Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28831 u jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Self ta' kotba mil-librerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm self ta' kotba minn kull fergħa u librerija f'Malta u Għawdex separatament f'dawn l-aħħar ħames snin u l-informazzjoni tingħata sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ftuħ tal-libreriji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma s-sigħat ta' ftuħ ta' kull librerija f'Għawdex u f'Malta u tgħid kemm huma s-sigħat imħallsa mill-gvern u kemm mill-kunsilli lokali kull lokalità separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #448 Sitting 404 2011-11-07 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

libreriji pubbliċi — management agreements

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta saru l-management agreements bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali fejn hemm libreriji pubbliċi kull lokalità separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #24457 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Road Construction — illegalitajjiet f'Ta' Muxi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-illegalitajiet kollha li qed isiru fuq Ta' Muxi mill-kumpanija Road Construction? Jista' jgħid jekk hux miżmum ix-xogħol kollu inkluż tal-barrieri u jekk le għaliex? Peress li dan il-kuntrattur għandu diversi stop notices, jista' jgħid għaliex kull darba qiegħed jiġi mġedded il-permess tal-barriera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Intepellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.25833.
Leg 11 PQ #27357 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — service contract agreements

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella u dokumenti mitluba.
Leg 11 PQ #29261 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti ta' sigurtà u standards tal-Playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar l-istat ta' sigurtà u standards tal-playing fields kollha ta' kull lokalità separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull inspection report li sar s'issa mill-MCCAA dwar playing fields tal-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #29442 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

MCAST — studenti li qed jistennew riżultat

Question

Peress li hemm diversi studenti tal-MCAST AAT 2nd year li għadhom qed jistennew ir-riżultati tal-WEAF u allura qed jattendu l-kors b'mod proviżorju sakemm appuntu joħorġu r-riżultati u din hija sitwazzjoni stressanti fuq l-istudenti għax qed timpedihom milli jagħmlu pjanijiet ulterjuri, tista' l-Ministru tara li din il-problema tiġi riżolta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #29447 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li hemm s-segwenti faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl f’dipartimenti u uffiċini li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Uffiċċju tal-Prim Ministru Ir- receptionists fil-Berġa ta’ Kastilja jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-persuni msemmija li jattendu f’dan l-Uffiċċju. Barra minn hekk, l-aċċessibilità hija possibli f’kull sular peress li l-lifts għandhom faċilitajiet li huma ta’ għajnuna jekk persuni neqsin mis-smiegħ jew mid-dawl ikollhom il-bżonn li jitilgħu f’xi sular partikolari. Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur Fil-post il-ġdid ta’ l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur hija r-responsabiltà ta’ receptionist li jagħti kull għajnuna lil persuni bi bżonnijiet speċjali. Qiegħed isir ukoll bdil fil-post biex kull min jiġi jinqeda fl-Awtorità, dan isir fil-pjan terran u b’hekk ma jkunx hemm il-ħrieġa li jintuża lift. Awtorità tal-Mediċini L-Awtorità nvestiet f’telefons speċjali għall-persuni li jbatu minn problem ta’ smigħ. Il-lifts fil-postijiet komuni għandhom il- braille sabiex jgħinu persuni neqsin mid-dawl. L-ispazju fl-Awtorità huwa ddisenjat b’mod miftuħ sabiex ikun komdu u mingħajr ostruzzjonijiet għall-persuni neqsin mid-dawl. Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Il-Kunsill għandu faċilitajiet ta’ aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità fosthom rampa fid-daħla prinċipali kif ukol toilets għall-persuni b’diżabilità. Bħala faċilitajiet biex jiġu moqdija persuni neqsin mid-dawl, n-numru tas-sulari tal-lift li hemm fil-Kunsill huma miktuba bil- Braille. Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Fil-preżent il- website tal-Kunsill tagħmel użu minn standard HTML syntax sabiex persuni neqsin mid-dawl jagħmlu użu minn dan is-servizz. Heritage Malta F’għadd ta’ mużewijiet ta’ Heritage Malta qed jiġi pprovdut servizz ta’ audioguide li jistgħu jinqdew bih ukoll persuni neqsin mid-dawl. Dawn huma l-Ipoġew, il-Katakombi ta’ San Pawl u l-Armerija tal-Palazz. Malta-EU Steering Action Committee Matul din is-sena ġiet addattat l- cartoon ‘L-Avventuri Maġiċi ta’ Tommy u Rosy’, cartoon edukattiv għat-tfal dwar l-Unjoni Ewropea li kien ġie prodott mill-MEUSAC fl-2010, għal persuni neqsin mis-smigħ billi saru sotto titoli bil-Malti u bl-Ingliż fil-verżjoni bil-Malti u bl-Ingliż tad-dvd rispettivament. Sfortunatament, sforz biex il-ktejjeb ta’ l-istess cartoon isir b’mod li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl kellu jiġi abbandunat minħabba li ebda operatur ma wieġeb għas-sejħa għall-offerti li saret mill-MEUSAC. Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fit-twettiq tal-inkarigi tiegħu qatt ma rċieva ilmenti rigward nuqqas ta’ faċilitajiet relatati ma’ persuni neqsin mis-smigħ jew neqsin mid-dawl. Barra minn hekk, bil-faċilitajiet preżenti tiegħu, ma jirriżultax li d-Dipartiment qatt iltaqa’ ma diffikultajiet biex jipprovdi s-servizzi tiegħu lil persuni neqsin mis-smigħ jew neqsin mid-dawl. Dipartiment tal-Gvern Lokali Lift li dan id-Dipartiment għandu f’waħda mill-binjiet tiegħu ghandu n-numri miktuba bil- Braille. Uffiċċju Elettorali Fl-Uffiċċju Elettorali u fl-Uffiċċju tal-karta tal-identità n-nies neqsin mid-dawl ma jsibu l-ebda problema biex jidħlu u jinqdew peress li l-post huwa totalment aċċessibbli u mingħajr taraġ. In-nies neqsin mis-smigħ ma jsibux problemi biex jinqdew u l-istaff tal-Uffiċċju hu dejjem disponibbli biex jgħin meta u kif ikun hemm bżonn.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartimenti u uffiċini ta' dan il-Ministeru m'hemmx faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm total ta’ 16-il ħaddiem irreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunita’, kif jidher hawn taħt. Impjegati rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità: Skala Numru ta’ Impjegati 8 1 11 2 12 1 14 1 15 2 16 1 17 1 18 6 20 1 Total 16
Leg 11 PQ #29204 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 5 impjegati li għandhom diżabilità, 3 huma impjegati fid-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja (Malta) li huma fl-iskala ta' 9,10 u 16 rispettivament, 1 fil-Korp tal-Pulizija fi skala 12 u ieħor fis-Segretarjat Permanenti fi skala 18.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29235 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

liġi dwar id-drittijiet tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28402 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’liema stajdu wasal il-proċess biex il-liġi tagħna tiġi konformi mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal u x’liġijiet u amendi beħsiebu jressaq il-gvern sal-aħħar ta’ din is-sena biex jiġu indirizzati l-akuni legali li għandna fil-liġi tagħna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ħejja rapport dettaljat dwar il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u dwar l-implimentazzjoni tad-dispozizzjonijiet ta' dik il-konvenzjoni fil-Liġi Maltija. Qiegħed isir l-aħħar revizjoni ta' dan ir-rapport fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u wara dan għandu jingħadda lill-Kummissarju tat-Tfal.

Ħal Far — Ċentru ta' Matul il-Jum - attivitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni se tittieħed biċċa art li tintuża għall-attivitajiet sportivi għall-persuni b'diżabilità li jattendu ċ-Ċentru ta' Matul il-Jum ta' Ħal Far? Tista' tikkonferma jekk hux se jsiru radar jew jekk hux se jiġi stallat xi apparat ieħor ta' din ix-xorta? Jekk dan huwa l-każ, x'se jagħmel il-gvern biex dan it-telf jitpatta bi spazju ieħor biex dawn il-persuni jkollhom spazju addattat u adegwat għall-attivitajiet bħalma kellhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-biċċa art li tintuża għall-attivitajiet sportivi minn persuni b’diżabilità li jattendu ċ-Ċentru ta’ Ħal Far li parti minnha se tittieħed mill-allokazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja se tingħata lil ‘Malta Air Traffic Services’ biex jinbena sistema ta’ Radar neċessarju għall-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Din l-art ġiet identifikati mill-MEPA għal dan l-użu. Qed isiru l-arrangamenti biex tingħata biċċa art oħra proprjetà tal-gvern biex tintuża mill-persuni b’diżabilità flok dik li se tittieħed.