Peress li fis-sala tal-irġiel hemm għadd ta' buzzers li ma jaħdmux u ħafna pazjenti qed ikollhom diffikultajiet kbar biex jinfurmaw lill-istaff bil-bżonnijiet tagħhom fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, tista' l-Ministru tara li dawn il-buzzers jissewwew jew jiġu mibdula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma hemmx ħsarat fis-sistema tan-nurse call li hi stallata fis-sala ġenerali tal-irġiel.
Għawdex — faċilitajiet għall-kura tal-anzjani u persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W452 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Gaħwdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'faċilitajiet jipprovdi kull kunsill lokali f'Għawdex għall-kura tal-anzjani u persuni b'diżabilità, kemm matul il-jum u anke matul il-lejl?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. W451 u 30114.
Skola speċjali ta' Sannat — tfal esposti għal elementi mingħajr tined
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26586 dwar it-tinda fl-iskola speċjali ta' Sannat, Għawdex peress li din l-istess tinda għadha ma saritx u allura it-tfal li jattendu din l-iskola speċjali qegħdin esposti għall-elementi sakemm jidħlu u joħorgu mill-iskola, u minħabba li dan ix-xogħol ilu snin biex isir u għadu ma sarx u allura l-inkonvenjent qed jikber għax hawn qed nitkellmu fuq tfal b'diżabilità, tista' l-Ministru tara li dan ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tinda fl-Iskola Speċjali ta' Sannat saret, u fil-fatt it-tfal diġà qed jużaw din l-entratura biex jidħlu fl-iskola. Fadal biss li jsiru l-aperturi tal-aluminju. Qed jittieħdu passi sabiex dawn isiru fl-iqsar żmien possibbli.
Peress li hemm diversi studenti tal-MCAST AAT 2nd year li għadhom qed jistennew ir-riżultati tal-WEAF u allura qed jattendu l-kors b'mod proviżorju sakemm appuntu joħorġu r-riżultati u din hija sitwazzjoni stressanti fuq l-istudenti għax qed timpedihom milli jagħmlu pjanijiet ulterjuri, tista' l-Ministru tara li din il-problema tiġi riżolta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti ġew kollha mgħarrfa bir-riżultat fil-unit tal-WEAF u r-resit ġie skedat għall-31 ta' Ottubru. Erba' studenti appellaw mir-riżultat maħruġ lilhom u l-każ tagħhom ġie konkluż fit-8 ta’ Novembru 2011. L-istudenti mill-ewwel ġew infurmati bid-deċiżjoni dwar l-istess appell.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29449 u jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29450 u jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 29762 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilha u ċioe: Peress li in vista tar-riforma tat-trasport pubbliku ħafna tfal f'diversi rħula f'Għawdex qed ikollhom problemi biex jirritornaw id-dar, tista' l-Ministru tgħid u tispjega x'inhu jiġri u kif dawn it-tfal jitwasslu d-dar kif kien jiġri qabel ir-riforma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-servizz tat-trasport tat-tfal tal-iskola dejjem kien u għadu servizz privat u mhux parti mis-servizz tat-trasport pubbliku.
Ma jirriżultawx ilmenti dwar dan is-servizz privat.
Peress li hemm numru sostanzjali ta' learning support assistants li temmew id-diploma course però għadhom jistennew biex issir l-intervista għal-learning suppost assistant 2, tista l-Ministru tgħid meta se jsiru l-interviews?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-sejħa għall-applikazzjoni qed tiġi pproċessata u toħroġ fil-futur qrib.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28860 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u ċioe: Peress li in vista tar-riforma tat-trasport pubbliku ħafna tfal f'diversi rħula f'Għawdex qed ikollhom problemi biex jirritornaw id-dar, tista' l-Ministru tgħid u tispjega x'inhu jiġri u kif dawn it-tfal jitwasslu d-dar kif kien jiġri qabel ir-riforma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru għal Għawdex.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29200 u jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29070 dwar stallazzjoni ta' Wi-Fi fil-Qorti ta' Għawdex u peress li l-Interpellant kif ukoll avukati oħrajn li jkunu l-Qorti ta' Għawdex ta' kuljum pruvaw jaċċedu għall-internet anke wara li ngħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari imsemmija u ma kien ebda servizz, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra dwar il-modalità ta' aċċess għal dan il-Wi-Fi li qed issemmi fit-tweġiba?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-faċilità tal-Wi-Fi fil-Qorti ta' Għawdex tinsab fl-area quddiem iż-żewġ awli prinċipali, kif ukoll fil-waiting area ħdejn it-taraġ li jagħti għall-arkivju u dak li jagħti għat-tielet awla.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 29163, tista' l-Ministru tgħid jekk din l-istallazzjoni hix ta' detriment għas-saħħa tal-klijenti u tal-ħaddiema taċ- ċentru? Tista tgħid ukoll jekk minbarra r-radar hux se jsir xi bini ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-operatur ta’ kull tagħmir simili huwa obligat li jikkontrolla li emissjonijiet minn dan it-tip ta’ tagħmir huwa kif stabilit bil-liġi. Il-Malta Communication Authority tagħmel kontrolli regolari fuq stalazzjonijiet tar-radju bħal dawn. Qed jinżamm kuntatt mal-Malta Communication Authority biex jiġi aċċertat li din is-sistema hija skont il-liġi speċjalment la darba din tibda tiffunzjona.
Għad m’hemmx informazzjoni ta’ bini ieħor ħlief dak konness ma’ dan it-tip ta’istallazjoni.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, pjanti u dvd li ġie preżentat tal-pixxina f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dak li ġie ppreżentat lill-MEPA marbut mal-pixxina.
Għawdex — faċilitajiet għall-kura tal-anzjani u persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet jipprovdi kull kunsill lokali f'Għawdex għall-kura tal-anzjani u persuni b'diżabilità, kemm matul il-jum u anke matul il-lejl?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunità huma, b’mod ġenerali, accessibbli għal persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl.
Il-lifts tal-maggoranza tad-dipartimenti u l-entitajiet għandhom buttuni bil-Braille u faċilità ta’ vuċi li tavża lill-persuna konċernata f'liema sular ikun wasal il-lift.
Il-Ministeru għandu wkoll il-faċilità li juza s-servizz ta’ ħaddiema li huma mħarrġa fil-lingwa tas-sinjali u dan flimkien mal-fatt li l-istaff huwa dejjem disponibbli li jaghti l-ghajnuna meħtieġa lill-persuni kollha b’diżabilità inkluż persuni nieqsa mid-dawl u s-smigħ.
Barra minn dan, ghaddejja ħidma sabiex persuni nieqsa mid-dawl u s-smigħ ikollhom aċċess faċli anki għal websites tad-dipartimenti u l-entitajiet differenti. Dan qed isir billi il-websites qed jinżammu, jew issir hidma fuqhom sabiex jinżammu, kif irrakmandat mill-MITA (Malta Information Technology Agency) u FITA (Foundation for Information Technology Accessibility) fir-rigward ta’ aċċessibilità ta’ websites għal persuni b’diżabilità.
B’mod specifiku, wiehed ghandu jsemmi l-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech li qed jiġi restawrat u mgħammar b’poġġamani, audio u braille fil-lifts u għajnuniet oħra għall-persuni bi bżonnijiet speċjali bħal dawk neqsin mis-smigħ u mid-dawl.
L-Isptar Mater Dei hu diġà mghammar b’mod adekwat fejn, minbarra l-miżuri msemmija aktar qabel, insibu apparat ta’ induction loop. Dan l-appart qiegħed biex jamplifka l-ħoss tas-sistema tal-public address għal min jagħmel użu minn hearing aid. Dan l-apparat hu istallat f’diversi postijiet fl-isptar Mater Dei li jilqghu l-Out Patients, ir-reception ewlenija, ir-reception tad-day care. Dan l-apparat huwa istallat ukoll fic-“Chest Clinic” fl-iSptar San Luqa.
Fl-Isptar Mater Dei hemm ukoll magna tal-biljetti tal-kju fl-ispiżerija ta’ Mater Dei Hospital li hija maghmula b’indikazzjoni viżiva u bil-vuċi tal-liema numru tal-biljett ikun imiss biex persuna tkun taf meta jkun imissha biex tinqeda.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fid-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja hemm lift wieħed li fih numri tas-sulari miktubin bil-brail kif ukoll il-Qorti tipprovdi interpreti lill-partijiet u xhieda li jkunu neqsin mis-smigħ jew neqsin mid-dawl. Infurmat ukoll illi fejn ikun hemm il-bżonn l-impjegati fid-dipartimenti u fl-uffiċċini fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jagħmlu dak kollu neċessarju sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom lil tali persuni bl-aktar mod sħiħ u xieraq.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28829, dawk l-impjegati kollha li jiġu f’kuntat mal-pubbliku huma mistennija li joffru kull għajnuna meħtieġa partikolarment meta jiltaqgħu ma’ każijiet ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali. Dan huwa l-qofol tal kodiċi ta’ imġieba pprattikat bħala ‘Customer Care’.
Barra minn hekk, għalhekk mhux espliċitament spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28829, meta tkellimt dwar aċċess għal-persuni b’diżabilità kont ukoll qed ninkludi l-istallazzjoni ta’
lifts
. Il-Lifts li ġew stallati u li jiġu nstallati, kollha huma konformi mal-i
specification
EN81/70
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.