Sptar Ġenerali t'Għawdex — konsulenti fl-outpatients
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ikun hemm konsulenti fl-outpatient tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur u kemm raw pazjenti kull wieħed?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Soċjeta Ażmatiċi Maltin ma ngħatawx premises mill-gvern u qed ikunu kostretti jiltaqgħu fil-kafetterija tal-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ebda organizzazjoni non-governattiva (NGO) jew għaqdiet volontarji li jagħtu servizz ġewwa l-isptar ma għandhom kamra fissa bħala uffiċċju fejn jiltaqgħu għall-laqghat tagħhom ġewwa l-Isptar Mater Dei. Madankollu min ikun irid jagħmel laqgħa mal-management jista jibbukkja kamra (fuq first come-first served basis) mar-receptionist tal-amministrazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kemm ilhom għaddejjin ix-xogħlijiet fit-triq prinċipali sarx xi studju dwar il-kwalità tal-arja u l-impatt li t-trabijiet u dħaħen li qed jiġu ġġenerati fuq is-saħħa tal-bniedem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex m'għamilx studju kif imsemmi fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application mid-dipartiment u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u kemm kien hemm applikanti għal kull sejħa u kemm finalment intagħżlu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W555, peress li hemm diversi persuni li jinsabu mħassba għaliex f'Għawdex dan is-sajf mhux se jkun post fejn jistgħu jħallu lill-uliedhom waqt li huma jkunu għax-xogħol, ma taħsibx il-Ministru li għandu jkun hemm rimedju u soluzzjoni sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas li qed ikun kaġun ta' ħafna preokkupazzjoni fost dawn il-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li f'Għawdex qed tinħass sew il-ħtieġa ta' servizzi u premiss sabiex tingħata iktar attenzjoni u għajnuna lil tfal b'challenging behaviour u peress li ripetutament qed issir talba għal servizzi simili, tista' l-Ministru tgħid il-gvern x'qed jagħmel biex f'Għawdex ikollna dan it-tip ta' servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu diversi miżuri sabiex tfal b'challenging behaviour jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, riferiment tat-tfal lill-għalliema tal-learning zone, social workers, guidance teachers, school councillors u lill-Aġenzija Appoġġ. Tingħata wkoll għajnuna lit-tfal fuq bażi individwali.
Peress li f'Għawdex is-supervised access visits qed isiru f'ambjent li mhuwiex san għat-tisħiħ tar-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenitur li jkollu l-ħinijiet tal-aċċess, tista' l-Ministru tgħid meta se jkun hemm rilokazzjoni tad-diaprtiment konċerant f'post adegwat li jippermettu wkoll lill-ħaddiema soċjali biex joperaw aħjar għall-ġid tat-tfal u tal-familji tagħna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ppjanat li fiċ-Child Development Centre ser ikun hemm post fejn isiru s-supervised access visits.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-WasteServ jaħdmu f'Għawdex? Jista' jgħid kemm minnhom huma tal-fiss u kemm għandhom kuntratt temporanju u x'tip ta' xogħol għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-WasteServ ma għandiex ħaddiema impjegati diretament magħha li jaħdmu Ghawdex.Ninfurmah li l-ħaddiema li jaħdmu fuq il-faċilitajiet tal-WSM f’Għawdex huma provduti minn kuntrattur privat li ntagħażel wara sejħa għal offerti li kienet inħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti (CT307/2009). Fiċ-ċentru li hemm Għawdex preżentement hemm tlieta u għoxrin ħaddiem, li uħud minnhom jaħdmu b’sistema ta’ shift.
Peress li klabb sajf jibda minn year 1, peress li f'Għawdex hemm nuqqas ta' faċilitajiet għall-ħarsien tat-tfal minkejja li hemm domanda kbira tista' l-Ministru tara jekk klabb sajf jistax jiġi estiż almenu għat-tfal ta' kinder 1 u 2?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Klabb sajf f’Għawdex huwa proġett miftuħ għal tfal li jkunu minn Year 1 'l fuq fejn ikun beda il-proċess ta' qari u kitba formali. Fil-kindergarten dan il-proċess ikun għadu ma bediex.
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — emissjonijiet mit-tagħmir ta' radar
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni dwar emissjonijiet mit-tagħmir ta' radar li sar fuq biċċa art li kienet tifforma parti miċ-Ċentru għal Matul il-Jum ta' Ħal Far u dan minn meta ġie stallat l-apparat sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li waqt li hemm permess għal stallazzjoni ta’ tagħmir tar-radar fl-inħawi msemmija, s’issa, dan l-apparat għadu ma ġiex stallat. Meta jiġi stallat, l-awtorità tagħmel il-verifiki kollha neċessarji biex tassigura li l-emissjonijiet minn dan l-apparat ikunu skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34217 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ħa tiġi asfaltata Triq Dr. George Macadam fix-Xagħra Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant tlestiet il-ġimgħa l-oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari W548, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Liberat Grech fix-Xagħra, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li din it-triq ser tiġi asfaltata iktar 'il quddiem meta jkun possibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W549, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se titwessa' Triq Sansuna fix-Xagħra Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li t-twessiegħ ta’ Triq Ta’ Sansuna jinvolvi esproprjazzjoni ta’ art privata u għaldaqstant il-kunsill għalissa ma jista’ jagħmel ebda intervent
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari W547, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li r-residenti ta' Triq il-Ġnien Imrik fix-Xagħra Għawdex senjatament il-parti ta' isfel tat-triq li tiġi l-iktar qrib tal-lukanda Cornucopia qed jilmentaw minħabba kumulu ta' ilma li jinġabar meta tkun ix-xita u dan qed joħloq inkonvenjent għar-residenti, jista' l-Ministru jara kif din il-problema tiġi riżolta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Peress li, skont ma jien infurmat, il-Ministeru għal Għawdex kien qed jagħmel culvert tal-ilma fl-imsemmija triq, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat