Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35995 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Triq Bennejja - trabijiet fit-triq

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Bennejja, Xewkija, qed jilmentaw minħabba ammont kbir ta' trabijiet li qed ikun hemm fit-triq li qed ikun kaġun ta' ħafna attaki kbar ta' asthma fost ħafna familji, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #35882 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — xiri ta' inkubaturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jinxtraw inkubaturi għat-trabi ġodda fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret talba għall-finanzjament għal aktar inkubaturi taħt il-financial plans għas-sena 2013.
Leg 11 PQ #35883 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — asthma clinic

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se titwaqqaf asthma clinic fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li għalkemm ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex ma għandniex klinika tal-asthma, il-pazjenti li jbatu minn din il-kundizzjoni jingħataw kura mill-Konsulenti Mediċi jew Konsulenti tat-tfal, skont l-età li jkollhom.
Leg 11 PQ #35885 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Incubation Centre - artisti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm artisti li qed jużaw u jibbenefikaw mill-Incubation Centre f'Għajnsielem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm sitt artisti u artiġjani li qed jużaw u jibbenefikaw mill-Incubation Centre f'Għajnsielem.
Leg 11 PQ #35895 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — apparat nieqes

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm apparat nieqes mill-kċina tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kif ukoll apparat bil-ħsara u li għadu ma ssewwiex u kemm ilu jistenna biex jisewwa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-servizz tal-ikel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qiegħed fl-aħħar fażi biex jiġi mgħoddi lill-privat. Għalhekk kwalunkwe investiment fil-kċina qed isir fid-dawl ta' din l-eventwalità.
Leg 11 PQ #35896 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — equipment nieqes fil-kċina

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm equipment nieqes fil-kċina tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u kif ukoll kemm makkinarju li huwa bil-ħsara u għadu ma ssewwiex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35895.

Faċilitajiet u Riżorsi f'kull skola għat-tfal b'challenging behaviour

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet u riżorsi hemm f'kull skola f'Għawdex u Malta għat-tfal b'challenging behaviour?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti jipprovdi fl-iskejjel servizzi li permezz tagħhom jingħata appoġġ lil studenti li qed jesperjenzaw diffikultà ta’ imġieba, kemm dik li ġejja minn diżabilità kif ukoll dik li ġejja minn diffikultajiet soċjali u emozzjonali. Dawn is-servizzi huma – Autism Supporting Team SEBD specialist School Psychological Service Counselling Social Workers Social Support Workers F’numru ta’ skejjel hemm ukoll Learning Support Zones u Nurture Groups li joffru sapport lill studenti b’Social and Emotional Behaviour Difficulties (SEBD). Għandna wkoll żewġ Learning Support Centres għal studenti li jkollhom bżonn proviżjoni edukattiva barra l-iskola.

Impjiegi ta' persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed tagħmel il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u x'għamlet l-istess korporazzjoni f dawn l-aħħar xhur biex timplimenta r-rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali dwar il-qasam tal-impjiegi għall-persuni b'diżabiltà?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif ħareġ ċar minn dan ir-rapport l-ETC dejjem żammet bħala wieħed mill-għanijiet ewlenija tagħha l-għajnuna u l-interventi possibli sabiex persuni b’diżabilita’ jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Infatti kif jgħid ir-rapport stess kien hemm ħafna miżuri u inizjattivi li ħadet il-korporazzjoni sew fil-passat kif ukoll fil-preżent sabiex tgħin lil dawn il-persuni u kategoriji oħra ta’ nies svantaġġjati li qed ifittxu x-xogħol. Dawn l-iskemi kollha ħallew impatt pożittiv. Minkejja dan dejjem hemm l-opportunita’ sabiex jiġu identifikati modi ta’ kif dan ix-xogħol jista’ jkun aħjar u aktar effettiv. In-numru ta’ proposti li ħargu minn dan ir-rapport huma proposti li l-ETC qiegħda tevalwa sabiex isir pjan biex jitwettqu. Infatti hija l-intenzjoni tal-Korporazzjoni li tniedi inizjattivi fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #35878 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — nuqqas ta' staff

Question

Peress li fil-Qorti t'Għawdex hemm nuqqas ta' staff u dan allura qed ipoġġi pressjoni żejda fuq il-ħaddiema, tista' l-Ministru tgħid meta se jiżdied l-istaff compliment fil-Qorti t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li żewġ Deputati Reġistraturi ġew appuntati fil-Qorti tal-Maġistrati t'Għawdex riċentament. Wieħed beda u l-ieħor ser jibda fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #35879 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Direct Orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders f'dawn l-aħħar xahrejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' direct orders li ngħataw fix-xhur ta' Mejju u Ġunju 2012 huwa ta' sebgħa.
Leg 11 PQ #35880 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru għal Matul il-Jum ta' Santa Marta — care workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiżdiedu l-care workers fiċ-Ċentru għal Matul il-Jum ta' Santa Marta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-vakanzi ta' care workers ġew inklużi fl-eżerċizzju tal-Capacity Building li qiegħed isir bħalissa.
Leg 11 PQ #35881 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' Minsiteru u dipartiment kollha tal-gvern f'Għawdex — aċċessibilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fil-bini tal-Ministeru u d-Dipartimenti kollha tal-Gvern f'Għawdex sabiex isiru iktar aċċessibli u tindika x'ġie imwettaq mil-lamenteli li ilhom isiru mill-Kummissjoni Nazzjoni Persuni b'Diżabilità f'dan il-rigward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika l-perijodu li għalih qiegħda tirreferi.

Għawdxin — Quad bikes

Question

Peress li ħafna Għawdxin investew fi quad bike biex imorru għax-xogħol Malta ta' kuljum u jiffrankaw l-ispejjeż tal-karozza, peress li issa l-quad bikes qed jintalbu jħallsu prezz tal-biljett daqs karozza u allura dan ifisser spejjeż żejda ta kuljum, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn l-Għawdxin issa qed jiġu mitluba jħallsu ta' karozza?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-prezzijiet tal-Gozo Channel huma bbazati fuq d-daqs tal-vettura u għalhekk peress illi quad bike huwa kbir daqs uħud mic-city cars li hawn fiċ-ċirkolazzjoni, il-kumpanija tħoss li għandhom iħallsu l-istess ammont daqs vetturi oħra iżgħar minn 5 metri.

Kors tad-Diploma in Business and Management

Question

Peress li kien hemm diversi applikanti Għawdxin għal Diploma in Business and Management u peress li meta applikaw kienu qalulhom li jekk ikun hemm biżżejjed applikanti dan il-kors isir Għawdex u peress li kien hemm madwar 50 applikant iżda dan il-kors xorta ma sarx Għawdex, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni għal dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta’ Malta ma toffrix kors li jwassal għal “Diploma in Business and Management”. L-Università toffri Higher Diploma in Administration and Management li għalih ġew aċċettati żewġ applikanti Għawdxin. Toffri ukoll regolarment Diploma in Commerce fil-Kampus ta’ Għawdex.

Tibdil fil-bus shelters minħabba s-sħana tas-sajf

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35328 u cioè: Peress li ħafna mill-bus shelters li għandna fil-lokalitajiet f'Għawdex u Malta mhux addatati biex joffru kenn mix-xemx peress li huma trasparenti, u peress li issa bidet is-sħana u allura x-xemx tkun taħraq ukoll dawn is-shelters mux idoneji għal din it-tip ta' klima, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Gozo Channel — informazzjoni dwar xogħol li sar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35487 u jgħid kemm ġew imqabbda kuntratturi sabiex jagħmlu xogħlijiet għall-Gozo Channel f'dawn l-aħħar xahrejn? X'kien it-tip ta' xogħol? Ħarġet tender jew direct order? Min tefa' l-offerti u min ħa x-xogħol? Kemm sewa dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — kwestjoni dwar parkeġġ

Question

Peress li persuni Għawdxin li jmorru l-Isptar Mater Dei għall-appuntamenti qed jilmentaw għaliex mhux jitħallew jużaw il-parkeġġ tal-outpatients minkejja li jkun hemm l-ispazju għax qed jiġu nfurmati li dawk il-parking slots huma bbukjati peress li meta provaw jibbukkjaw qalulhom li ma jistgħux isiru bookings, jista' l-Ministru jgħid allura l-pożizzjoni x'inhi biex ikunu jistgħu jużaw dan il-parkeġġ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Parkeġġ tal-Out Patient Department huwa għall-użu ta’ tliet kategoriji ta’ pazjenti: 1. Hemm 20 Parking Bay għal pazjenti li jagħmlu użu frequenti mill-Isptar għal-trattament. 2. 9 Parking Bays għal pazjenti tar- Renal Unit . 3. 27 Parking Bays għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-parkeġġi hawn fuq imsemmija huma kollha għall-użu tal-poplu Malti, Għawdxi kif ukoll viżitaturi barranin. Peress illi dan il-parkeġġ jiflaħ ammont limitat ta’ vetturi, jitmexxa bis-sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-parkeġġ ta’ użu frequenti jitħaddem bis-sistema ta’ permessi li jiġu bbukkjati fil- Pay Station bejn is-06:00 a.m. u 12:00 p.m.. Dawn il-permessi joħorgu jew għal tlett ijiem jew għal xahar bi ħlas. Meta dawn ikunu meħudin kollha ma jkunx hemm aktar spazju għal permessi. Fil-każ illi dan il-parkeġġ ikun mimli, dejjem hemm il-parkeġġ tal-viżitaturi li qiegħed ftit metri l-bogħod mill- Out Patient Department u servut bil-kumditajiet kollha nkluż faċilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Skejjel f'Għawdex — learning Zones

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema skejjel f'Għawdex u Malta hemm learning zones u tgħid kemm tfal f'kull skola li jagħmlu użu minn dawn iż-żoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.