Tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-Ministeru din is-sena biex jiġu megħluba l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru għal Għawdex dejjem għaddej b'ħidma ndirizzata biex toffri ħajja aħjar fil-gżira Għawdxija. Il-faqar u l-esklużjoni soċjali tista tiġġildilhom fost l-oħrajn b'investiment fl-edukazzjoni, investiment fil-qasam tas-saħħa u ħolqien ta' impjiegi, investiment fl-infrastruttura u attivitajiet oħra mmirati biex f'Għawdex jibqa' jkun hemm livell t'għajxien tajjeb. Ħafna mill-proġetti li għaddejjin bħalissa f'Għawdex huma xprunati minn dan t'hawn fuq u għandhom il-mira li jkomplu jtejbu l-istil tal-ħajja f'Għawdex b'mod partikolari għal ġid ta' min hu l-aktar żvantaġġat.
skema għal investiment f'solar water heater — kriterji soċjali
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-kriterji soċjali tal-iskema għal familji li jinvestu f'solar water heaters?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kundizzjonijiet marbuta ma’ din l-iskema huma kif ġej:
1. Familji li huma intitolati li jirċievu
energy voucher;
2. Familji li jirċievu
allowance
tat-tfal fejn id-dħul annwali ma jaqbiżx it-€23,932 liema
allowance
tat-tfal
hi skont kif definit f’Art. 2 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u huwa distint mill-
allowance
tat-Tfal Fissa
skont kif definit f’Art.2 tal-istess Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Familji li jirċievu
allowance
tat-Tfal Fissa
mhumiex eliġibbli
3. Familji li xtraw proprjetà bħala l-unika residenza ordinarja tagħhom wara l-1 ta’ Jannar 2011. (Il-valur tal-proprjetà jrid ikun anqas minn €120,000 u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jridu jkunu f’isem l-applikant.)
4. Familji li jirċievu
allowance
supplimentari skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali
Ninfurma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni tinstab ippublikata fuq is-sit
http://www.mra.org.mt/Support%20Schemes%202011-customers.shtml
Peress li issa l-friegħi tal-libreriji ta' Għawdex ġew online, tista' l-Ministru tgħid kemm bħala ammont ta' kotba ġew barcoded f'kull fergħa u jekk id-
data
tal-kotba hijiex imdaħħla fuq is-sistema governattiva msejjħa OPAC (Online Public Access Catalogue)? Tista' tagħti n-numru fergħa b'fergħa ta' kemm kotba hemm li d-
data
tagħhom mhijiex imdaħħla fis-sistema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex — libreriji li tħallew għall-aħħar biex il-kotba tagħhom jiġu online
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li l-friegħi Għawdxin - salv għan-Nadur u l-Gozo Lending Library, tħallew l-aħħar fil-pajjiż li jiġu
online?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’Għawdex kien hemm problema ta’ infrastruttura, speċjalment fejn jidħol is-supplixximent ta’ PCs. L-għaxar libreriji fergħat Għawdxin li ġew ikkompjuterizzati issa qatt ma kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-PCs tant li meta daħlet is-sistema tal-leasing (kiri tal-PCs) ma setax isir skambju ta’ PCs. Tajjeb ngħidu li l-PCs li għandhom bħalissa ġew fornuti min-naħa tal-IMU f’Malta sabiex il-proċess seta’ jitlesta u b’hekk issa kull librerija fergħa f’Malta u Għawdex se jkunu kollha kompjuterizzati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm intraprizi Għawdxin li applikaw u ottjenew tnaqqis ta' taxxa taħt l-iskema tal-micro invest minn meta nħolqot s'issa u jgħid ukoll f'liema oqsma ta' negozju sar l-investiment? Jista' jgħid it-total ta' investiment u kemm kien it-tnaqqis għal kull intrapriża?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li sal-lum il-Malta Enterprise laqgħet 195 applikazzjoni għall-iskema MicroInvest, u ħarġet 151 ċertifikat. L-iskema hija miftuħa għall-kull qasam ta’ negozju u applikazzjonijiet milqugħa ġew minn kull ġeneru ta’ negozju. It-total ta' l-iskema s'issa huwa ta’ €1,441,811.05. It-tnaqqis għan-negozji Għawdxin huwa ta’ 60% fuq spejjeż eliġibbli. It-total ta’ krediti fuq taxxa huwa ta’ €824,722.81.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru Small Medium Enterprises Impact Assessment Tests fuq Small Medium Enterprises f'Għawdex u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relattiva in partikolari r-riżultati tat-tests?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar daħal fis-seħħ f’Ġunju 2011 permezz tal- Att XI tal- 2011.
Fl-10 ta’ Novembru 2011 ħarġet ċirkolari MF9/2011 li tispjega kif daħlu fis-seħħ partijiet minn din il-liġi permezz ta Avvizi Legali 410 u 429.
Bħalissa għaddej il-proċess sabiex titwaqqaf entita ċentrali li ser tkun qed tieħu ħsieb l-implimentazzjoni tal-SME Implementation Test f’każ ta’ liġijiet li jkollhom impatt fuq in-negozji ż-żgħar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm niżlu passiġġieri tal-cruise liners f'Għawdex din is-sena? Minn liema vapur? X'kienet il-capacity tal-vapur? Fejn ankra u meta kien? Jista' jgħid jekk tinġabarx statistika dwar it-turiżmu f'Għawdex u jgħid x'tip ta' statistika tinġabar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra parti mill-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ninsab infurmat li ma tinżammx informazzjoni rigward kemm passiġġieri niżlu l-art f’Għawdex mill-
cruiseliners
li daħlu.
L-uffiċċju nazzjonali ta’ l-istatistika ta’ kull xahar jippublika statistika ta’ akkomodazzjoni kollettiva li tiddistingwi bejn turisti li jużaw din it-tip ta’ akkomodazzjoni f’Malta minn dawk li jużawha f’Ghawdex u Kemmuna.
Din l-istatistika pero ma’ tinkludiex turisti li jużaw akkommodazzjoni privata.
Għas-sena 2012, huwa ppjanat li sa jkun hemm tnax (12)-il żjara mill-vapuri Seabourn Pride, sitt żjarat (6) mill-vapuri Windstar u għad iridu jkunu kkonfermati wkoll żewġ żjarat mill-vapuri Holland.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex nisa li qed imorru jagħmlu l-mammogram fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jintbagħtu Malta biex jirrepetu t-test u dan ovvjament qed jaqla' ħafna paniku bla bżonn f'dawn in-nisa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nisa li qed imorru jagħmlu l-mammogram fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed isirilhom dan it-test minn radiographers professjonali f'dan il-qasam u b'apparat diġitali tal-aħħar teknoloġija. Ir-riżultati ta' dawn it-testijiet isiru minn consultant radiologists ġewwa Mater Dei, liema konsulenti huma esperti f'dan il-qasam. Ikun hemm każijiet iżolati fejn klijenti li jsirilhom il-mammogram ġewwa Għawdex jintalbu biex imorru Malta biex jagħmlu test tal-ultrasound mill-istess konsulent li jkun qed jagħmel ir-rapport tat-test partikulari. L-iskop ta' dan huwa li ssir evalwazzjoni professjonali u komprensiva biex b'hekk il-klijent ikollu riżultat konklussiv.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — operazzjonijiet fuq tfal
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fuq tfal fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u tindika x'tip ta' operazzjonijiet saru u dan fl-aħħar sena u nofs, xahar b'xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — trasferiment bl-ambulanza jew helicopter
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk it-tfal (taħt is-sittax-il sena) li ġew trasferiti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei f'din l-aħħar sena xahar b'xahar, skont l-etajiet, raġuni u jekk it-trasferiment sarx bl-ambulanza jew helicopter?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fuq tfal Għawdxin f'din l-aħħar sena? Jista' jgħid x'inhi l-età , x'tip ta' operazzjoni kienet u l-medja ta' ġranet li dawn it-tfal damu l-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdxin riferuti għal trattamenti fl-Isptar Boffa
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar kemm kienu dawk l-Għawdxin li ġew riferuti għal trattament fl-Isptar Boffa? Għal liema trattament? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu l-irġiel skont l-età?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari W445 u W446, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx l-eżerċizzju tal-weeding tal-kotba skaduti mill-friegħi Għawdxin fergħa b'fergħa? Jekk iva, kemm tneħħew kotba f'kull fergħa mill-kollezzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W449 u jgħid x'ħidma saret minn kull kunsill lokali f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin sabiex jiggarantixxi aċċess għall-persuni b'diżabilità għal dawk il-binjiet u servizzi li jaqgħu taħt il-kunsill lokali? Xi pjanijiet immedjati għandu kull kunsill lokali sabiex l-aċċessibilità tiġi garantita u msaħħa, kemm aċċessibilità fiżika però wkoll aċċessibilità għas-servizzi offruti minn kull kunsill lokali għall-persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smiegħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Xogħlijiet fuq playing fielda, ġodda, libreriji u bereġ
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W450 u jgħid kull kunsill lokali f'Għawdex x'għamel fl-aħħar tliet snin u x'xogħlijiet se jsiru fix-xhur li ġejjin sabiex playing fields, ġonna, libreriji, bereġ, faċilitajiet ta' servizzi soċjali u strutturi ta' natura sporitiva u kulturali, issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa jew jiġu mgħammra sabiex tiġi moqdija kull lokalità u ċ-ċittadini tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ċentri għal matul il-jum f'Għawdex — faċilitajiet għas-servizzi soċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W451 u jgħid x'faċilitajiet għandu kull kunsill lokali f'Għawdex fir-rigward tas-servizzi soċjali, ċentri għall-ħarsien tat-tfal, ċentri għal matul il-jum għall-persuni b'diżabilità u l-anzjani u faċilitajiet edukattivi oħra? Jista' jgħid xi proġetti ta' din ix-xorta huma ppjanati għax-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Għawdex — faċilitajiet għall-kura tal-anzjani u persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W454 u jgħid x'faċilitajiet jipprovdi kull kunsill lokali f'Għawdex għall-kura tal-anzjani u persuni b'diżabilità, kemm matul il-jum u anke matul il-lejl?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. W451 u 30114.
Peress li minħabba x-xogħlijiet fi triq li mix-Xewkija tagħti għar-Rabat, qed tintuża t-triq li tiġi biswit iċ-ċimiterju tar-Rabat, peress li din it-triq hija ħażina ħafna, tista' l-Ministru tara li din it-triq issirilha l-manutenzjoni li hemm bżonn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-triq imsemmija fil-mistoqsija taqa' taħt ir-responsabilità tal-kunsill lokali tal-post, iżda minkejja dan, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel manutenzjoni fuq din it-triq skont il-bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid kif sar ir-reklutaġġ ta' ħaddiema fil-biċċerija t'Għawdex? Kemm ġew reklutati u kemm fadal postijiet x'jimtlew u f'liema grad jew skala?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa issa ġew reklutati uffiċjal li huwa nkarigat mill-biċċerija u ħames biċċiera wara sejħiet għall-applikazzjonijiet fejn l-uffiċjal inkarigat u tnejn mill-biċċiera kienu impjegati f'dipartimenti oħra qabel is-sejħa. Ninsab infurmata li fadal jimtlew tliet postijiet fi skala numru sittax u li ser ikun hemm ukoll numru ta' biċċiera li ser jiġu ngaġġati biex jaħdmu kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta skont il-ħtieġa.