Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi rwol għandha fil-Gozo Channel il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Kemm titħallas?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara r-riżenja tal-eks Chairman, Dr. Joseph Grech, li kien jokkupa wkoll pożizzjoni eżekuttiva, il-persuna ndikata li hi impjegata tal-MIMCOL, ntalbet tassisti l-Acting Chairman billi tirraporta għax-xogħol b’mod temporanju fl-uffiċini tal-Gozo Channel Company Limited f’Għawdex. Ma jirriżultax li l-kumpanija ntalbet tħallas għal dan.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li ngħataw sussidju mill-Gozo Channel minħabba ħtieġa ta' kura ta' mard tal-kancer f'Malta dawn l-aħħar sentejn, kull xahar separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Għawdex — Sptar Ġenerali - manutenzjoni u tiswija fuq aparat u magni
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'manutenzjoni u tiswija saret fuq magni u apparat tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn? X'magna jew apparat hu? F'liema dipartiment, x'kienet is-sena tal-manifattura, tip ta' manutenzjoni jew tiswija saret, min għamilha u kemm swiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li attendew kors l-MCAST f'Għawdex li imbagħad marru kors l-MCAST Malta f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid x'korsijiet kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din l-istatistika ma tinżammx mill-MCAST għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Qasam tad-diżabilità — akkreditazzjoni u benchmarking għas-servizz tal-NGOs
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema awtorità hija responsabbli mill-akkreditazzjoni u benchmarking tas-servizz u korsijiet mogħtija mill-għaqdiet u NGOs li joperaw fil-qasam tad-diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W534 u għar-risposta relattiva, peress li dawn it-tfal se jingħataw għalliema li daqt se toħroġ bil-maternity leave u peress li dawn it-tfal għandu jkollhom għalliema fissa sal-aħħar tas-sena u mhux għalliema proviżorji li jinbidlu ta' spiss għaliex dan ikollu effett detrimentali fuq dawn it-tfal, tista' l-Ministru tara li tinstab soluzzjoni permanenti li twassal lil dawn i-tfal sal-aħħar tas-sena akkademika b'serħan il-moħħ u anke stabbilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal mhumiex se jkollhom l-għalliema li dalwaqt toħroġ bil-maternity leave; il-pjan hu li l-klassi jkollha l-għalliem li jibqa’ sal-aħħar tas-sena skolastika.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti u persuni li qed jipparteċipaw bħalissa għal kull programm u skema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u tagħti l-informazzjoni skont il-lokalità tal-applikant, kemm nisa u kemm irġiel u l-etajiet rispettivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema awtorità hija responsabbli mill-akkreditazzjoni u benchmarking tas-servizzi u korsijiet mogħtija mill-għaqdiet u NGOs li joperaw fil-qasam tad-diżabiltà?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward akkreditazzjoni u benchmarking ta’ korsijiet, l-aħjar din il-mistoqsija tigi riferuta lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsill Malti tal-Kwalifiċi.
Rigward servizzi, skont Artiklu 22(f) tal-Ligi Opportunitajiet Indaqs, il-KNPD
“tissorvelja l-għoti ta’ servizzi offruti mill-gvern jew l-agenziji tieghu jew minn kull persuna jew grupp ta’
persuni ohra, meta l-klijenti ta’ dawk is-servizzi jkunu persuni b’dizabilità”.
F’dan ir-rigward, KNPD tinvestiga jekk tirċievi ilmenti rigward servizzi għal persuni b’diżabilità.
Għawdex — persuni fir-Residenza Sant'Anna u fil-geriatric ward
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fir-Residenza Sant'Anna u fil-geriatric ward tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fir-Residenza Sant'Anna hemm wieħed u tmenin (81) residenta u fil-Geriatric Ward tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm tmienja u tletin (38) resident.
Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32185 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kif u minn fejn jingħata s-servizz ta' occupational therapy f'Għawdex u kemm hemm terapisti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-servizz ta’ Occupational Therapy jingħata minn żewġ partijiet:
(a) Sptar tal-Ibraġġ fejn jingħata servizz lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali kemm dawk rikoverati fis-swali
Short Stay
u
Long Stay
kif ukoll lill-klijenti li jiġu fid-Dipartiment tal-
Occupational Therapy
fuq bażi regolari mid-djar tagħhom għal sezzjonijiet varji ta’ terapija kemm fuq bażi individwali kif ukoll fi gruppi, liema terapija tingħata kemm fl-isptar kif ukoll fil-komunità.
(b) Sptar Ġenerali fejn jingħata servizz ta’
Occupational Therapy
fis-swali akuti (Swali Rġiel u Nisa), Swali Residenzjali (Residenza Sant’Anna u Xjuħ Irġiel), servizz lit-tfal b’diffikultajiet varji kemm fuq bażi ta’
Out-Patients
, servizz fl-iskejjel kif ukoll servizz fl-iskola Speċjali ta’ Sannat meta jkun jeħtieġ. Tingħata wkoll terapija fuq bażi ta’
Out Patients
kif ukoll servizz ta’
home visits
.
Kull klijent li jkun jeħtieġ is-servizz ta’
Occupational Therapy
irid ikollu
referral
mingħand konsulent / tabib fejn jindika r-raġuni għaliex il-klijent jeħtieġ is-servizz.
Bħalissa hemm 5
Occupational Therapists
li qegħdin jagħtu dawn is-servizzi fl-isptarijiet t’Għawdex.
Peress li iktar persuni dijabetiċi qed jużaw il-eucreas minflok l-insulina, peress li din mhix disponibbli mill-iskema Spiżeriaj tal-Għażla Tiegeħek u lanqas mill isptar, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-mediċina hix se tibda tingħata b'xejn lil persuni bid-dijabete?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Eucreas® hija mediċina li fiha s-sustanzi attivi vildagliptin u metformin. Din il-kombinazzjoni ta’ mediċini ma tinstabx fil-Formularju tal-Gvern. S’issa m’hemm ebda ħsieb li tibda tingħata.
Peress li r-residenti ta' Triq ta' Luvier Munxar Għawdex qed jilmentaw minħabba l-istat ħażin tat-triq, jista' l-Ministru jgħid għaliex din it-triq għadha ma ġietx asfaltata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi Triq il-Luvier ġewwa l-Munxar, Għawdex ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali peress li hija proprjetà privata.
Għawdex — qasam tax-xjenza, riċerka u innovazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir f'Għawdex fil-qasam tax-xjenza, riċerka u innovazzjoni senjatament dwar baġit, miżuri u faċilitajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jimplimenta l-miżuri fir-rigward tal-oqsma tax-Xjenza, Riċerka u Innovazzjoni inklużi fil-Pjan t'Azzjoni ta' Eko-Għawdex, fosthom, it-trasformazzjoni tal-Farm Sperimentali tax-Xewkija f'Ċentru ta' Innovazzjoni fl-Agrikoltura u l-Ambjent u t-tisħiħ tal-Programm Hands on Farming (Science Popularisation).
Jista' l-Ministru jgħid jekk miċ-ċensiment hix se tittieħed u tiġi analazzata informazzjoni biex ikun hemm data speċifika dwar Għawdex u l-kwalità tal-ħajja f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni kollha li kienet miġbura miċ-ċensiment tkun ippubblikata b’mod separat għal Malta u għal Għawdex, kif sar f’ċensimenti oħra fil-passat riċenti. Fit-tieni kwart ta’ din is-sena se jkun ippubblikat ir-rapport preliminari, filwaqt li kmieni s-sena d-dieħla, ikun ippubblikat ir-rapport finali.