Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar kemm kienu dawk l-Għawdxin li ġew riferuti għal trattament fl-Isptar Boffa? Għal liema trattament? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu l-irġiel skont l-età?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati appelli superjuri minn sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin kull xahar separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ appelli superjuri intavolati minn sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati Għawdex f'dawn l-aħħar ħames huma s-segwenti:
2007
2008
2009
2010
2011*
JANNAR
1
3
4
8
3
FRAR
4
5
0
1
5
MARZU
2
2
7
4
2
APRIL
2
2
8
2
7
MEJJU
2
9
4
3
2
ĠUNJU
4
4
5
5
3
LULJU
6
6
2
8
0
AWWISSU
0
1
2
0
0
SETTEMBU
3
0
0
3
4
OTTUBRU
10
12
9
6
7
NOVEMBRU
5
8
4
10
1
DIĊEMBRU
8
5
3
6
--
TOTAL
47
57
48
56
34
*Tkopri sal-24/11/2011
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi quddiem it-tribunal industrijali li fihom hemm involuti partijiet jew xi ħadd mill-partijiet li huwa Għawdxi u dan għall-perjodu tal-aħħar ħames snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B’referenza għad-domanda tal-Onorevoli Membru jiġi rilevat li t-Tribunal Industrijali ma jaqax taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern imma taħt l-Uffuċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi kostituzzjoniali li ġew intavolati minn Għawdxin f'dawn l-aħħar ħames snin u jagħti n-numru skont il-ġudikanti li qed jismagħhom u dan fuq perjodu tal-aħħar ħames snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx l-ebda statistika fil-konfront tal-belt jew raħal, jew jekk hux Malta jew Għawdex, tal-individwu li jkun qed jippreżenta kawża kostituzzjonali.
Rabat Għawdex — Triq San Leonardu - devjazzjoni tat-traffiku
Question
Peress li minħabba devjazzjoni tat-traffiku qed tintuża dik it-triq li minn Triq San Leonardu tieħu għat-Triq is-Sellum, dik li nsejjħula tal-Wied ta' Żejta fir-Rabat, Għawdex, peress li din it-triq tinstab fi stat ħażin ħafna, peress li din it-triq qed tintuża ħafna f'dawn l-aħħar ġranet imma li l-istat u kundizzjoni ta' din it-triq qed ikun kaġun ta' inkonvenjenti kbar, tista' l-Ministru tara li din it-triq issirilha l-manutenzjoni opportuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qed tittieħed l-azzjoni neċessarja.
alert programme for attention difficulties — waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-alert programme for attention difficulties u kemm hi l-medja taż-żmien ta' stennija biex it-tfal li jiġu riferuti jingħataw dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Programm tal-Alert isir għat-tfal li għandhom bejn it-8 u 12-il sena, li għandhom diffikulta’ fil-modulazzjoni fis-sistema tas-sensi. Għalhekk it-tfal jidħlu f’dan il-programm wara eżami li jsir mill-occupational therapist li jinvolvi testijiet speċifiċi (standardized tests), fejn jiddeterminaw jekk it-tifel jew tifla jibbenefikawx minn dan il-grupp.
L-aħħar gruppi tal-Alert saru fix-xhur tas-sajf 2011. B’kollox kien hemm 6 gruppi li għalihom attendew 49 persuna. Kull programm ikkonsista f’ħames sessjonijiet ta’ siegħa u nofs il-waħda. It-tfal jiġu maqsuma skont l-età.
Fil-preżent hemm 22 tifel u tifla jistennew għall-programm tal-Alert. Dan il-grupp isir meta jkun hemm numru sostenibbli ta’ tfal tal-istess età u diffikultà fil-modulazzjoni tas-sensi. L-istennija ta’ dan il-grupp qatt ma qabżet il-medja ta’ 6 xhur ġewwa s-C.D.A.U. (Child Development Assessment Unit). Fil-preżent dan is-servizz, se jibda jingħata minn kumpanija privata, bil-għan li ż-żmien ta’ stennija jkun iqsar.
Huwa mportanti li wieħed japprezza li dan huwa wieħed mill-ħafna servizzi li d-dipartiment tal-occupational therapy joffri gewwa s-C.D.A.U. Nassessjaw tfal bejn 0-14-il sena u joħroġ rapport/programm b’suġġerimenti addattati skont il-ħtiega tat-tifel/tifla. Meta t-tfal ikollhom bżonn t’aktar attenzjoni wara l-eżami tal-bidu, jingħataw sessjonijiet individwali jew fi gruppi. Dawn jinkludu gruppi tal-koordinazjoni jew gruppi ta’ kitba. Noffru ukoll school visits u home visits skont in-neċċessità. L-occupational therapist hija ukol parti mit-tim tas-C.D.A.U. u tattendi għall-case conferences li jsiru ta’ kull ġimgħa.
Appuntament għall-mammogram u test tal-bone density
Question
Peress li l-persuna, li d-dettlaji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha tipprova tagħmel appuntament l-Isptar Mater Dei sabiex tagħmel mammogramm u test tal-bone density u dan għaliex kull meta tmur l-isptar biex tagħmel appuntament qed ikollha tagħmel hemm ħin twil u minħabba impenji ta' xogħol ma tkunx tista' toqgħod hemm u qalulha li mhux possibbli tagħmel appuntament permezz tat-telefon, jista' l-Mnistru jara li din il-persuna tingħata appuntament u fuq kollox jista' jara kif persuni li minħabba l-impenji tagħhom ma jkunux jistgħu jmorru l-isptar biex jagħmlu appuntament ikunu jistgħu jagħmluh permezz tat-telefon?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
xogħlijiet artistiċi biex isebħu inħawi u postijiet pubbliċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jintużaw xogħlijiet artistiċi mill-abbozzi sottomessi sabiex isebbħu inħawi u postijiet pubbliċi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li wara li aktar kmieni din is-sena, daħlu numru ta' sottomissjonijiet minn numru ta' artisti, kumitat imwaqqaf għal dan il-għan, għażel 43 biċċa tax-xogħol li matul ix-xhur u snin li ġejjin ikunu jistgħu jiġu mwettqa fil-kobor f'inħawi u postijiet pubbliċi.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji kollha relevanti u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti dwar l-investiment li jissemma f'paġna 54 tad-Diskors tal-Budget dwar kumpanija privata internazzjonali fil-proġett konness mal-ilma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija Pubblika Numru 1658 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fis-7 ta' Settembru 2011, liema stqarrija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol f'Għawdex u f'Malta separatament f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu każijiet ta' Għawdxin għand il-Crisis Intervention Team dwar każijiet tas-saħħa mentali u x'ħidma twettqet mit-tim f'Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Crisis Intervention Team segwa 13-il każ ta’ persuni li joqogħdu Għawdex. Il-ħidma li twettqet ma’ dawn il-persuni hija l-istess bħall-ħidma mwettqa ma’ persuni Maltin li jaraw lit-tim ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni b'diżabilità severa li qed jirreġistraw
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilità severa li qed jirreġistraw u li huma inklużi fir-reġistru speċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fir-reġistru tal-persuni b’diżabilità tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-persuni m’humiex ikklassifikati skont is-severità tad-diżabilità, iżda skont il-kundizzjoni liema kundizzjoni tkun ġiet iċċertifikata mill-Placement Medical Officer tal-ETC.
Tista' l-Ministru tgħid hemm persuni b'diżabilità severa impjegati mas-settur privat u mas-settur pubbliku rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fir-reġistru tal-persuni b’diżabilità tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-persuni m’humiex ikklassifikati skont is-severità tad-diżabilità, iżda skont il-kundizzjoni, liema kundizzjoni tkun ġiet iċċertifikata mill-Placement Medical Officer tal-ETC.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru konferenzi internazzjonali f'Għawdex din is-sena u tagħti d-dettalji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konferenzi nternazzjonali organizzati f’Għawdex li dwarhom il-Ministeru jista’ jagħti nformazzjoni dettaljata kienu dawn:
· F’ Marzu tal-2011 saret konferenza internazzjonali mnedija mill-International Journal of Arts & Sciences b’kollaborazzjoni mal-Kampus tal-Università ta’ Malta f’Għawdex.
· F’Ġunju ta’ din is-sena saret ukoll konferenza fuq l-istrateġija komuni għall-agrikoltura fil-gżejjer tal-Mediterran. Għal din il-konferenza attendew delegati minn pajjiżi fil-gżejjer tal-Mediterran li kienu ħadu sehem fil-proġett
Agrisles
.
· F’Settembru l-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz organizza konferenza internazzjonali fuq il-volontarjat.
· F’Settembru wkoll, il-Kunsill Lokali tan-Nadur organizza konferenza li għaliha attendew madwar erbgħin (40) delegat barrani. Din kienet relatata maċ- Charter of European Rural Communities.
· F’Settembru sar ukoll seminar internazzjonali bl-isem ta’ Gozo Heritage in Stone organizzat bħala parti mis-sitt edizzjoni tal-Qala International Folk Festival.
· F’Ottubru tal-2011 il-Kunsill Lokali tax-Xagħra organizza konferenza internazzjonali dwar l-istorja, metodi ta’ użu u kultivazzjoni tas-siġra tat-tin. Dan is-seminar sar fil-preżenza ta’ delegazzjoni taljana ta’ madwar erbgħin (40) persuna.
Minn informazzjoni oħra li ġabar il-Ministeru minn operaturi kummerċjali jidher li b’kollox saru madwar sbatax-il konferenza internazzjonali f’Għawdex li għalihom attendew minn tletin (30) sa mitt (100) delegat barrani.
Iktar informazzjoni fuq dawn il-konferenzi ma setgħetx tingħata minn dawn l-entitajiet minħabba n-natura kummerċjali ta’ dawn it-tip ta’ avvenimenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar matul din is-sena biex kemm Għawdex kif ukoll Malta jiġu proġettati bħala ċentri ta' kultura u kreattività? Jista' jgħid dawn l-oqsma kemm iġġeneraw impjiegi din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li matul din is-sena kienet għaddejja ħidma intensiva fuq diversi aspetti tal-kultura u tal-kreattivita’. Dawn jistgħu jinġabru taħt tlett inizjattivi prinċipali. L-ewwelnett, tlestiet il-ħidma fuq il-Politika Kulturali Nazzjonali, li ġiet imnedija f’Lulju. Din tipprovdi qafas ta’ prioritajiet ta’ politika li jikkonsistu f’tisħiħ tal-governanza kulturali, tal-edukazzjoni fil-kultura u l-kreattivita, tal-ekonomija kreattiva, tal-aċċessibilita kulturali, u tal-koperazzjoni u l-kollaborazzjoni internazjonali f’dan il-qasam. It-tieni inizjattiva hija marbuta mal-Kapitali Ewropea tal-Kultura li għandha potenzjal li twassal għal riġenerazzjoni immexxija mill-kultura kemm fuq livell soċjali kif ukoll ekonomikament, filwaqt li tqiegħed lil Malta u lil Għawdex fuq il-mappa internazzjonali tal-attivita’ artistika kontemporanja. It-tielet inizjattiva hija dik tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ekonomija tal-Kreattivita’, li huwa proġett bi sħab bejn is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura u l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment. Il-grupp wassal fi tmiemha l-ħidma fuq abbozz ta’ strateġija li bħalissa qed tiġi evalwata, u li hija mibnija fuq erba’ prijoritajiet: li jipproponi t-tibdiliet meħtieġa sabiex il-governanza tas-settur tkun tista’ tiġi kkonsolidata u l-effettivita’ tagħha sabiex tindirizza l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-operaturi kollha kulturali u kreattivi; li jinfethu u jitkabbru l-opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ speċjalizzat fl-oqsma varji tas-settur u li jiġu provduti għajnuniet sabiex jiġi professjonalizzat is-settur; li jitjiebu l-opportunitajiet ta’ finanzjament u ta’ penetrazzjoni tas-suq minn operaturi fis-settur, permezz ta’ tisħiħ tal-qafas li jwieżen l-intrapreditorija kreattiva; u li jwettaq it-tibdiliet u l-investimenti neċessarji sabiex Malta u Għawdex jitqiesu bħala hubs internazzjonali ta’ attivita’ kulturali u kreattiva.
Fejn jidħol investiment dirett mill-gvern fil-kultura u l-kreattivita’, matul l-2011 kien hemm żieda ta’ €2,760,500 fin-nefqa rikorrenti. Dawn jinkludu €840,000 fi skemi ġodda sabiex jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-attivita’ kulturali, kif ukoll skemi ta’ investiment dirett fl-operaturi tas-settur, permezz ta’ inizjattivi li jindirizzaw kollaborazzjoni mal-edukazzjoni u t-tisħiħ tal-intrapriża kreattiva. Matul l-2011 kien hemm ukoll nefqa ta’ €6,328,000 fi spiża kapitali fl-oqsma tal-arti, wirt kulturali, media u
creative business services
..
Fir-rigward ta’ impjiegi fis-settur, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ekonomija tal-Kreattivita’ ġabar informazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Id-data tal-NSO li hija aġġornata sal-2007 tindika 7600 imjieg ġenerat mill-operaturi fil-settur (dan jinkludi ukoll imjiegi mhux speċjalizzati fil-kultura jew kreattivita’ ġenerati direttament minn dawn l-operaturi), fil-waqt illi l-ETC għandha informazzjoni aġġornata sal-2009 li tindika li 6900 persuna hija reġistrata bħala li taħdem f’okkupazzjoni kulturali jew kreattiva (dan jinkludi ukoll persuni impjegati ma’ operaturi li ma humiex fis-settur tal-kreattivita’).
Tista' l-Ministru tgħid x'sar f 'Għawdex permezz tal-iskema create?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Malta Enterprise peress li t-tali skema hi mħaddma minnu.