced hours u career breaks. Din il-persuna tinsab fid-Dipartiment tal-Financial Management. It-talba ilha pendenti mill-10 ta' Jannar 2011. Ma saret l-ebda talba mingħand impjegati maskili.
Leg 11 PQ #28168 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemm l-ebda talba pendenti.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda talba pendenti għal reduced hours, telework u career breaks fl-ebda dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 11 PQ #436 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — direttur tar-Registru Pubbliku u nutar tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu d-direttur u reġistratur tar-Reġistru Pubbliku t'Għawdex u min hu n-nutar tal-gvern t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tmexxija tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex hija f'idejn Dr. Marlin Vella u meta jkun meħtieġ servizz ta' nutar tal-Gvern f'Għawdex, jintbagħat nutar minn Malta.

Xewkija Għawdex, — raba' tal-barmil

Question

B'referenza għall-ittri uffiċjali li rċevew inkwilini tar-raba tal-barmil, fix-Xewkija Għawdex, liema ittra qed tavza li l-qbiela qed tiġi terminata skont l-avviżi li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern, peress li dawn in-nies inkorrew diversi spejjeż sabiex jiġu reġistrati fl-iskema li ħarġet fis-sena 2000 u kif ukoll ħallsu qbiela ogħla u ħallsuhom b'lura, jista' allura l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għat-terminazzjoni tar-raba u x'kumpens se jingħata kemm lill-inkwilini kif ukoll lill-gabillotti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27225.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27363 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #27646 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat konġunt tal-infurzar lokali — tender document

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27286 u 27285 u għat-tweġibiet relattivi, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kull kunsill lokali qed jiġbor mill-ħlas ta' kontravenzjonijiet wara li dawn jiġu deċiżi minn tribunali lokali għall-perjodu tal-aħħar sena u wara li jitħallsu l-ispejjeż kollha konnessi mas-sistema ta' infurzar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument uffiċjal awditjat jew ċertifikat dwar dan id-dħul għal kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W 294.

Law Enforcement System

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset VAT lid-dipartiment f'din l-aħħar sena kull xahar separatament in konnessjoni mas-sistema u ma' kull tender tal-Law Enforcement System, mingħand l-impjegati u uffiċjali awtorizzati u mill-kunsill lokali separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT ma jkollux rekords separati li jiddentifikaw id-dħul tal-VAT skont kif qed jintalab minnha. Dan għaliex fid-denunzja tal-VAT tiġi rappurtata biss it-turnover sħiħa tal-persuna reġistrata u ma jkunx hemm minn liema sors din it-turnover tkun oriġinat.

Ċirkewwa

Question

Peress li dan l-aħħar saret gate bil-katnazz b'dannu li min ikun fil-kju fiċ-Ċirkewwa biex jirkeb il-vapuri tal-Gozo Channel ma jistax joħroġ biex imur fejn hemm it-tinda jew bnadi oħra u dan allura speċjalment f'din is-sħana qed ikun ta' inkonvenjent għal dawk kollha li jagħmlu ħin twil jistennew, jista' l-Ministru jgħid għalfejn sar dan il-katnazz u jara li dan jitneħħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li, jekk il-mistoqsija qed tirreferi għall-grada li tmexxiet għal ħdejn it-tinda temporanja, din diġa kienet hemm, imma tmexxiet fil-pożizzjoni eżistenti ftit tax-xhur ilu. Din il-grada sservi bħala mezz ta' sigurta u tinfetaħ mill-operatur, jiġifieri il-Gozo Channel, meta jkunu neżlin il-vetturi minn fuq il-vapur. Madanakollu, din ma taffetwax in-nies li jkunu qed jistennew fil-kju tal-karozzi, għax dawn jistgħu jmorru fejn it-tinda jew fi bnadi oħra, permezz ta' passaġġ u pedestrian crossing li hemm bejn il- marshalling area u l- area ta' ħdejn it-tinda temporanja. It-tinda temporanja qegħda sservi wkoll biex dawk li jkunu qed jistennew il-vapur, jistgħu jagħmlu hekk b'aktar konvenjenza.

Spiżeriji tal-Għażla Tiegħek — nuqqas ta' Simvastaril 20mg

Question

Peress li fl-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek hemm nuqqas ta' Simvastaril 20mg u dawn ilhom neqsin għal diversi ġimgħat, jista' l-Ministru jindirizza l-inkonvenjent li nqala' minħabba dan in-nuqqas?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-aħħar ammont ta’ Simvastatin 20mg li rċieva d-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] kien fit-8 ta’ Awissu 2011. Sal-11 ta’ Awissu 2011 dan l-ammont ġie mqassam kollu skont il-kwota fil-114-il spiżerija li qed jipparteċipaw fil-POYC Scheme f’Malta u Għawdex.
Leg 11 PQ #28158 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kumpless Sportiv - nuqqas ta' ekwipaġġjament

Question

Peress li tfal li jipprattikaw id-dixxiplina tal-ġinnastika qed jilmentaw minħabba nuqqas ta' ekwipaġġjament fil-Kumpless Sportiv ta' Għawdex in partikoli trampoulines u bars, tista' l-Ministru tara li dan in-nuqqas jiġi indirizzat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Kumpless Sportiv t'Għawdex huwa mgħammar b'żewġ trampoulines biex jintużaw fl-eżekuzzjoni tal-lezzjoni tal-Ġinnastika waqt Skola Sports. Fil-futur qarib hemm il-ħsieb li fl-istess Kumpless issir sala tal-Ġinnastika li tkun attrezzata bit-tagħmir kollu neċessarju.

Xewkija — Bus stop - riforma tat-trasport pubbliku

Question

Peress li r-residenti tax-Xewkija qed jilmentaw għaliex bir-riforma tat-trasport pubbliku tneħħew ħafna mill-bus stops li kien hemm u allura ġiet eliminata dik ir-rotta li tgħaddi minn Triq il-Kbira, miż-żona magħrufa bħala Ta' Ħanżira, u l-pjazza u allura l-poplu tax-Xewkija mhux moqdi bir-rotta l-ġdida kif saret, tant li ħafna nies qed jaqtgħu qalbhom appuntu jaqbdu dan it-trasport għaliex għandhom mixja sal-bus stop li tinsab fi Triq Ħamrija, peress li dan kollu huwa ta' nkonvenjent speċjalment għall-anzjani u dawk kollha li joqogħdu 'l bogħod minn Triq Ħamrija u Triq il-Mitħna, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ttieħdet nota tal-kummenti li għaddiet l-Onor. Interpellant liema kummenti ser jittieħdu in kunsiderazzjoni fil-proċess ta’ reviżjoni tar-rotot li ser jibda f’qasir żmien.
Leg 11 PQ #27523 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Nadur - Triq Sant Indrija - Triq mhux asfaltata

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Sant Indrija, Nadur, Għawdex qed jilmentaw għaliex it-triq għadha mhix asfaltata, jista' l-Prim Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur li sa issa tlestew erba’ toroq f’din il-lokalità taħt l-iskema tal-Private Public Partnership tat-toroq mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Dawn huma Triq Grunju u Triq il-Mitħna l-Qadima,Karlo Borg u Dun Grezz Buttigieg (li pratikament ser tingħata l-aħħar kisja tarmak f’dawn il-jiem). Barra min hekk il-Kunsill Lokali tan-Nadur ta’ wiċċ ġdid lil żewġ toroq oħrajn permezz tal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu. Dawn iż-żewġ toroq huma triq Diċembru 13 u Triq Dun Bernard Harber. Intant jirriżulta li għaddej ix-xogħol fuq ħames toroq oħrajn fin-Nadur taħt l-iskema tal-Private Partnership tat-toroq fosthom Triq Sant’ Andrija. F’ din it-triq inbiddlu s-servizzi tal-ilma sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jitkompla x-xogħol. Minbarra Triq Sant’ Andrija għaddej ix-xogħol ukoll fuq Toroq San Ġakbu, Xjuf ir-Riħ, ta’ Mattiju u Buskett.
Leg 11 PQ #27539 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — intra articular injections synvisc

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru u ngħataw trattamenti intra articular injections synvisc f'din l-aħħar sena fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma sar u ngħata l-ebda trattament intra articular injections synvisc ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27359 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.