Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-allowances li tħallsu f'din l-aħħar sena lill-impjegati kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Subsistence Allowance Overseas Service Allowance Multiple Allowance Allowance for wear & tear of clothing Qualification Allowance Shift Allowance Ministeru €6,086.78 Nil Nil Nil €349.41 Nil Segretarjat Permanenti €61,467.57 €10,500 Nil Nil €8,735.15 Nil Direttorat tal-Probation u Parole Nil Nil Nil Nil €322.5 Nil Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili €5,235 nil nil nil nil nil Faċilita' Korrettiva ta' Kordin Nil nil nil nil €3,493.75 nil Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija €188,274.37 €43,824 nil nil €32,027.06 €26,559 AWAS €8,292.45 nil nil nil nil €12,663 Gvern Lokali nil €9,225.1 nil €3,268.86 nil nil Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet €572 nil €65,440 nil €3,844 nil
Leg 11 PQ #32869 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — allowances mħallsa lill-Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab għall-perjodu Marzu 2011 sa' Frar 2012, fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-allowances indikati mill-Onor. Interpellant li tħallsu l-impjegati fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħi fl-aħħar sena kienu ta’ €748,866.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.

Gozo Channel — persuni mogħtija sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari W536 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li ngħataw sussidju mill-Gozo Channel minħabba ħtieġa ta' kura ta' mard tal-kanċer f'Malta f'dawn l-aħħar sentejn, kull xahar separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Arriva — Rabat Għawdex - Bus shelter ta' Pjazza Savina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Arriva mhux qed tieqaf u tgħabbi n-nies mill-bus shelter li hemm f'Pjazza Savina fir-Rabat Għawdex u minflok tal-linja qed tibqa sejra triq Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fejn hemm stop imma mhemmx bus shelter?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li, normalment, ir-rotta tat-Trasport Pubbliku ma tgħaddix minn Pjazza Savina iżda minn Triq ta` Wara s-Sur, Triq l-Imgħallem, Triq Sant Ursula għal Triq Papa Ġwanni Pawlu ll, u għalhekk l-imsemmija bus shelter fi Pjazza Savina ma' hiex qed tintuża. Kienet saret bus stop temporanja fi Triq Papa Ġwanni Pawlu II, kantuniera ma' Triq ta' Wara s-Sur fuq talba tal-Kunsill Lokali ta l-Għarb. Infurmat ukoll li fi Triq Papa Ġwanni Pawlu II hemm bus shelter oħra iktar 'il quddiem minn fejn hemm il-bus stop temporanja. Preżentament, ir-rotta fid-direzzjoni tal-Punent ta' Għawdex tgħaddi minn Pjazza Savina, minħabba x-xogħlijiet li qegħdin isiru fit-toroq prinċipali tar-Rabat Għawdex u għalhekk l-imsemmija bus shelter qed tintuża temporanjament. Jien infurmat li Transport Malta se tiġbed l-attenzjoni tal-Operatur sabiex il-karrozzi tal-linja jibdew jieqfu fuq din il- bus shelter ladarba l-vetturi tiegħu bħalissa qed jgħaddu minn hemm.

Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-Kummissarju tal-Artijiet ma kellu ebda talba biex l-art indikata fuq site plans li ntbagħtu separatament tiġi esproprijata u konsegwentement jitħallas kumpens lis-sidien skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skop Pubbliku (Kap 88). Ta’ min jgħid ukoll li l-Kummissarju tal-Artijiet m’għandu l-ebda informazzjoni dwar jekk l-art in kwistjoni ġietx utilizzata minn xi entità oħra tal-Gvern u għalhekk din il-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministeru li taħtu taqa’ l-entità li qegħda tokkupa l-art.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema perjodu qed tirreferi.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Kummissarju ghal Vjolenza Domestika – nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità – nil - Kummissjoni għall-Għaqdiet Volontarji - nil - Qrati tal-Guztizzja ta’ Malta- nil - Qorti ta’ Ghawdex- nil - Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza - nil - Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg – €326.14 ( allowance għall-provvista tal-ikel) - Fondazzjoni għall-Harsien tas-Servizzi Soċjali – nil - Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali – nil - Kummissjoni għat-Tfal – nil - Awtorità tad-Djar – €1,124 għall-ikel Jannar – Diċembru 2011

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ammont imħallas fuq allowances lill-impjegati fil-perijodu imsemmi huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Segretarjat Permanenti €44.26 - Il-ħlas kien jikkonsisti f'rimbors ta' spejjeż għall-ikel u trasport. Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija €16,849.13 - Il-ħlas kien jikkonsisti fi spejjeż marbuta ma' trasport u ikel.
Leg 11 PQ #32857 Sitting 457 2012-03-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħlijiet ta' patching fit-toroq

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' patching fit-toroq t'Għawdex f'din l-aħħar sena? Fejn sar ix-xogħol? Meta? Kemm sewa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' patching fit-toroq li saru mill-Ministeru għal Għawdex f'din l-aħħar sena huma kif jidher fl-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li l-ispiża ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema u l-makkinarju li jintuża f'dan ix-xogħol.
Leg 11 PQ #32858 Sitting 457 2012-03-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mill-2011 sal-lum tħallsu €1,807 bħala allowances lil 183 impjegat tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru li kellhom xi xogħol Għawdex.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-ammont globali li tħallsu lill-impjegati mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li kellhom xi xogħol Għawdex meta attendew seduti tal-qorti huwa ta' disgħa u disgħin ewro u ħamsa u tletin ċenteżmu (€99.35).

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma tħallsux allowances ta' din ix-xorta.