Għawdex — Fontata - Sqaq ta' Fuq il-Lunzjata, Triq tal-Għajn - ħmieġ
Question
Peress li r-residenti ta' Sqaq ta' Fuq il-Lunzjata, Triq tal-Għajn, Fontana, Għawdex qed jilmentaw minħabba inkonvenjent ikkaġunat minn kumulu ta' ħmieġ li meta tkun ix-xita qed ikun kaġun ta' diversi inkonvenjenti għall-istess residenti, peress li dan l-isqaq huwa proprjetà pubblika u jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tal-Fontana u peress li l-kunsill m'hu qed jieħu ebda azzjoni biex jindirizza l-problema u lanqas qed jagħmel it-tindif meħtieġ, jista' l-Prim Ministru jara li din il-problema tiġi riżolta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi l-isqaq in kwestjoni huwa proprjetà privata u għaldaqstant ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Fontana.
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex jitneħħew il-barriers li saru proviżorjament fuq il-moll taċ-Ċirkewwa wara l-inċident fatali li seħħ dan l-aħħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30798 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern li jintużaw għar-rikreazzjoni tat-tfal, kampeġġi u outdoor activities li saru f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30795 u jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Peress li l-ġenituri tat-tfal li jattendu l-special unit ta' Sannat qed jilmentaw minħabba t-trasport għaliex jeħtieġu vannijiet oħra, u peress li l-Interpellant semmiet din il-kwistjoni fid-Dibattitu dwar l-estimi ta' Għawdex iżda l-Ministru ma qalet xejn, tista' l-Ministru tgħid kif din il-kwistjoni se tiġi indirizzata biex tiġi riżolta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta’ tiswija li hemm bżonn biex tkun tista' tintuża t-tieni vanse jkunu lesti fi żmien qasir u b’hekk tiġi solvuta l-problema.
każ ta' tifla li għandha bżonn l-għajnuna fil-klassi
Question
Peress li t-tifla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minkejja li ġiet statemented għadha mingħajr għajnuna fil-klassi, tista' l-Ministru tara li din l-għajnuna tingħata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istatementing Moderating Panel f’Lulju ta’ 2010 kien irrakkomanda li t-tifla jkollha għajnuna mill-LSA li diġà hemm fil-klassi u li tattendi il-programm ta’ ‘ALERT’. Il-ġenituri kellhom dritt jappellaw min din id-deċiżjoni jekk ma qablux ma’ dawn ir-rakmandazzjonijiet.
Fil-fatt l-iskola qiegħda fil-proċess li tappella l-każ biex jidher quddiem il-Bord tal-Appell.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Parkeġġ riservat għall-persuni b'diżabilità fil-grounds ta' dixxiplini sportivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm parkeġġ riservat għall-persuni b'diżabiltà f'kull ground ta' kull dixxiplina sportiva, padiljun tal-isports jew kwalunkwe post li jintuża għall-attivitajiet sportivi kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern li jintużaw għar-rikreazzjoni tat-tfal, kampeġġi u outdoor activities li saru f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — social workers
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm social workers fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u tgħid l-average case load ta' kull social worker x'inhi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fit-Taqsima Ħidma Soċjali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex hemm 6 social workers u l-average case load ta' kull social worker hija ta' 35 każ.
Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja — każijiet ta' aċċess supervizzjonat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' aċċess superviżjonat li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja u tagħti din
l-informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa Novembru 2011 it-Taqsima Ħidma Soċjali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħadmet ma' 23 każ ta' aċċess superviżjonat
Matul is-sena 2010 n-numru ta' dawn il-każijiet kien ta' 20
Matul is-sena 2009 n-numru ta' dawn il-każijiet kien ta' 21
Matul is-sena 2008 n-numru ta' dawn il-każijiet kien ta' 18
Matul is-sena 2007 n-numru ta' dawn il-każijiet kien ta' 15.
Ministeru għal Għawdex — persuni bi grad ta' baċellerat u masters
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru kemm hemm persuni fi grad ta' baċellerat u masters, f'liema dipartiment jaħdmu u
f'liema grad qegħdin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-Ministeru sabiex l-ilma tax-xita li niżel f'dawn l-aħħar ġranet jiġi maħżun u tgħid x'ħażna ta' ilma għandu l-Gvern
appuntu mill-ilmijiet tax-xita? Tista' tgħid min hu responsabbli biex iżomm
audit
jew konteġġi dwar din il-ħażna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 u din is-sena, ġew imnaddfa numru ta' lqugħ tal-ilma fil-widien f'diversi lokalitajiet madwar Għawdex li permezz ta' hekk il-ħażna tal-ilma tax-xita żdiedet bi tlieta u erbgħin miljun litru.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal rapport ta' esperti x'jitħallsu mill-Qorti ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Qorti ta' Għawdex preżentament għandha x'jitħallsu ħamsa u ħamsin (55) rapport ta' esperti. L-Onorevoli Interpellant għandha tkun taf li matul din is-sena l-Qorti ta' Għawdex ħallas is-somma ta' €81,385 bħala ħlas għar-rapporti ta' esperti.
Nadur — art magħrufa ta' Tal-Ħali - titolu tal-art
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallas il-kumpens dovut għall-esproprju tal-art magħrufa bħala Tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex liema proprjeta illum saret housing estate u minħabba n-nuqqas ta' ħlas tal-kumpens, min jgħix ġo dan il-housing estate għadu mingħajr titolu fuq l-art li appuntu ħadu mingħand l-Awtorita tad-Djar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ jgħid kemm fil-preżent hawn tribunali amministrattivi, fejn jinżammu s-seduti ta’ dawn it-tribunali u fejn huma r-reġistri rispettivi ta’ kull wieħed minn dawn it-tribunali? Kemm hemm support staff għal kull wieħed minn dawn it-tribunali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Tribunali Amministrattivi fl-Ewwel Skeda tal-Kap 490, tal-Att dwar Ġustizzja Amministrattiva. Minn fost din il-lista ta’ Tribunali Amministrattivi imsemmija s-segwenti jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Qrati u jżommu s-seduti fil-bini tal-Qorti:
- Bord li Jirregola l-Kera
- Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet
- Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’
- Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsim tal-Wirt
- Tribunal għal Talbiet Żgħar
Ir-Reġistru rispettiv ta’ kull wieħed minn dawn il-ħames Tribunali Amministrattivi huwa r-Reġistru tal-Qrati Ċivili u kull wieħed minn dawn it-Tribunali għandu
support staff
li jikkonsisti f’Deputat Reġistratur, skrivani u messaġġiera.
Attachments:Lista ta' Tribunali Amminnistrattivi.pdf
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħidma tat-tribunali amministrattivi ssir xi draba mit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva a tenur tal-Att Nru.5 tal-2007? Fil-preżent liema huma l-każijiet li qed jisma dan it-Tribunal, fejn hu r-reġistru ta’ dan it-tribunal u fejn qed jinżammu s-seduti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari tal-Onorevoli Membru jiġi rilevat li diġà hemm 12-il bord ta' appelli li ġie inkorporat minn deċiżjonijiet ta' Tribunali Amministrattivi fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva li ġew assenjati u qed jinstemgħu mit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva a tenur tal-Att Nru 5 tat-2007.
Dawn huma s-segwenti:-
1 L-elenku fiskali li jinkorporaw kwistjonijiet naxxenti mis-segwenti Atti:-
a) l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap.123)
b) l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni (337)
ċ) l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap.364)
d) l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Kap.372) u l-Att dwar id-Dazju u Sisa (Kap.382);
2 L-elenku li jitratta dwar it-Trasport f'Malta u kwistjonijiet naxxenti mis-segwenti regolamenti:-
a) Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li l-Vetturi bil-Mutur huma tajba għat-Triq (L.S. 65.15)
b) Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.19)
ċ) Regolamenti dwar l-Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur (Kap.368 u L.S. 368.01)
d) Regolamenti dwar ir-Registrazzjoni u Licenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S. 368.02)
It-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva fil-preżent qed jisma wkoll każijiet li jaqgħu taħt:-
a) l-Airport (Groundhandling Services) Regulations (L.S. 232.15)
b) Att dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap.389)
kif ukoll każ marbut mal-Liġi tal-Condominium (Kap.398)
Apparti dawn ai termini tal-Kap.490 u l-Leġislazzjoni Sussidjarja 490.04 it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva jista’ jisma’ każijiet derivanti minn u marbuta mal-Ordinanza dwar:-
l-Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja (Kap.45 u Kap.85)
l-Att dwar it-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali (439)
ir-Regolamenti dwar l-Importazzjoni ta’ Klieb u Qtates (L.S. 36.42)
l-Ordinanza dwar l-Ispiriti (Kap.41)
l-Att dwar l-Inbid (Kap.436)
l-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy (Kap.281)
l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Inġinerija (Kap.321)
l-Att dwar il-Periti (Kap.390)
l-Att dwar is-Socjetajiet Koperattivi (Kap.442)
ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi Oħra (L.S. 33.03)
ir-Regolamenti dwar l-Esplosivi Civili (L.S. 33.04)
ir-Regolamenti dwar il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta (L.S. 511.03)
ir-Regolamenti dwar il-Bibljoteka Pubblika ta’ Malta (L.S. 511.06)
Rigward it-tieni parti tad-domanda ir-Reġistru tal-Qrati Ċivili u Tribunali, f’Malta għandu jkun ir-Reġistru tat-Tribunal f’Malta u r-Reġistru tal-Qrati Ċivili u Tribunali, f’Għawdex għandu jkun ir-Registru tat-Tribunal f’Għawdex. It-Tribunal għandu jżomm seduti f’Malta fil-bini fejn il-Qrati tal-Ġustizzja normalment iżommu s-seduti u f’Għawdex fil-bini fejn il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) normalment iżżomm seduti.
Appuntament għall-mammogram u test tal-bone density
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30503 u ċioe: Peress li l-persuna, li d-dettlaji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha tipprova tagħmel appuntament l-Isptar Mater Dei sabiex tagħmel mammogramm u test tal-bone density u dan għaliex kull meta tmur l-isptar biex tagħmel appuntament qed ikollha tagħmel hemm ħin twil u minħabba impenji ta' xogħol ma tkunx tista' toqgħod hemm u qalulha li mhux possibbli tagħmel appuntament permezz tat-telefon, jista' l-Mnistru jara li din il-persuna tingħata appuntament u fuq kollox jista' jara kif persuni li minħabba l-impenji tagħhom ma jkunux jistgħu jmorru l-isptar biex jagħmlu appuntament ikunu jistgħu jagħmluh permezz tat-telefon?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-appuntamenti ġewwa l-Breast Clinic isiru f’żewġ modi. Pazjenti huma mitluba jew iġibu r-referenza tat-tabib personalment jew inkella jibagħtu kopja ta’ l-istess referenza. Meta jiġu pazjenti b’referenzi li huma meqjusa urġenti, dawn jinqdew qabel nies oħra li jkunu qed jistennew fil-clinic.
Rigward il-bone density test, il-prassi li tigi segwita biex wieħed ikun jista’ jagħmel it-test huwa dan.
Il-formola speċifika li titlob għall-bone density trid tkun mimlija kif suppost mill-ispeċjalista. Din tiġi mpustata lid-dipartiment tal-bone density u dawn tal-aħħar jieħdu ħsieb jagħmlu appuntament u jinfurmaw lil klijent bil-miktub dwar il-ġurnata u l-ħin tal-appuntament. Taħt l-ebda ċirkostanza l-klijenta ma tiġi mitluba biex tiġi personalment id-dipartiment biex tagħmel appuntament.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30506 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm kawżi quddiem it-tribunal industrijali li fihom hemm involuti partijiet jew xi ħadd mill-partijiet li huwa Għawdxi u dan għall-perjodu tal-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fit-Tribunal Industrijali ma tinżammx statistika separata għall-każijiet li fihom ikun hemm involuti partijiet jew xi ħadd mill-partijiet li huwa Għawdxi.
Fl-1 ta’ Diċembru 2011 kien hemm sitt (6) każijiet biss fejn hemm xi parti minn Għawdex li huma pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali.