Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm korsijiet tal-life long learning kemm Malta kif ukoll f'Għawdex u tagħti d-dettalji opportuni inklużi wkoll dettalji ta' kull kors, min jgħallem, kemm hemm studenti, kemm jingħataw sigħat ta' tagħlim u jekk il-premises fejn isiru dawn il-korsijiet jistgħux jintużaw mill-għalliema barra l-ħinijiet tal-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Readers elettorniċi, programmi u equipement għat-tfal li huma visually impaired
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm readers elettroniċi, programmi u equipment ieħor fl-iskejjel tagħna għat-tfal li huma visually impaired u tgħid f'liema skejjel qegħdin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Translation tools għall-impairment jew learning difficulty
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il gvern akkwista programmi edukattivi fosthom ukoll dak li għandhom translation tools skont l-impairment jew learning difficulty f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena rispettivament u tagħti d-dettalji rispettivi u tgħid mil-liema skejjel jiġu utilizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi u għajnuniet jagħti l-gvern lill-persuni li għandhom l-ażma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ażżma Kronika hija waħda mill-kundizzjonijiet fil-lista tal-Ħames Skeda skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), liema lista għadha kif ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012, kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012.
Permezz ta’ din l-iskeda, nies li jbatu minn Ażżma Kronika huma ntitolati għall-mediċini b’xejn li qegħdin fil-Formolarju tal-Gvern.
Fl-isptar Mater Dei hemm klinika speċifikament għal dawn il-pazjenti. Wieħed mit-testijiet li jsiru huwa l-Lung Function Test.
Fl-Isptar t’Ghawdex pazjenti li jbatu minn Ażżma Kronika jattendu fuq bażi regolari l-outpatients tal-mediċina fejn ikunu taħt il-kura tal-konsulent tal-mediċina. Testijiet mediċi inkluż Lung function tests isirulhom ġewwa l-isptar. Dawn il-pazjenti huma ntitolati għall-istess benefiċji bħal f’Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jbatu bl-ażma f'pajjiżna, f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mellieħa — sinjali tat-triq ħdejn il-lukanda Seabank
Question
Peress li minn ħdejn il-lukanda Seabank, il-Mellieħa mhemmx sinjali biex jigwidaw lis-sewwieqa li jkunu ġejjin mal-vapur ta' Għawdex; peress li t-triq prinċipali għal Mellieħa tinsab magħluqa u peress li dan in-nuqqas ta' senjaletika qed ikun ta' inkonvenjent għas-sewwieqa u anke qed ikun kaġun ta' perikolu għalihom, jista' l-Ministru jara li jkun hemm senjaletika opportuna u adegewata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħala parti mill-pjan tal-immaniġġjar tat-traffiku, fiż-żona msemmija ġew installati numru ta’ tabelli adekwati li juru d-direzzjoni lis-sewwieqa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-rotta X6 se titneħħa u dan a detriment ta' diversi Għawdxin li kienu jużaw din ir-rotta speċjalment fil-peak hours?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm ir-rotta X6 sejra titneħħa mis-27 ta' Mejju, minflokha se tiġi introdotta rotta ġdida bin-numru 42 li se tgħaddi mill-istess rotta kif tagħmel ir-Rotta X6 illum, bid-differenza li minflok tgħaddi mill-bypass ta' San Pawl il-Baħar se tgħaddi minn Triq Parades, Triq San Pawl u Triq il-Mosta ġewwa San Pawl il-Baħar. Dan qed isir biex tiġi imtejba l-iskeda tal-vjaġġi bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt Valletta.
In vista tax-xogħlijiet li qed isiru fiċ-Ċirkewwa, in vista tal-fatt li ħafna Għawdxin iħallu l-vetturi tagħhom fl-inħawi taċ-Ċirkewwa biex itaffu ftit mill-ispejjeż tat-trasport li għandhom ta' kuljum u in vista tal-fatt li l-ispazju għall-parkeġġ naqas drastikament u ħafna Għawdxin qed ilaqtu ħafna ċitazzjonijiet, jista' l-Ministru jara kif għandu jiġi mħolli spazzju għal parkeġġ għal dan il-għan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta hi konxja mill-fatt li sakemm jitlestew ix-xogħlijiet fuq it-terminal taċ-Ċirkewwa, il-pubbliku, speċjalment l-Għawdxin li jħallu il-karozzi tagħhom ipparkjati ċ-Ċirkewwa, qed jesperjenzaw inkonvenjent, u qed isir sforz sabiex ix-xogħlijiet jitħaffu u b'hekk il-perjodu ta' nkonvenjenza jkun jista' jiqsar.
Is-sitwazzjoni tal-parkeġġ se tkun l-agħar minn Mejju sa Ġunju meta ix-xogħlijiet fuq it-
terminal
innifsu u fuq it-toroq lejn u l’barra mit-terminal se jkunu fl-aqwa tagħhom. Ftit ftit l-
areas
affetwati se jibdew jonqsu u l-postijiet ta' parkeġġ jibdew jiżdiedu.
Transport Malta qiegħda wkoll tikkordina internament bejn il-proġett tat-terminal u dak tat-triq ħalli, kemm jista’ jkun possibli, jiġu liberati spazji għall-parkeġġ, filwaqt li x-xogħlijiet ikunu wkoll jistgħu jipproċedu mingħajr interruzjonijiet.
Peress li fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek Għawdex in-nies mhux qed isibu il-Warfarine tal-1mg, jista' l-Ministru jara kif jindirizza din is-sitwazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ġiet konsenja urġenti bl-ajru biex tkopri tliet ġimgħat sakemm tasal f’Malta l-konsenja propja fi żmien ġimagħtejn.
Ċirkewwa — distanza teila bejn il-vapur sal-karozza tal-linja
Question
Peress li qed ikun hemm ilmenti minn diversi anzjani li meta l-vapur qed jitrakka fis-south quay taċ-Ċirkewwa qed ikollhom distanza twila mill-vapur sal-karozza tal-linja u anke kull min għandu problema ta' mobilità qed ikollu dawn id-diffikultajiet kbar kollha, jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-użu tas-South Quay fil-preżent huwa ta’ natura temporanja. Fil-preżent dan il-moll qed jintuża’ minħabba raġunijiet ta' saħħa u sigurta` sakemm jitlestew ċertu xogħlijiet li għaddejin fuq it-terminal prinċipali. Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta' Ġunju 2012.
Infurmat ukoll li Transport Malta qed tinvestiga kull possibbilta` sabiex tkun tista’ tnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku li juża dawn il-faċilitajiet.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament terġa' tingħatala l-għajnuna fid-dar kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-persuna msemmija kienet waqqfet hi stess is-servizz tal-helper li kellha għal raġunijiet personali, però reġgħet qed tingħata s-servizz minn helper oħra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32884 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32885 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-file tal-housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għadu ma ġiex proċessat u l-applikanta ilha snin tistenna biex ikollha saqaf fuq rasha għaliha u għall-uliedha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra u qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Fil-prezent l-Awtorità tad-Djar għandha 424 kazijiet ta’ sharing accommodation li huma adequate.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32890 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li minħabba nuqqas ta' purtinara fl-iskejjel primarji f'Għawdex qed ikun hemm purtinara li qed jintbagħtu minn skola għal oħra u dan mingħajr anqas biss qed jiġu provduti trasport u peress ukoll li dan qed joħloq diversi inkonventjenti, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li teżisti problema ta' nuqqas ta' purtinara fl-iskola Primarja ta' Kerċem. Biex inkopru dan in-nuqqas, il-purtinara assenjati fi skejjel oħra jintbagħtu f'din l-iskola, a bażi ta' roster u li jkunu avżati bih ġimgħat bil-quddiem.
Għalhekk ma jidhirx li huwa l-każ li għandu jiġi provdut trasport biex il-purtinara li s-soltu jirrapurtaw għax-xogħol fl-iskejjel l-oħra, jirrapurtaw għax-xogħol fl-iskola ta' Kerċem.
Peress li l-health assistants ilhom ħames snin jitolbu biex jingħataw uniformijiet ġodda, tista' l-Ministru tgħid għaliex dan id-dewmien u tara li l-uniformijiet jinbiddlu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fis-sena 2011 ingħataw uniformijiet lill-health assistants kollha.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.