Ministeru għal Għawdex — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha f'din l-aħħar sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Rabat - Triq Putirjal - sinjal ta' parkeġġ
Question
Peress li fi Triq Putirjal fir-Rabat, Għawdex m'hemm ebda senjalitika li tindika l-parkeġġ, jista' l-Ministru jara li din is-senjaletika ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Triq Putirjal hemm l-kaxxi tal-parkeġġ u ma baqa' imkien iktar fejn jiżdiedu iktar kaxxi. Ninsab infurmat ukoll li jeżistu restrizzjonijiet ta' parkeġġ fit-triq, madanakollu dawn ma sarux minn Transport Malta.
Kunsill Lokali Nadur — Żona ta' Isopu - applikazzjoni għall-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-barriera
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-Kunsill Lokali tan-Nadur iritira l-applikazzjoni għall-proġett ta’ riabilitazzjoni tal-barriera fiż-żona ta’ Isopu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur li hu rtira l-applikazzjoni għall-proġett li rriferiet għalih l-Onor. Interpellant peress li ma kellux il-fondi neċessarji sabiex iwettaq il-proġett u fid-dawl li se jkun il-Ministeru għal Għawdex li jidħol għall-proġett.
Kunsill Lokali Nadur — Żona ta' Isopu - permess ta' riabilitazzjoni mingħand il-MEPA
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont li l-Kunsill Lokali tan-Nadur intalab mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex japplika għall-permess għall-proġett ta' riabilitazzjoni tal-barriera fiż-żona Ta' Isopu fin-Nadur, Għawdex? Inoltre, jista' jgħid din il-proprjetà ta’ min hi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur li ntalab l-ammont ta’ €4,192.80 għall-Outline Devlopment f’Ġunju tal-2008. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetà ndikata hija tal-Gvern Ċentrali.
Jista' l-Prim Ministru jara li r-radam li qed jintefa' fil-barriera Ta' Isopu fin-Nadur, Għawdex hux qed isir b'mod legali? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess relattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-materjal indikat li ntefa fil-barriera t’Isopu sar skont il-preovedimenti ta’ WM17/04. Kopja tal-permess qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28169 u jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li it-talbiet għal reduced hours, telework u career break li jiġu approvati mill-Kap tad-Dipartiment ta' fejn jaħdem l-applikant jiġu mgħoddija lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani jikkonferma li ma hemm l-ebda talba pendenti għall-konsiderazzjoni tiegħu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Uffiċċju tiegħu u kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed nehmeż tabella bl-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija kkonċernata. It-tabella tinkludi x-xogħlijiet u ħidma b’risq persuni b’diżabilita’ li saru b’mod dirett mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Settembru 2010 sa Settembru 2011.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi żewġ rampi tal-injam tpoġġew quddiem il-Ministeru u oħra quddiem d-Direttorat Financial Management rispettivament,. Għandu ukoll jinbidel il-lift preżenti fil-Ministeru għal wieħed ġdid skont ir-regolamenti kollha taħt l-Att tal-OHSA. Dan ix-xogħol qiegħed fil-proċess biex jitwettaq.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru jħaddan bis-sħiħ politika favur persuni b’diżabilità partikolarment fejn jidħol l-aċċess. Fl-ambitu tar-responsabbitajiet ta’ dan il-Ministeru, il-ħidma tal-Ministeru tiegħi f’xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità jinqasmu fuq żewġ livelli; wieħed huwa dak li jikkonċerna l-ambjent tal-postijiet tax-xogħol f’dan il-Ministeru b’risq kemm għall-impjegati kif ukoll għall-pubbliku li jżur dawn il-postijiet, u l-ieħor dak ta’ proġetti mwettqa fuq postijiet pubbliċi fejn il-proġetti li nkunu se nwettqu bħala Ministeru dejjem nieħdu konsiderazzjoni tal-ħtieġijiet tal-persuni b’diżabilità.
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li matul is-snin 2010 u 2011 irrikorrew għal servizzi ta' saħħa mentali, kemm minnhom bniet u kemm subien u jindika l-etajiet skont is-servizzi mogħtija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal taħt ħarsien u tgħid kemm minnhom huma taħt ordni u kemm minnhom b'mod volontarju? Tista' tgħid ukoll kemm minnhom huma bniet u kemm huma subien u x'inhuma l-etajiet tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm bus stop imma m'hemmx bus shelter biex jistkennu n-nies, jista' l-Ministru jara li appuntu jsir bus shelter?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-infrastruttura tal-lokalità in kwestjoni ma tippermettix li jiġi stallat bus shelter. Madanakollu, Transport Malta se tagħmel studju sabiex issib post alternattiv f’din il-lokalità sabiex jitwaħħal bus shelter
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kawżi li diġà ġew assenjati u li qegħdin jinstemgħu mill-Ġudikatur sedenti fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Għawdex) u li fihom sema’ l-provi u jinsabu maturati għas-sentenza, humiex se jibqgħu jinstemgħu u jiġu deċiżi mill-istess Ġudikatur wara t-23 ta’ Ottubru 2011, meta jiskadilu ż-żmien, jew hux se jismagħhom u jiddeċidihom ġudikatur ieħor ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mat-tmiem tat-terminu tal-Ġudikant attwali jiġi maħtur ieħor ai termini tal-Liġi.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27363 u 27632 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjieg ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b’diżabilità f’dawn l-aħħar sitt xhur mill-ministeru u mid-dipartimenti u enitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma ġie impjegat l-ebda persuna b'diżabilità f'dawn l-aħħar sitt xhur fil-Ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħi.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — impjieg ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b’diżabilità f’dawn l-aħħar sitt xhur mill-ministeru u mid-dipartimenti u enitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li f'dawn l-aħħar sitt xhur ġew impjegati persuni b'diżabilità.