ħin allokat fil-kurrikolu għall-eżerċizzju fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħin allokat fil-kurrikolu għall-eżerċizzju fl-iskejjel kemm primarji kif ukoll sekondarji u kemm hemm għalliema f’kull skola tal-eżerċizzju fiżiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li t-tfal ta' Santa Luċija, Għawdex m'għandhom ebda spazju fejn jirrikreaw ruħhom, peress ukoll li r-residenti ilhom ħafna jitolbu biex isir playing flied u dan qatt ma sar, jista' l-Prim Ministru jara li dan in-nuqqas jiġi indirizzat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Kerċem u l-Kumitat Amministrattiv ta’ Santa Luċija qed jesploraw siti alternattivi għal dan l-għan. Il-Gvern dejjem lest li jagħti l-għajnuna tiegħu billi jgħaddi art b’devoluzzjoni biex tintuża għal dan l-iskop jekk tiġi identifikata art tajba għal dan l-għan, kif ukoll illi jipprovdi finanzjament meħtieġ biex isir l-proġett taħt waħda mill-iskemi ta’ fondi speċjali li joħorġu minn żmien għal żmien.
Għawdex — Għasri - servizz ta' bus għan-naħa Ta' Għammar
Question
Peress li qed isiru ilmenti minn studenti u ġenituri tal-Għasri għaliex il-bus tal-iskola qed tniżżel lit-tfal il-pjazza tal-Għasri u allura dawk li joqogħdu fl-inħawi Ta' Għammar ikollhom imorru lura d-dar bil-mixi u li hu ftit imbiegħed mill-pjazza, peress ukoll li meta saru l-ilmenti lill-Kunsill Lokali tal-Għasri, ingħatat informazzjoni li l-Ministeru għal Ghawdex qed jitlob €5 kuljum biex il-bus tibqa' dieħla f'Ta' Għammar, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni għal dan u tara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata speċjalment issa li dieħla x-xitwa u jiżdied l-inkonvenjent minħabba x-xita?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fir-reviżjoni tar-rotot il-ġodda għas-sena skolastika 2011/12 it-Triq ta' Għammar ġiet inkluża fit-trasport ta' filgħaxija wkoll. Għalhekk minn din is-sena qed jingħata s-servizz mitlub mingħajr ħlas miżjud.
Peress li fi triq Putirjal fir-Rabat Għawdex tneħħiet iż-zebra crossing li kien hemm u saret oħra f post differenti u peress li din iz-zebra crossing li saret la fiha dwal u hija faded ħafna u allura qed tinħoloq konfuzzjoni fost is sewwieqa, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ż-zebra crossing inżebgħet mill-ġdid riċentement u d-dwal għandhom jitwaħħu fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26748 li saret fis-seduta ta’ l-14 ta’ Gunju 2011 u għar-risposta relattiva fir-rigward l-istallazzjoni tal-Wi-Fi fil-bini tal-Qorti ta’ Għawdex, peress li fit-tweġiba l-Ministru qalet li dan kien se ssir fi ftit żmien ieħor u peress li sal-lum għadna bla Wi-Fi, tista' l-Ministru tgħid u tispjega x’inhi s-sitwazzjoni vera u reali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol tal-istallazzjoni tal-Wi-Fi ġewwa l-bini tal-Qorti ta' Għawdex huwa fi stat avvanzat u s-servizz ser ikun aċċessibbli fil-ġranet li ġejjin.
Qorti ta’ Għawdex — sistema ta' arja kondizzjonata
Question
Peress li l-ħaddiema tal-Qorti ta’ Għawdex fis-sajf jaħmu fi sħana kbira u fix-xitwa jkollhom ħafna ksieħ u dan għaliex fir-reġistru u fid-diversi uffiċċji m' hemmx sistema ta’ arja kondizzjonata u dan qed jikkaġuna tbatija żejda fost il-ħaddiema, tista' l-Minsitru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-Qorti ta' Għawdex hemm sistema ta' arja kundizzjonata fiż-żewġ awli prinċipali.
Fis-sezzjonijiet l-oħra, għalkemm m'hemmx arja kundizzjonata, żdied in-numru ta' fans biex dawn itaffu mis-sħana. Madanakollu, id-dipartiment konċernat xorta se jkompli jara kif jista' jtejjeb is-sitwazzjoni f'dan l-aspett.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont dwar il-proċess u l-progress għat-tnedija tal-politka tat-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara li twaqqaf il-Grupp ta’ Ħidma biex ifassal il-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal fl-2010, saru bosta eżerċizzji ta’ parteċipazzjoni mat-tfal sabiex titfasssal din il-Politika. Dawn jinkludu:
§ Mistoqsijiet lit-tfal li attendew l-attivita fl-14 ta’ Novembru 2010 organizzata mill-Kummissarju għat-Tfal bħala kommemorazzjoni għall-21 Anniversarju mir-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
§ Mistoqsijiet lit-tfal u diskussjoni mat-tfal fl-attivita organizzata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja marbuta mal-Jum Dinji tat-Tfal;
§ Parteċipazzjoni fl-iskejjel kif ukoll inizjattiva għal parteċipazzjoni pubblika permezz tal-arti u kitba fuq it-tema ‘It-Tfal Illum u Għada’;
§ Diskussjoni fuq temi varji fil-lezzjonijiet tal-PSD;
§ Attivita informali mal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ u gruppijiet oħra taż-żgħażagħ; u
§ Attivita tal-arti fuq temi differenti ma’ studenti ta’ Skolasajf u Klabb 3-16.
Dan id-dokument issa ġie ffinalizzat u tressaq quddiem il-Kabinett u mistenni li joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin.
Peress li issa l-Ligi tad-Divorzju dalwaqt ser tidhol fis-seħħ u allura dalwaqt ser ikun hemm proċeduri ta'divorzju, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex il-qrati, il-gudikatura, l-avukati u dawk kollha konċernati jkunu jistghu joperaw? Inoltre, jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jigi kumpilat elenku uffiċjali ta' ismijiet u indirizz ta' persuni kwalifikati biex joffru għajnuna fil-proċess ta' rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewwġin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ttieħdu diversi passi sabiex il-partijiet kollha nvoluti fit-tħaddim tal-Liġi tad-Divorzju jkunu mħejjija għad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Liġi. Ninsab infurmat li saru sessjonijiet ta’ taħriġ lill-uffiċjali nkarigati mir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja li tmexxew mid-Direttorat tal-Qrati Ċivili; laqgħat mill-Amministrazzjoni tal-Qorti mal-Unur Tiegħu l-Prim Imħallef kif ukoll mal-Imħallfin li jippresjedu l-Qorti tal-Familja; sessjoni ta’ informazzjoni mal-medjaturi, fejn l-avukat tal-Qorti spjega l-prinċipji bażilari tal-liġi u anke elenka l-proċeduri li jridu jiġu adoperati mill-medjaturi in vista tal-liġi tad-divorzju, waqt li ttiehdu passi biex jizdied in-numru ta’ siegħat ta’ servizz mogħti mill-medjaturi sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ kull eventwali żieda fix-xogħol li tista ġġib magħha l-Liġi; laqgħat mal-aġenzija li tipprovdi t-teknoloġija tal-informatika lill-Qrati sabiex il-programm komputerizzat eżisteni jiġi aġġornat b’tali mod li l-kawżi/rikorsi li jidħlu bħala parti mill-proċedura ta’ divorzju jibdew jiġu reġistrati u tinżamm statistika aġġornata. Infurmat ukoll li l-elenku uffiċjali ta’ ismijiet u ndirizzi ta’ persuni kwalifikati biex joffru għajnuna fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin qed jiġi kkompilat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw vetturi mill-Ministeru għal Għawdex f'din l-aħħar sena? Tista' tgħid x'tip ta' vettura kienet u tagħti d-dettalji u l-ispecifications ta' kull waħda? Mingħand min inxtraw, kemm jiswew u jekk inħareg tender tagħti d-dettalji relattivi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li ħafna Għawdxin jixtiequ jagħtu d-demm iżda ma jkunux jistgħu jmorru l-isptar filgħodu minħabba impenji ta' xogħol, tista' l-Ministru tikkonsidra li jkun hemm ġurnata filgħaxija li fiha dawn in-nies ikunu jistgħu jmorru jagħtu d-demm wara x-xogħol tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li għaddejjin xi taħdidiet mad-Direttur tan-National Blood Transfusion Centre, Malta, biex il-ħinijiet jitwalu u hekk il-pubbliku jinqeda aħjar. Hemm xi issues, prinċipalment ta' staff u ta' ġarr tad-demm lejn l-NBTC li jridu jiġu riżolti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm PSD teachers f'kull skola f'Malta u Għawdex rispettivament u kemm hija l-load f'kull skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-qasam tal-Edukazzjoni Primarja hemm 29 għalliem/a f’Malta u 7 għalliema f’Għawdex. Dawn huma kollha għalliema Peripatetic u jduru l-iskejjel tal-istat biex jilħqu t-tfal intitolati għal-lezzjoni fis-suġġett.
F’Malta dawn l-għalliema jaħdmu jew f’kulleġġ wieħed jew fi tnejn, u jkopru lezzjoni waħda tal-PSD fil-ġimgħa fil-klassijiet kollha tal-Years 4, 5 u 6 fl-iskejjel tal-istat.
F’Għawdex, l-għalliema jkopru lezzjoni waħda tal-PSD fil-ġimgħa fil-klassijiet kollha minn Year 1 sa Year 6 fl-iskejjel tal-istat.
Fil-qasam tal-Edukazzjoni Sekondarja, il-maġġoranza tal-għalliema tal-PSD jaħdmu fi skola waħda, b’eċċezzjoni ta’ xi ftit li jaħdmu f’żewġ skejjel minħabba l-esiġenzi tas-servizz. It-
teaching load
fis-suġġett tal-PSD ta’ kull għalliem/a jvarja skont jekk l-għalliem/a jgħallimx/tgħallimx dak is-suġġett biss jew le, kif ukoll jekk għandux/għandhiex xi rwol ieħor fl-iskola bħal dak ta’ Kap ta’ Dipartiment, librar, Guidance Teacher jew jieħu/tieħu ħsieb il-Learning Support Zone.
Il-lista tal-għalliema kollha tal-PSD kif inhuma mqassmin f’Kuleġġi fil-Primarja kif ukoll il-load tal-għalliema tal-PSD fis-Sekondarja għal din is-sena skolastika 2011-2012 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li dan il-Ministeru m'għandux talbiet pendenti rigward reduced hours jew career breaks. Bħalissa hemm tliet talbiet pendenti, li qegħdin jiġu proċessati għal telework. Dawn it-talbiet huma mressqa tnejn minn nisa u waħda minn raġel. Tnejn mit-talbiet ilhom pendenti mill-bidu ta’ Awwissu 2011 u oħra minn nofs Lulju 2011. Dawn it-talbiet qed jiġu proċessati u l-proċess se jkun konkluż fi ftit żmien ieħor.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks
Question
Tista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks
Question
Tista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar grooming ta' minorenni f'din l-aħħar sena u kemm minn dawn il-każijiet tressqu l-Qorti u ġew deċiżi f'Malta u Ghawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-Kodiċi Kriminali (Kap 9) tal-Liġijiet ta' Malta ma jeżsti ebda rejat speċifiku ta' grooming. Hemm pero' dak ir-rejat ta' "tħajjir ta' persuni ta' taħt l-età" ai termini tal-Artikolu 208AA. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dan ir-rejat, ninsab infurmat illi ma kienx hemm rapporti fuq akkużi dwar dan.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm għases f'Għawdex, kemm minnhom huma miftuħa, funzjonzabbli u l-ħinijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f’Għawdex hemm 20 Għassa tal-Pulizija. L-Għasses kollha jinżammu miftuha regolarment però jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu li l-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-Għassa, bil-konsegwenza li l-Għassa jkollha tingħalaq temporanjament matul dak il-ħin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total tal-persuni dikjarati interdetti u inkapaċitati mill-Qorti volontarja f'Għawdex u Malta separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-total ta' persuni dikjarati interdetti u inkapaċitati huwa ta' 644 u 156 mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni Ġurisdizzjoni Volontarja) Malta u dak ta' Għawdex rispettivament.