Peress li l-istudenti tal-year 2 tal-Iskola Patri Mattew Sultana tax-Xagħra qegħdin mingħajr għalliema, tista' l-Ministru tara li dawn it-tfal jingħataw għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għalliema tal-Klassi tal-Year 2 tinsab indisposta. Fl-istess skola hemm għalliema oħra mingħajr klassi li ħadet il-klassi tal-Year 2 waqt li l-għalliema l-oħra tinsab nieqsa mill-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fuq it-tfal matul l-aħħar sitt xhur u tindika kemm minnhom kienu bniet u kemm kienu subien? Tista' tagħti l-informazzjoni skont l-età u t-tip ta' operazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — appuntamenti ta' tfal fl-outpatients
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm appuntamenti ta' tfal fl-outpatients tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'din l-aħħar sena, ma' liema speċjalista (mhux l-isem imma l-ispeċjalizzazzjoni), l-età tat-tfal u kemm minnhom huma bniet u kemm kienu subien? Kemm-il darba attendew għall-appuntamenti f'din l-istess sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm 1,391 tifel u tifla li żammew l-appuntament tagħhom mal-ispeċjalista tat-tfal. L-eta' tagħhom kienet mit-twelid sa erbatax-il sena.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — testijiet mediċi fuq tfal
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru testijiet mediċi fuq tfal fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'din l-aħħar sena, x'tip ta' test, l-età tat-tfal u kemm minnhom huma bniet u kemm huma subien?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’sdeduta oħra.
Peress li l-istudenti tal-kors tal-care fl-MCAST Għawdex qed jilmentaw għaliex f'dawn l-aħħar xhur ħadu stipendju mnaqqas, tista' l-Ministru tgħid għalfejn qed jiġri dan u meta se jingħataw dak kollu li huwa dovut lilhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont il-proċedura tal-MCAST, is-sena akkademika tinqasam fi 13-il perjodu, hekk kif ġej:
Perjodu
Bidu u Tmiem
Data tal-Hlas
1
29/8/11-23/9/11
02/12/2011
&
30/12/2011
(irreferi għall-ispjegazzjoni)
2
26/9/11-21/10/11
3
24/10/11-18/11/11
4
21/11/11-16/12/11
28/01/2012
5
19/12/11-13/1/12
25/02/2012
6
16/1/12-10/2/12
24/03/2012
7
13/2/12-9/3/12
21/04/2012
8
12/3/12-6/4/12
19/05/2012
9
9/4/12-4/5/12
16/06/2012
10
7/5/12-1/6/12
14/07/2012
11
4/6/12-29/6/12
11/08/2012
12
2/7/12-27/7/12
07/09/2012
13
30/7/12-24/8/12
06/10/2012
L-istudenti jitħallsu b’lura wara li tkun ġiet irreġistrata l-attendenza tagħhom. Din is-sena, l-ewwel stipendju ġie depożitat fil-kontijiet tal-istudenti fit-2 ta’ Diċembru. It-tieni stipendju ġie depożitat fit-30 ta’ Diċembru. Dawn iż-żewġ pagamenti kienu jkopru l-ewwel tliet perjodi.
Peress li l-istudenti tal-kors tal-Care offrut miċ-Ċentru tal-MCAST f’Għawdex bdew is-sena akkademika fit-3 ta’ Ottubru (jiġifieri fit-tieni ġimgħa tat-tieni perjodu, l-istipendju tagħhom kien kif ġej:
2 ta’ Diċembru 2011: €83.86 (erba’ ġimgħat sħaħ)
30 ta’ Diċembru 2011: €62.89 (tliet ġimgħat li kien jonqos għall-perjodu
ta’ seba’ ġimgħat bejn it-3 ta’ Ottubru u t-8 ta’ Novembru)
Mill-pagamenti imsemmija hawn fuq setgħu ukoll tnaqqsu xi ħlasijiet għal xi lezzjonijiet li l-istudenti jkunu fallew milli jattendu.
Għawdex — San Lawrenz Għawdex - Triq Ċangura - ilmenti fuq it-triq
Question
Peress li r-residenti ta' Triq Ċangura, San Lawrenz Għawdex qed jilmentaw mill-istat ħażin tat-triq, jista' l-Ministru jara li din it-triq issirilha l-manutenzjoni li hemm bżonn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz li t-triq li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tinstab fi stat tajjeb ħafna tant li l-Kunsill Lokali ddeskrivieha bħala “waħda mill-aħjar toroq” fil-lokalità.
Il-kunsill lokali hu konxju iżda li parti żgħira minn din it-triq qed iżomm xi ilma u għalhekk ħaseb biex jirrimedja s-sitwazzjoni u ġabar kwotazzjonijiet apposta sabiex jirranġa din il-parti tat-triq biex ma tibqax iżżomm dan l-ilma. Ninsab infurmat li l-offerta ingħatat lil Gatt Construction u x-xogħol mistenni li jinbeda fil-jiem li ġejjin.
Għawdex — San Lawrenz - Triq San Lawrenz - ħofor fit-triq
Question
Peress li r-residenti ta' Triq San Lawrenz, San Lawrenz Għawdex senjatament dawk ta' ħdejn il-mitħna qed jilmentaw minħabba ħofor fondi li hemm f'din it-triq, tista' l-Ministru tara li almenu dawn il-ħofor jimtlew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li Triq San Lawrenz, San Lawrenz Għawdex qed issirilha l-manutenzjoni neċessarja u se jkompli jsirilha manutenzjoni hekk kif it-temp jippermetti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti tfal liċ-child guidance clinic f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm minnhom kienu bniet u subien skont l-età u minn liema lokalità ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pulizija f'kull distrett — surġenti u kuntistabbli
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31675 u r-risposta relattiva fejn saret riferenza għall-mistoqsija parlamentari oħra li ma tweġibx il-mistoqsija, peress li l-Ministru għadu ma weġibx il-mistoqsija originali, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm surġenti u kuntistabbli tal-pulizija f'kull shift f'kull distrett?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġà kelli l-okkażjoni ngħid, in-numru ta' membri tal-Korp fid-Distretti tal-Pulizija jitqassmu skont it-topografija, demografija u l-ħtiġijiet oħra li l-Korp jikkonsidra minn żmien għal żmien.
Residenza San Vinċenż de Paul — informazzjoni dwar ir-residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età u l-lokalità minn fejn ikunu ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31158.
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex jitneħħew il-barriers li saru proviżorjament fuq il-moll taċ-Ċirkewwa wara l-inċident fatali li seħħ dan l-aħħar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31155.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30795 u jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 31158.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31208.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-distillatur tal-Qala Għawdex huwiex proprjetà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jgħid b'liema titolu u meta għadda għand il-korporazzjoni? Jekk kemm-il darba din hija proprjetà tal-Korporazzjoni, jista' jgħid jekk hemmx xi pjanijiet dwar l-użu ta' dan id-distillatur? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' użu hu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31522.
Għawdex — Nadur - Triq il-Qortin - sistema tad-drenaġġ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31504, peress li fi Triq Qortin huma biss żewġ residenzi li qed jitbattlilhom id-drenaġġ b'xejn, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan mhux qed isir għar-residenzi kollha fi Triq Qortin u jgħid ukoll meta se jsir ix-xogħol biex ir-residenzi jiġu komunikati mas-sistema tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31969.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Qortin fin-Nadur, Għawdex
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur li jinsab f’kuntatt mal-Ministeru għal Għawdex dwar is-servizz tad-drenaġġ fit-triq li rreferiet għaliha l-Onorevoli Interpellant, liema servizz jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru msemmi. Qabel ma jsir ix-xogħol relatat mas-servizz tad-drenaġġ, it-triq imsemmija ma tistax tingħata wiċċ ġdid.