Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31003 u 30795 u jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:31158 papers laid 2.pdf31158 papers laid 1.xls
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li huwa diffiċli biex tindentifika minn mill-impjegati fil-Minsiteru, dipartiment u uffiċini ikun qed jagħmel xogħolijiet ta' back office peress li filwaqt li ċerti drabi l-membri tal-istaff ikunu qed iwettqu dmirijiet ta' back office, drabi oħra ikunu qed jagħmlu xogħol li ma jkunx jiġi klassifikat bħala back office work.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — xogħol ta' back office
Question
Tista l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li diffiċli ħafna tiddentifika min jagħmel xogħol ta’ back office biss peress li minkejja li kull entità għandha l-istrutturi tagħha u kull impjegat huwa mistenni li jagħmel kull xogħol meħtieġ skont l-esiġenzi.
Tista l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' ħaddiema fil-Ministeru, id-direttorati u uffiċini kollha li jaqgħu taħtu u li jagħmlu x-xogħol ta' back office huwa 100.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-maternity benefit f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament? Kemm minnhom ġew aċċettati, kemm huwa l-benefiċċju u allura kemm tħallas globalment? Tista' tagħti rendikont tal-applikazzjonijiet skont il-lokalità f'Għawdex u Malta kollha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid lil min jitħallas iċ-childrens' allowance ta' dawk it-tfal li qegħdin fil-foster families?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni ufficjalment fostered ma jingħatawx Childrens Allowance imma Foster Care Allowance. Il-ħlas jirċevih il-Foster Carer. L-ammont li jirċievu hu ta’ €70 fil-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji li jaqilgħu inqas minn €23,983 li jieħdu ċ-childrens' allowance u kemm hawn familji li jaqilgħu iktar minn €23,993 li jieħdu ċ-childrens' allowance?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
L-ammont ta’ persuni li jirċievu l-allowance tat-Tfal huwa kif jidher hawn isfel :
Familji li jaqilgħu inqas minn €23,983 li jieħdu ċ-
childrens' allowance
– 21,637
Familji li jaqilgħu iktar minn €23,993 li jieħdu ċ-
childrens' allowance
– 19,318
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1982 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista fix-Xewkija, Għawdex ħafna minnu jispiċċa fi Triq il-Knisja u din it-triq iżżomm ħafna ilma b'inkonvenjent kbir għall-pubbliku speċjalment l-anzjani,jista' jara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li biex tissolva għal kollox il-problema tal-ilma li jinżel min Pjazza San Ġwann Battista fix-Xewkija irid isir water culvert u li dan ikun jista' jsir aktar il-quddiem. Jiena nfurmat ukoll li fil-frattemp qiegħed jiġi kkunsidrat li jsiru xi miżuri ta’ devjazzjoni għall-ilma fil-bidu ta’ Triq il-Knisja biex inaqqas l-ilma li jgħaddi għal ġo din it-triq.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14717 u jgħid x'qed jagħmel l-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-abbozz tal-politika nazzjonali dwar l-ambjent tidentifika bħala pilastru ewlieni li l-ekonomija ta’ Malta tkun immexxija iktar lejn waħda ekoloġika (greening the economy). F’dan il-qafas, tirrikonoxxi li din it-tip ta’ ekonomija tiġġenera impjiegi li huma relatati ma’ aspetti ambjentali ‘green jobs’. Dawn it-tip ta’ impjiegi huma essenzjali għal ekonomija iktar ekoloġika.
Għalhekk il-politika nazzjonali dwar l-ambjent tidentifika politika relatata ma’
green jobs
ibbażata fuq tlett aspetti:
1. li tippromovi
green jobs
billi insostnu u nibnu dawn it-tip ta’ -impjiegi li huma diġà eżistenti, filwaqt li niżviluppaw oqsma ġodda li jistgħu joħolqu impjiegi ġodda ta’ dan it-tip
2. li tiġi żviluppata strateġija għall-impjiegi relatati ma’ aspetti ambjentali
‘green jobs strategy’
. Din għandha tkun imfassla flimkien ma’
stakeholders
relevanti bħal unions u min iħaddem
3. li tiġi żviluppata strateġija għal taħriġ neċessarju għal dawn it-tip ta’ impjiegi.
Dawn l-istrateġiji jibdew jitfasslu s-sena d-dieħla. Dan għandu isir b’kollaborazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Impjiegi u Familja (MEEF), l-Korporazzjoni għal Impjiegi u Taħriġ (ETC) u l-Ministeru għal-Finanzi, Ekonomija u Investiment (MFEI) u b’konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali.
Biex inkomplu nħeġġu dawn it-tip ta’ impjiegi, il-Gvern għadu kif niehda pjan ta’ azzjoni għal ‘
Green Public Procurement’
, li wkoll huwa msemmi fil-politika nazzjonali għall-ambjent. Dan il-pjan ta’ azzjoni jidentifika 18 il-prodott u servizz li l-Gvern jixtri u li ser nibdew ndaħħlu kriterji iktar ekoloġiċi meta nfasslu speċifikazzjonijiet tekniċi
(technical specifications)
u li jiddaħħlu fid-dokumenti relevanti meta l-Gvern ikun ser jixtri. Permezz ta’ dan il-proċess qed nagħtu messaġġ lis-suq li għandu jipprovdi prodotti u servizzi iktar ekoloġiċi u għalhekk wieħed jistenna li jinħolqu iktar
green jobs
.
Ta’ min jinnota li fl-2002 l-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) waqqfet l-iskema bl-isem
Eco-certification
, li għadha fis-seħħ sal-lum u bħalissa hemm 18-il lukanda li hi
Eco-certified
. Wieħed mill-kriterji meħtieġa sabiex lukanda tkun tista’ tibda taħdem fuq din l-iskema hi li jinħatar “
Eco-coordinator
”. Din jew dan ikun/tkun responsabbli għall-
environmental management system
tal-lukanda. Kriterju ieħor li jeħtieġ li jintlaħaq hu li t-tmexxija tal-aspetti marbutin mal-ħarsien tal-ambjent fil-lukanda, kif ukoll tat-taħriġ tal-impjegati, isiru b’mod regolari. Dan sabiex l-impjegati f’kull livell ta’ l-organizzazzjoni jnkunu nvoluti direttament fl-iskema.
Biex issaħħaħ l-impenn tagħha f’dan l-aspett, l-MTA ħolqot ukoll is-sezzjoni tal-
Quality Assurance
. L-impjegati fi ħdan din is-sezzjoni jaħdmu fuq għadd ta’
awards
marbutin mal-ħarsien tal-ambjent, u li permezz tagħhom iħeġġu lill-industrija tat-turiżmu sabiex jitħaddnu / jiġu żviluppati sistemi u operati sostenibbli. L-MTA qed tinvesti wkoll fis-sostenibbiltà tal-bajjiet tagħna permezz ta l-iskema tal-
Blue Flag
. Barra minn hekk, kull ma jmur l-operat intern tal-MTA qed jirrifletti miżuri favur il-ħarsien tal-ambjent li qegħdin jitħaddmu fl-MTA. Matul l-aħħar snin din l-Aworità, flimkien ma’ għadd ta’ Kunsilli Lokali, ħadmet fuq l-implimentar ta’ proġetti maħsuba li jtejbu jew isebbħu l-ambjent, b’mod speċjali billi tħawwlu siġar endemiċi.
Infurmat ukoll illi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar timpjega staff direttament impenjat fuq il-protezzjoni tal-ambjent. L-Awtorità sponsorjat il-Proġett Karrieri li kien intiż biex iħajjar u jinforma impjegati prospettivi b’karrieri fil-MEPA fuq diversi temi li għandhom x'jaqsmu ma’
green jobs
, per eżempju fuq it-tibdil tal-klima, l-iskart, l-infurzar tad-deċiżjonijiet dwar proċeduri ta’ l-iżvilupp u ta’ l-ambjent, l-protezzjoni ta’ bini storiku u l-kultura. Il-proġett Karrieri kien jiffoka fuq diversi aspetti fosthom ix-xandir ta’ intervista' ma’ l-impjegati li jaħdmu f’dawn l-oqsma, kif ukoll il-bini ta’
website
li tinkludi informazzjoni dwar
green jobs
.
Barra minn hekk, l-awtorità mhux l-ewwel darba li laqgħet fil-bini tagħha studenti ġejjin minn diversi skejjel, fejn dawn ġew provduti bl-informazzjoni dwar l-operat tal-awtorità, kif ukoll ipparteċipat fil-fieri mtellgħa minn skejjel partikolari għall-istudenti li jkunu qegħdin fl-fażi deċiżiva dwar l-għażla tal-karriera tagħhom.
Fiż-żmien li saret il-mistoqsija parlamentari, fil-bini tal-MEUSAC kien għaddej xogħol ta’
refurbishment
. Fit-tfassil ta’ dawn ix-xogħolijiet kienu ġew ikkunsidrati miżuri bħal
sensors
fl-uffiċji biex inaqqsu l-ħela ta’ dawl kemm minn lampi kif ukoll mill-
air conditioners,
u lampi
“energy saving”
.
Għawdex — Kunsilli Lokali - xogħlijiet u manutenzjoni ta' toroq
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' toroq li saru fil-kunsilli lokali t'Għawdex mill-istess kunsilli f'dawn l-aħħar sentejn? Min kien il-kuntrattur? Kemm sewa x-xogħol u jekk kienx b'tender jew direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru m'għandux ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' back office.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hija mitluba tkun aktar speċifika dwar liema tip ta' xogħol qed tirreferi għalih.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ back office ta’ dan il-Ministeru jsir min ħaddiema Għawdxin li telgħu minn Malta għal Għawdex. Dawn il-ħaddiema ma humiex uffiċjali ta’ dan il-Ministeru, imma huma parti mill-Ministeru għall-Għawdex.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xogħol ta' Back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Nadur — art magħrufa ta' Tal-Ħali - titolu tal-art
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30767 u jgħid meta se jitħallas il-kumpens dovut għall-esproprju tal-art magħrufa bħala Tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex liema proprjetà illum saret housing estate u minħabba n-nuqqas ta' ħlas tal-kumpens, min jgħix ġo dan il-housing estate għadu mingħajr titolu fuq l-art li appuntu ħadu mingħand l-Awtorita tad-Djar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
O level tal-Home Economics — studenti b'diżabilità
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24686 u 26342 kif ukoll b'referenza għall-email li ġiet iċċirkulata lil diversi membri parlamentari fosthom il-Ministru minn omm tifla b'diżabiltà li trid tagħmel l-eżami tal-home economics u li minħabba problemi ta' aċċessbiltà din it-tifla qed tiġi diskriminata, tista' l-Ministru tgħid għaliex din it-tifla qed tiġi trattata b'dan il-mod u tara li din it-tifla jingħatawlha d-drittijiet tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-iskola Sekondarja Bniet fil-Kulleġġ ta’ Għawdex qiegħda tipprovdi:
·
LSA ‘full-time’ ‘one-to-one’
mal-istudenta konċernata. F’dawk il-jiem meta l-istudenta tkun assenti, din l-LSA ssegwi l-lezzjonijiet, tieħu nota tagħhom, sabiex imbagħad tkun tista’ tgħaddihom lill-istudenta fil-
withdrawal sessions
;
· Aċċessibilità sħiħa permezz tal-lift għall-klassijiet, għal-laboratorju, għas-swali u għall-grawnds li jinsabu mifruxin madwar l-iskola;
·
‘Food Lab’
fejn l-istudenta għandha aċċessibilità għall-bank li fih jista’ jidħol il-
wheelchair.
Fuq dan il-bank, l-istudenta tagħmel xogħlijiet prattiċi bħal tqaxxir u tqattigħ ta’ ħxejjex tal-borma u frott. Dan il-bank jonqsu biss sink u
table cooker
.
Il-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada
flimkien mad-
Dipartiment li jipprovdi Servizzi għall-Istudenti
jinsabu f’kuntatt ma’ uffiċċjal mill-KNPD sabiex ikunu ggwidati dwar possibilitajiet oħra rigward aċċessibilità u sabiex dawn jiġu implimentati fl-iskola msemmija. Qed nirreferi għall-bank li fih jinkludi sink u
table cooker
;
· Kenn regolari kull meta l-omm tal-istudenta twassal lil bintha kmieni l-iskola, ħafna drabi siegħa jew tliet kwarti qabel jibdew il-lezzjonijiet.