Ministeru għal Għawdex — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom degree mill-Università? Tista' tgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Tista' tgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom degree mill-Università? Tista' tgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Tista' tgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Xagħra Għawdex — Skola Mattew Sultana - ilmenti fuq indafa
Question
Peress li qed isiru diversi ilmenti dwar nuqqas ta' indafa fl-iskola Patri Mattew Sultana tax-Xagħra, tista' l-Ministru tara li din il-problema tiġi riżolta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li sal-lum waslu lmenti dwar nuqqas ta' ndafa lill-Kap tal-iskola ħlief għal xi drabi, rari ħafna, li tinġibed l-attenzjoni biex jitnaddfu l-aperturi wara xi maltempata tar-ramel.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin hemm żewġ skrivani (clerks) illi għandhom degree mill-Università, waħda għandha BA Hons Arabic u qiegħda fid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u oħra għandha BA in Literature Studies u qiegħda fid-Directorate Financial Management.
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li bit-terminu ‘staff klerikali’, l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għal kategorija D, jiġifieri l-klassi klerikali li hi magħmula mill-gradi ta’ Clerk u Senior Clerk, hekk kif ikkontemplat fil-Classification, Regrading and Assimiliation of the Administrative, Executive and Clerical Grades in the General Service.
Għaldaqstant ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment m’għandux l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Għawdex — nies li jridu jiċċanċellaw il-kartuna s-safra
Question
Peress li issa individwu li għandu karta roża ma jistax ikollu kartuna safra u vice versa għal min ikun diabetiku, peress li dawn in-nies Għawdxin qed jintalbu jmorru Malta biex jikkanċellaw il-kartuna s-safra fl-Isptar San Luqa Malta u peress li dan huwa inkonvenjent żejjed u jista' jsir Għawdex, jista' l-Ministru jara li dan il-proċess isir Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura b’xejn permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mal-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V daħħlet fis-seħħ fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012.
Pazjenti li jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża. Persuna li tagħżel li tapplika għall-kartuna s-safra mhux qed tintalab il-kartuna r-roża lura peress li jista’ jkun li din il-persuna jkollha l-kartuna r-roża għaliex tikkwalifika għaliha minħabba t-test tal-mezzi. Il-kartuna s-safra tintalab lura biss jekk tinħareġ kartuna safra oħra li fuqha jkollha mniżżel l-istess mediċina.
Il-persuni kollha li jiġu avżati li jridu jirritornaw kartuna safra biex tinħarġilhom waħda ġdida jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu l-kartuna s-safra l-antika bil-posta lill-Medicines Entitlement Unit, Sptar San Luqa, Gwardamanġia. Il-kartuna l-ġdida imbagħad tintbagħat lill-persuna bil-posta.
Għaldaqstant, nies Għawdxin jistgħu jibagħtu l-kartuna s-safra bil-posta biex tiġi kkanċellata minflok ma jmorru huma fl-Isptar San Luqa Malta.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — tipi ta' operazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur skont it-tip ta' operazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex matul l-aħħar sitt xhur, jiġifieri bejn l-1 ta' Novembru 2011 u t-30 t'April 2012, saru b'kollox 1290 operazzjoni.
Dawn kienu:
380 Operazzjonijiet Kirurġiċi
259 Operazzjonijiet Ġinekoloġiċi
152 Operazzjonijiet Ortopediċi
96 Operazzjonijiet Oftalmoloġiċi
7 Operazzjonijiet Dentistiċi
9 Operazzjonijiet tal-Widnejn, Mnieħer u Griżmejn
15-il Operazzjoni tal-Pacemakers
u 372 testijiet tal-Istonku u l-Musrana.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — xogħol ta' upgrade fid-Dipartiment tad-Dentistrija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x-xogħlijiet ta' upgrade sar fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sejħa għall-offerti għall-konsenja u stallazzjoni tas-servizzi relatati mar-rinovazzjoni tad-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex għadha trid terġa' toħroġ.
Pazjenti li rrikorrew għas-servizz tad-Dipartiment tad-Dentistrija f'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm pazjenti li f'dawn l-aħħar tliet snin rrikorrew għas-servizz tad-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Tista' tgħid kemm hemm staff f'dan id-dipartiment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' pazjenti li rrikorrew għas-servizz tal-klinika dentali fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar tliet snin kien ta' 20,246.
L-istaff f'din il-klinika jikkonsisti f'żewġ dentisti, tliet dental hygienists, nurse u receptionist.
Villa Rundle — siġar maqgħluha waqt l-eżekuzzjonijiet tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intmessew u nqagħlu siġar waqt l-eżekuzzjonijiet tax-xogħol ta' upgrade fil-Villa Rundle?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li waqt l-upgrade tal-Villa Rundle nqalgħu 54 siġra, u ġew trapjantati 20 oħra. Jiena nfurmata wkoll li fil-proċess tal-upgrading tħawlu 160 siġra ġdida.
Peress li waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet fir-Rabat Għawdex senjatament fejn hemm ir-roundabout qabel tibda Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat, Għawdex saru ħafna ħsarat ukoll fis-sistema tad-drenaġġ tant li dan l-iżbroff ilu għaddej diversi ġranet u qed ikun kaġun ta' ħafna inkonvenjent, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress is-sistema tad-drenaġġ f'dan il-post partikolari kienet antika, din inbidlet f'waħda ġdida. Matul din l-operazzjoni, id-drenaġġ dejjem ġie ddevjat mis-sistema l-antika għal ġol-gdida u qatt ma rriżulta xi tip ta’ żbroff. Preżentament qegħdin jinbnew manholes ġodda, u ladarba dawn ikunu lesti fi ftit ġranet oħra, ix-xogħol kollu ikun ġie ndirizzat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li bit-terminu ‘staff klerikali’, l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għal kategorija D, jiġifieri l-klassi klerikali li hi magħmula mill-gradi ta’ Clerk u Senior Clerk, hekk kif ikkontemplat fil-“Classification, Regrading and Assimiliation of the Administrative, Executive and Clerical Grades in the General Service.”
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema minn dipartiment f'Malta għal Għawdex fl-aħħar sena kull xahar separatament u għal liema dipartiment jew uffiċini f'Għawdex ġew trasferiti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba intuża d-decompression chamber kemm ilha li ġiet istallata u tgħid x'tip ta' trattament ingħata fuq Maltin u barranin rispettivament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sad-29 ta' Mejju 2012, id-decompression chamber tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex intużat għal 56 trattament ta' 39 għaddas barrani, għal trattament wieħed ta' għaddas Malti, kif ukoll għal 464 trattament t'ossiġnu ta' 27 pazjent Malti.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha dwar akkwist u kiri ta' vetturi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika x'dettalji trid u wkoll tispeċifika l-perjodu taż-żmien li għalih qed titlob din l-informazzjoni.