Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — distillatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-distillatur tal-Qala Għawdex huwiex proprjetà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jgħid b'liema titolu u meta għadda għand il-korporazzjoni? Jekk kemm-il darba din hija proprjetà tal-Korporazzjoni, jista' jgħid jekk hemmx xi pjanijiet dwar l-użu ta' dan id-distillatur? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' użu hu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

provediment ta' learning support assistant

Question

Peress li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu sentejn jistenna biex jingħata learning support assistant, tista' l-Ministru tara li dan il-każ jingħata l-attenzjoni li tixraqlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istatementing Board kien ħa deċiżjoni fuq dan il-każ u l-ġenituri, fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, appellaw minn din id-deċiżjoni. Il-Bord tal-Appell se jisma’ dan il-każ fil-futur qrib.

mediċini tal-pressjoni li mhux jingħataw taħt l-iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Peress li pazjenti li jbatu bil-pressjoni qed jippreskrivulhom il-mediċina Rasilez HCT u dawn mhux jingħataw taħt l-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, jista' Ministru jgħid għaliex u jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-pilloli Rasilez® fihom il-mediċina ‘aliskiren’, hija mediċina tal-grupp ‘direct renin inhibitors’ u tintuża biex tikkura il-pressjoni għolja. Din il-mediċina partikolari mhux qiegħda fil-formularju tal-Gvern, u għalhekk ma tingħatax permezz ta’ l-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek .

Gozo Channel — kwestjoni dwar l-overtime

Question

Peress li l-cleaners li hemm fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed jilmentaw għaliex mhux qed jingħataw overtime u dan qed jingħata lil staff ieħor li mhux inkarigat mit-tindif, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed tippersisti din is-sitwazjzoni u li allura tiġi indirizzata din id-diskriminazzjoni biex fl-allokazzjoni ta' overtime dan jingħata lil kulħadd u mhux lil ftit biss?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li mhux minnu li xogħol ta’ tindif qed jingħata lil staff mhux inkarigat minn dan l-istess xogħol u lanqas hu minnu li l-cleaners mhumiex jingħataw overtime. Hija diskrezzjoni tal-kaptan tal-vapur biex jara li l-crew jagħmel kull tip ta’ xogħol neċessarju u dan jixhed il-fatt li l-baħrin għandhom xogħol ta’ tindif li huwa ukoll elenkat fil-job description tagħhom. Għaldaqstant il-cleaners qed jingħataw l-istess opportunita bħal ħaddiema oħra biex jaħdmu overtime meta jkun hemm bżonn u meta l-kumpanija teħtieġ li ddaħħal ħaddiema b’overtime.

witholding tax derivanti minn kontijiet bankarji ta' minuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatment minn witholding tax derivanti minn kontijiet bankarji ta' minuri?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra huma obbligati li ma jagħtux informazzjoni lid-Dipartiment dwar il-benefiċċjarji tal-istess kontijiet meta dawn jagħżlu li tinqatgħalhom taxxa finali fuq id-dħul minn imgħax. Għaldaqstant id-Dipartiment m’għandux din l-informazzjoni u għalhekk ma tistax tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija.
Leg 11 PQ #31389 Sitting 439 2012-01-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — rosters

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu nkarigat mill-ħruġ tar-rosters fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex kull sezzjoni, ward u dipartiment separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-rosters huma fir-responsabilità tal-Amministrazzjoni tal-Isptar. Fil-każ ta' wards minn Nursing Manager, fil-każ ta' support sections/departments mill-Lay Hospital Administrator u fil-każ ta' sezzjonijiet Mediċi mill-Medical Administrator. Ir-rosters proposti jiġu kkunsidrati għall-approvazzjoni jew xort'oħra mid-Direttur tal-Customer Services.

Helicopteros Sureste — kontijiet pendenti ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma l-helicopteros sureste qabdu u telqu minn Malta ħallewx kontijiet pendenti ta' taxxa jew VAT? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm huma l-ammonti u x'qed isir mid-Dipartiment biex jiġbor l-ammonti dovuti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xogħol ta' Back office

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31071 u jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #31207 Sitting 438 2012-01-24 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' back office

Question

Jista l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31066 u jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li diffiċli ħafna tiddentifika min jagħmel xogħol ta’ back office biss peress li minkejja li kull entità għandha l-istrutturi tagħha u kull impjegat huwa mistenni li jagħmel kull xogħol meħtieġ skont l-esiġenzi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' back office

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31068 u jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li diffiċli ħafna tiddentifika min jagħmel xogħol ta’ back office biss peress li minkejja li kull entità għandha l-istrutturi tagħha u kull impjegat huwa mistenni li jagħmel kull xogħol meħtieġ skont l-esiġenzi.

kwestjoni dwar kuntratt tal-community care workers

Question

Peress li ġew iffirmati l-kuntratt tal-community care workers iżda minkejja dan dawn il-care workers għadhom ma bdewx jaħdmu u peress li jidher li l-proċess waqaf għaliex hemm xi kumplikazzjonijiet konnessi ma' finanzi u allura huwa repsonsabbli l-Ministeru tal-Finanzi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan kollu u jgħid meta din il-problema se tiġi riżolta biex appuntu dawn il-care workers jibdew jaħdmu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Għasri - Triq Għammar - inkonvenjent minħabba l-ilma tax-xita

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Għammar fl-Għasri, Għawdex qed jilmentaw għaliex l-ilma qed jinġabar fil-ġnub tat-triq u allura r-residenti qed isofru minn inkonvenjenti kbar u r-residenti ilhom jilmentaw mal-kunsill lokali sa minn mindu għamlet l-ewwel xita wara li kienet saret it-triq u peress li r-residenti huma anzjani u din is-sitwazzjoni qed tinkwetahom ħafna u meta tkun ix-xita ma jistgħux joħorġu mid-dar, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-Onorevoli Interpellant tifhem u tapprezza li t-triq in kwistjoni hija triq mifruxa fuq medda twila u għaldaqstant ikun tajjeb li tindika għal liema parti tat-triq qed tirreferi għaliha sabiex inkun nista’ nwieġeb il-mistoqsija tagħha.

Nadur — art magħrufa ta' Tal-Ħali - titolu tal-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallas il-kumpens dovut għall-esproprju tal-art magħrufa bħala Tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex liema proprjetà llum saret housing estate u minħabba n-nuqqas ta' ħlas tal-kumpens, min jgħix ġo dan il-housing estate għadu mingħajr titolu fuq l-art li appuntu ħadu mingħand l-Awtorità tad-Djar?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi huwa previst li sal-2013, id-Dipartiment Propjetà tal-Gvern jakkwista l-art kollha fin-Nadur fejn hemm mibni l-Housing Estate. Wara li jintemm dan il-proċess, l-art tiġi trasferita lill-Awtorità tad-Djar li min naħa tagħha tkun tista’ tirregolarizza l-pożizzjoni ta’ min jgħix f’dn il-housing estate u għadu mingħajr titolu.

Devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern li jintużaw għar-rikreazzjoni tat-tfal, kampeġġi u outdoor activities li saru f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 31157.

Devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30798 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern li jintużaw għar-rikreazzjoni tat-tfal, kampeġġi u outdoor activities li saru f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31157.

applikazzjonijiet għall-Medical Assistance (SKA), Milk Grant, Leprosy Assistance and the Tuberculosis Assistance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-Medical Assistance (SKA), Milk Grant (MG), Leprosy Assistance (LA) and the Tuberculosis Assistance (TA) f'din l-aħħar sena? Minn liema lokalità f'Għawdex u f'Malta ġejjin u kemm minnhom intlaqgħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' applikazzjonijiet għal Għajnuna Medika (SKA) kien ta’ 1981, Milk Grant (MG) kien ta’ 256. Fis-sena 2011 ma kienx hemm talbiet għall-benefiċċji tuberculosis assistance (TA) u leprosy assistance (LA). Fit-tabella mehmuża huwa indikat dawn l-applikazzjonijiet skont l-irħula li ġejjin minnhom.
Leg 11 PQ #31118 Sitting 437 2012-01-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Problema ta' parkeġġ ħdejn il-vapur t'Għawdex

Question

Peress li ta' kull filgħodu qed jinqalgħu problemi u inkonvenjenti kbar għaliex dawk li jaqsmu lejn Malta ta' kuljum qed ikollhom problema ta' parkeġġ għaliex m'hemmx parkeġġ u spazju adegwat, tista' l-Ministru tgħid kif il-gvern se jindirizza din il-problema u meta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li billi qed isir xogħol ta' kostruzzjoni fiż-Żewwieqa, is-sit kellu jiġi magħluq għall-pubbliku minħabba raġunijiet ta' saħħa u sigurtà. Madankollu malli jitlesta dan il-proġett ser ikun hemm madwar mitt spazju ta' parkeġġ li madwar disgħin minnhom ser ikunu nklużi fil-car park li ser jifforma parti mill-proġett.

Ċirkewwa — tneħħija ta' barriers proviżorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30991u jgħid min ta l-ordni biex jitneħħew il-barriers li saru proviżorjament fuq il-moll taċ-Ċirkewwa wara l-inċident fatali li seħħ dan l-aħħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm żewġ tipi ta’ barriers fiż-żona msemmija li tip wieħed minnhom biss jaqa’ taħt il-kontroll tal-Gozo Channel. Dawn tneħħew proviżorjament biex ikun jista’ jitkompla x-xogħol fiż-żona msemmija u flokhom il-kuntrattur waqqaf barriers oħra biex jiġi kkontrollat l-aċċess għal din iż-żona ta’ kostruzzjoni.. Wara l-inċident tat-2 ta’ Diċembru, il-Gozo Channel irċeviet istruzzjonijiet mill-pulizija biex, minkejja li kienu telgħu l-barriers tal-kuntrattur, jitpoġġew ukoll il-barriers tal-Gozo Channel. Qabel id-data tal-inċident, il-barriers kienu jittellgħu jew jitneħħew skont in-neċessita’ ta’ l-aċċess għal Quay 1 jew iż-żona lil hinn minn Quay 1 li tintuża kontinwament mill-kuntrattur kif ukoll bħala parkeġġ fejn dawn l-esiġenzi għadhom relevanti sal-illum.

Nadur — art magħrufa ta' Tal-Ħali - titolu tal-art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30946 u 30767 u jgħid meta se jitħallas il-kumpens dovut għall-esproprju tal-art magħrufa bħala Tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex liema proprjetà illum saret housing estate u minħabba n-nuqqas ta' ħlas tal-kumpens, min jgħix ġo dan il-housing estate għadu mingħajr titolu fuq l-art li appuntu ħadu mingħand l-Awtorita tad-Djar?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30767.

Devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31002 u 30798 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern li jintużaw għar-rikreazzjoni tat-tfal, kampeġġi u outdoor activities li saru f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li d-Dipartiment Proprjeta tal-Gvern, ma jagħmilx kuntratti ta’ devoluzzjoni ta’ siti proprjetà tal-gvern biex jintużaw għar-rikreazzjoni tat-tfal, kampeġġi u outdoor activities, peress li dawn it-tip ta’ talbiet jingħataw biss permess għall-użu tal-art. Madanakollu, dawn it-tip ta’ permessi li jkunu ta’ mhux aktar minn 40 ġurnata, mis-sena 2005 ma baqgħux jingħataw mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern iżda mill-Kunsilli Lokali rispettivi ta’ fejn ser tkun qed issir l-attivita’. Barra minn hekk l-informazzjoni dwar dawn it-tip ta’ permessi li kienu ngħataw mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, qabel is-sena 2005 mhiex possibli li tinġabar.