Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #29196 Sitting 400 2011-11-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorit ta' Għawdex — smigħ ta' kawżi tat-tribunal industrijali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28409, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mismugħa kawżi din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi din is-sena ma kien hemm ebda talba biex tinstema' xi kawża tat-Tribunal Industrijali.
Leg 11 PQ #29197 Sitting 400 2011-11-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #29198 Sitting 400 2011-11-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jħaddem total ta' 3 impjegati fi ħdan il- Ministeru u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu. L-iskala tagħhom hi dik ta' 20, 9 u 7.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li it-talbiet għal reduced hours, telework u career break li jiġu approvati mill-Kap tad-Dipartiment ta' fejn jaħdem l-applikant jiġu mgħoddija lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità. Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani jikkonferma li ma hemm l-ebda talba pendenti għall-konsiderazzjoni tiegħu.
Leg 11 PQ #29070 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Servizz ta' Wi-Fi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28399, tista' l-Ministru tgħid meta se jsir il-Wi-Fi fil-Qorti ta' Għawdex peress li ħadd ma jaf xejn dwar dak li rreferiet għalih il-Ministru, lanqas it-tekniċi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-servizz tal-Wi-Fi huwa stallat fil-Qorti ta' Għawdex.
Leg 11 PQ #29071 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Bini tal-Qorti t'Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28400, peress li l-ħaddiema tal-Qorti t'Għawdex issa li ġejja x-xitwa se jbatu minħabba l-kesħa u l-umdità li hemm fil-bini tal-qorti, li huma iktar aċċentwati minn postijiet oħra peress li l-bini hu antik u qiegħed fiċ-Ċittaddella li huwa fil-għoli, tista' l-Ministru tgħid konkretament x'inhu jsir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-bini tal-Qorti ta' Għawdex, kull kamra hi mgħammra b'diversi heaters u de-humidifiers filwaqt li ż-żewġ awli prinċipali huma air-conditioned.
Leg 11 PQ #29072 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sannat Għawdex — Triq Sannat - xogħol fuq it-triq

Question

Tista' l-Ministru tghid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Triq Sannat, Sannat Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qiegħda tiġi ppreparata s-sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol li se jsir skont l-eżitu tal-offerti.
Leg 11 PQ #29073 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħlijiet fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-iskejjel kollha ta' Għawdex kull skola separament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29074 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Triq il-Mitħna - xogħlijiet ta' manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Triq il-Mitħna fix-Xewkija f'dik il-parti ta' fuq tagħha li mhix inkluża fil-parti segregata bil-gate li saret proviżorjament sakemm qed isiru x-xogħlijiet fit-triq għar-Rabat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Triq il-Mitħna isirilha manutenzjoni skont il-bżonn sakemm tkun tista' tiġi asfaltata.

Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek — Diovan 160

Question

Peress li l-mediċina Diovan 160 ilha mid-19 ta' Awwissu nieqsa mill-ispiżeriji Għawdxin taħt l-iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, jista' l-Ministru jara li dawn il-pilloli jiġu fornuti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement and Supplies (Taqsima tas-Saħħa) waslet għandu l-kunsinna tad- Diovan 80mg u 160 mg kif kien skedat u bdiet titqassam. Diovan 80mg u Diovan 160 mg jinsabu kemm fl-Isptar Mater Dei, l- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u f’kull ċentru tas-Saħħa.

Għawdex — Rabat - Triq Putirjal - zebra crossing

Question

Peress li fi Triq Putirjal ir-Rabat, Għawdex saret zebra crossing ġdida, imma din la għandha dwal u anqas tabelli u kif ukoll ż-żebgħa ta' mal-art kważi marret u dan kollu qed joħloq sitwazzjoni perikoluża għan-nies fit-triq, jista' l-Ministru jara li din ż-zebra crossing issir skont il-liġi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.28398.

Għawdex — Xagħar - stages tal-Arriva

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Srug u Triq Qortin fix-Xagħra, Għawdex qed jilmentaw għaliex m'hemm l-ebda stage tal-Arriva u s-servizz ma joperax f'dawn l-inħawi b'inkonvenjent għar-residenti, jista' l-Ministru jara li dan in-nuqqas jiġi ndirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn verifiki li saru minn Transport Malta, fix-Xagħra m'hemm l-ebda triq bl-isem Triq il-Qortin. Jekk il-mistoqsija tirrigwarda Triq Srug u Triq il-Kortoll, ninsab nfurmat li qabel ma saret r-riforma fit-trasport pubbliku qatt ma kien hemm servizz lejn dawn in-naħat tax-Xagħra. Transport Malta se tevalwa din it-talba.

Għawdex — problema biex it-tfal jaslu d-dar

Question

Peress li in vista tar-riforma tat-trasport pubbliku ħafna tfal f'diversi rħula f'Għawdex qed ikollhom problemi biex jirritornaw id-dar, jista' l-Ministru jgħid u jispjega x'inhu jiġri u kif dawn it-tfal jitwasslu d-dar kif kien jiġri qabel ir-riforma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-riforma fit-trasport pubbliku ma kinitx tkopri s-servizz tat-trasport għat-tfal tal-iskola. Nitlob lill-Onor Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sptar Mater Dei — parkeġġ għall-persuni b'diżabilità

Question

Peress li hemm nuqqas ta' kaxxi tal-parkeġġ għall-persuni b'diżabilità fl-Isptar Mater Dei tant li għal dawk li jmorru d-day centre kull ma hemm huma żewġ parkeġġi biss, jista' l-Ministru jara li dan in-nuqqas jiġi indirizzat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm parkeġġi riservati għal nies bi bżonnijiet speċjali aktar minn kemm hemm rikjest fl-‘Access for all Guide Lines’ maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Fil-parkeġġ tal-Out-Patients, l-isptar ipprovda 26 kaxxi tal-parkeġġ għal nies bi bżonnijiet speċjali minn 46. Skont l-‘Access for all Guide Lines ’ l-isptar suppost irriserva biss żewġ (2) parkeġġi. Fil-parkeġġ li hemm id- Day Care (l-isptar m’għandux day centre ), l-isptar ipprovda żewġ (2) parkeġġi għal nies bi bżonnijiet speċjali minn total ta’ disa’. Dan ifisser li għall-pubbliku inġenerali hemm biss sebgħa postijiet tal-parkeġġ. Skont l-‘Access for all Guide Lines’ l-isptar suppost irriserva parkeġġ wieħed biss. Faċċata ta’ dawn il-parkeġġi msemmija, hemm riservati parkeġġi oħra għal tfal li qegħdin jieħdu trattament bil-kemoterapija.

Għawdex — karozzi tal-linja għaċ-Ċirkewwa

Question

Peress li ħafna Għawdxin u studenti jispiċċaw mix-xogħol u mill-Università fil-5.00pm, peress li qabel ir-riforma kien hemm trasport għaċ-Ċirkewwa f'dawk il-ħinijiet u issa qed ikollhom jistennew kważi siegħa oħra, peress li dan qed joħloq inkonvenjent speċjalment issa li dieħla x-xitwa, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-Interchange ta' Mater Dei li jservi ukoll l-Università, is-servizz X1 hu skedat li jitlaq fil-17:08 biex jikkonnetti mal-vapur tas-18:00 u fis-18:08 biex jikkonnetti mal-vapur tas-19:30. Ninsab infurmat ukoll li mill-venda tal-Belt Valletta is-servizz X6 hu skedat li jitlaq fil-16:50 biex jikkonnetti mal-vapur tas-18:45 u fis-17:50 biex jikkonnetti mal-vapur tas-19:30. Ninsab infurmat ukoll li mis-6 ta' Novembru li ġej is-servizz 41 mill-Belt Valletta saċ-Ċirkewwa se jkun skedat jitlaq fil-17:00, fil-17:10, fil-17:20, fil-17:30, fis-17:40 u fis-17:50. Dan is-servizz iservi ukoll il-waqfa "Kulleġġ" fl-Imsida.
Leg 11 PQ #28830 Sitting 397 2011-10-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħala ħidma u xogħlijiet li saru f'din l-aħħar sena b'risq persuni b'diżabilità, saret rampa fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex ittejjeb l-aċċessibilità għall-uffiċċju tal-Kondotta. Infurmat ukoll illi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ġew organizzati car wash days b'risq il-Community Chest Fund kif ukoll b'risq l-Inspire. Saru wkoll ġabriet mill-priġunieri u mill-uffiċjali tal-Faċilità għall-Istrina.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha f'din l-aħħar sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.