Legislature:
Category:
Reset
Active:

Readers fl-iskejjel għat-tfal li huma visually impaired

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm readers fl-iskejjel tagħna għat-tfal li huma visually impaired u tgħid f'liema skejjel qegħdin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hawn 14-il student li għandhom visual impairment li jingħatalhom is-support ta’ persuna bħala reader. Dawn qegħdin fl-iskejjel hawn taħt imsemmija; § 2 Birzebbugia Primary § 2 Our Lady Immaculate Hamrun § 1 St Ignatius College Boys’ Secondary § 1 St Ignatius College Girls’ Secondary § 1 Xewkija Primary § 1 San Gorg Preca College Boys’ Secondary § 1 St. Clare College Boys’ Secondary § 1 St Joseph Sliema § 1 St. Theresa College Boys’ Secondary § 1 Theresa Nuzzo Marsa § 1 St. Thomas Moore College Boys’ Secondary § 1 St. Monica School Gzira.

Learning Support Assistant — dewmien tal-appelli

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jdumu ma jsiru l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-Istatementing Board biex it-tfal jingħataw learning support assistant?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Deċiżjonijiet mill-Bord tal-Appell jittieħdu regolarment skont il-lista ta’ appelli li għandu quddiemu l-bord. L-aħħar laqgħa tal-bord saret il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2012 u l-każijiet pendenti qed jiġu diskussi mill-Bord tal-Appell.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32872 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32873 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32873.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32874 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar sena ma kien hemm ebda ħlasijiet għal overseas service allowance imħallsa minn dan il-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu, ninsab infurmat li l-ħlas ta’ subsistence allowance kien ta’ €232.098. Rigward l-allowances l-oħra, peress li dawn jitħallsu bħala parti mill-paga, din l-informazzjoni barra li trid tinġabar manwalment u li għadha qed tinġabar, ninfurmah li l-informazzjoni mhix residenti fiżikament f’dan il-Ministeru peress li dan ix-xogħol isir fil-back office ġewwa Għawdex.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32878 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

miżati għall-facilitator — tnaqqis ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati għall-facilitators u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' konnessjoni ma' miżati għall-attivitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati għall-attivitajiet sportivi u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn il-clubs jew attivitajiet sportivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taxxi in konnesjoni ma' miżati ta' residenzi u djar għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' residenzi u djar għall-anzjani u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn ir-residenzi u djar għall-anzjani?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' studji u edukazzjoni terzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' studju u edukazzjoni terzjarja u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tnaqqis ta' Taxxa għall-ħlas ta' manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu tnaqqis ta' taxxa għall-ħlas ta' manteniment u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Jista' jgħid kemm hu l-ammont globali ta' kull sena ta' tqannis li ntalab għal Għawdex u Malta separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li jbagħtu mill-Fibromyalgia — servizzi mediki

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi statistika dwar kemm hawn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia u jgħid x'servizzi mediki hemm disponibbli għal dawn il-persuni u jgħid jekk jingħatawx mediċini b'xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kundizzjoni tal-Fibromyalgia ħafna drabi tiġi ttratta fil-komunità u ma tirrekjedix li wieħed jiddaħħal l-isptar għad-dijanjosi u/jew it-trattament. Għaldaqstant mill-informazzjoni miġbura permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis, in-numru ta’ discharges mill-isptarijiet akuti publiċi li kellhom din id-dijanjosi rreġistrata ammontaw għal 12 f’dawn l-aħħar tlett snin (2009 sa 2011). Dan in-numru bl-ebda mod m’huwa indikattiv tan-numru ta’ nies li jbatu b’din il-kundizzjoni. Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012. Fibromyalgia mhux waħda mill-kundizzjoniet kroniċi li tingħata għajnuna medika b’xejn skond l-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Artiklu 23.

korsijiet għal min irid jaddotta

Question

Peress li hemm diversi koppji jistennew biex jagħmlu l-kors biex ikunu jistgħu jsiru ġenturi adottivi u fil-fatt ġew infurmati li dawn jistgħu jagħmlu l-kors biss f'Jannar tas-sena 2013, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu li ċertament mhux aċċettabbli u huwa ta' detriment u skoraggiment għal dawk il-koppji kollha li jixtiequ jaddottaw it-tfal?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tim tal-adoption fl-Agenzija Appogg hu maghmul minn hames social workers li jsegwu l-process ta’ l-adozzjoni mill-bidu sa l-ahhar, jigifieri miz-zmien ta’ l-applikazzjoni, t-tahrig, home study reports, jressqu kazijiet quddiem il-bord, jassistu fil-process tal-matching fejn jippreparaw id-dokumentazzjoni kollha mehtiega, kif ukoll jhejju r-rapporti wara li ssir l-adozzjoni. Matul is-sena 2012, l-Agenzija Appogg ser tkun ghamlet hames korsijiet ghal genituri adottivi. Il-metodu ta’ kif wiehed jinghata data ghal meta jkun jista’ jaghmel dan il-kors jiddependi minn meta wiehed ikun applika. Dejjem jigi assigurat li meta jibda l-process dan jitkompla bla interruzzjoni. Ghaddejj process biex nassiguraw li jiqsar z-zmien ta’ stennija ghalkemm fl-ahhar xhur dan diga’ tnaqqas konsiderevolment.

Għawdex — Weapons Office - ħlas tal-liċenzja

Question

Peress li fil-Weapons Office ta' Għawdex qed ikun hemm kjus twal biex jitħallsu l-liċenzji peress li l-kotba waslu tard u peress li dan huwa ta' inkonvenjent għall-pubbliku però huwa wkoll stressanti għall-ħaddiema, jista' l-Ministru jara kif din il-problema tiġi indirizzata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33615.

childcare — tnaqqis ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni/kumpaniji li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' spiża ta' childcare fil-post tax-xogħol skont l-formula RA 13 u jagħti din l-informazzjoni għal Ghawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma bbenefikat minn tnaqqis ta’ taxxa in konnessjoni ma’ spiża ta’ child care fil-post tax-xogħol skont il-formula RA 13. Il-formula RA 13 mhix applikabbli għall-kumpaniji iżda dawn jistgħu jitolbu tnaqqis simili fil-formula TRA69. Però f’dan il-każ ukoll ma kien hemm l-ebda talba għat-tnaqqis simili mis-sena ta’ stima 2011 kemm ilha fis-seħħ din il-miżura.

child care — tnaqqis ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni/kumpaniji li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' spiża ta' childcare fil-post tax-xogħol skont l-formula RA 12 u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-formula RA 12 ma tirreferix għal tnaqqis ta’ child care iżda għal tnaqqis mogħtija skont Regoli dwar Tnaqqis għall-Aċċessibilità fuq il-Post tax-Xogħol. Jekk l-Onorevoli Interpellanta kienet qed tirreferi għal dan it-tip ta’ tnaqqis ngħarraf li l-ebda persuna ma bbenefikat minn tnaqqis simili. Il-formula RA 12 mhix applikabbli għall-kumpanniji iżda dawn jistgħu jitolbu tnaqqis ekwivalenti fil-formula TRA70. Però f’dan il-każ ukoll ma kien hemm l-ebda talba għal tnaqqis simili mis-sena ta’ stima 2011 kemm ilha in vigore din il-miżura.

miżati ta' skejjel privati indipendenti — tnaqqis ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' skejjel privati indipendenti u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

miżati ta' child care — tnaqqis ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' childcare u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn il-faċilitajiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #550 Sitting 468 2012-05-07 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex — skejjel tas-sajf

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet għat-tfal se jkun hemm fis-sajf fl-iskejjel t'Għawdex għat-tfal ta' taħt il-ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ebda faċilita’ fl-iskejjel ta’ Għawdex ma tiġi offruta fis-sajf lit-tfal ta’ taħt il-ħames snin mid-Dipartiment għas-Servizzi għall-Istudent.
Leg 11 PQ #551 Sitting 468 2012-05-07 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — uffiċċju tal-liċenzji tal-karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ripetutament kull meta jonqos xi skrivan mill-uffiċċju tal-liċenzji tal-karozzi ta' Għawdex mhux qed jintbagħtu oħrajn minflokhom u dan b'inkonvenjenti kbar kemm għall-pubbliku u kemm għal min jaħdem hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sitwazzjoni għar-rigward tal-iskrivani fl-uffiċċju tal-liċenzji tal-karozzi qed tiġi indirizzata.