Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36333 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Triq Kerċem - ilmenti

Question

Peress li qed isiru diversi ilmenti dwar l-istat u kundizzjoni ta' Triq Kerċem fir-Rabat, Għawdex, tista' l-Ministru tindirizza dawn l-ilmenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li din it-triq qed issirilha manutenzjoni kif ikun meħtieġ.

Għawdex — Rabat - Triq Gedrin - irwejjaħ

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Gedrin fir-Rabat Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ta' drenaġġ ħerġin mit-tappieri, jista' l-Ministru jindirizza dawn l-ilmenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ħadet il-passi meħtieġa biex issolvi l-problema.

Għawdex — Xagħra - Triq Għajn Qamar - kwalità tal-ilma

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Għajn Qamar, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw mill-kwalità tal-ilma għaliex qed ikun kollu sadid, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-ilma sewwiet ħafna ħsarat, u kellha tgħalaq l-ilma f’ċerti każi. Dan irriżulta f’tqanqil ta’ sadid. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tat washout lis-sistema, u issa rranġat.
Leg 11 PQ #36220 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qorti - uffiċjali tas-sigurtà

Question

Peress li qed jiġu security guards minn Malta biex jispezzjonaw lil kull min jidħol il-Qorti, x'inhi r-raġuni għaliex ma tqabdux uffiċjali tas-sigurtà Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-security guards li jaħdmu fil-Qorti ta' Għawdex huma provduti mill-istess tender li hemm fil-Qorti ta' Malta. Din il-kumpanija tibgħat kemm security guards Għawdxin kif ukoll Maltin.

learnıng support centres — informazzjoni

Question

Tista' l-Mınıstru tgħıd kemm hawn learnıng support centres(resource centres f'Ghawdex u f'Malta)? Fejn qegħdın u x'età ta' studentı jżommu? Kemm kıen hemm studentı reġıstratı f'kull ċentru fıx-xahar ta' Mejju 2012? X'kıenet l-attendenza jum b'jum f'kull ċentru matul ıx-xahar ta' Mejju 2012? Kemm kıen hemm għallıema u separatament staff ıeħor professjonalı ınvolut f'kull ċentru matul l-ıstess xahar? Kemm mınn dawn l-ıstudentı reġgħu ġew ıntegratı fl-ıskola orıġınalı tagħhom? X'kıenet l-ıspıża globalı ta' kull learnıng support centre (resource centre) matul ıx-xahar ta' Mejju 2012 u tista' tagħtı breakdown tal-ıspejjeż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — San Lawrenz - road hump fi Triq Rokon

Question

Peress lı r-resıdentı ta' Trıq Rokon, San Lawrenz Għawdex u nıes oħra lı jıffrekwentaw dık ın-naħa tal lokalıtà ta' San Lawrenz qed jılmentaw lı qed ıkun hemm ħafna vetturı deħlın u ħerġın mıl-lukanda b'veloċıtà qawwıja u allura jıxtıequ lı jkun hemm road hump bıex ıs-sewwıeqa jnaqqsu l-veloċıtà u allura ma jkunux ta' perıkolu, jısta' l-Mınıstru jara lı dan l-ılment jiġi ındırızzat u dın ıt-talba tıġı mılqugħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li Transport Malta studjat dan il-każ u mhux rakkomandat li f'din it-triq issir round topped road hump minħabba li din hi triq għall-aċċess biss. L-Awtorita' rrakomandat li jitwaħħlu tabelli u jsiru marki fl-art SLOW.
Leg 11 PQ #36247 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — nies li jaħdmu bit-telework

Question

Tista' l-Ministru tgħid u tagħti lista tal-ħaddiema f'Għawdex li wara l-ewwel ta' Jannar 2011 bdew jaħdmu t-telework fl-istess dipartiment li kienu jaħdmu fih; kif ukoll lista ta' dawk il-ħaddiema li ġew trasferiti f'dipartimenti oħra wara din l-istess data u li llum qegħdin jaħdmu t-telework?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċirkewwa — triq single lane

Question

Peress li qed ikun hemm iktar istanzi ta' konġestjoni ta' traffiku fit-triq taċ-Ċirkewwa b'dan li qed jinħoloq ħafna perikolu u inkonvenjent u b'referenza wkoll għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35325 li ovvjament jidher li mhix tweġiba li qed tindirizza s-sitwazzjoni, jista' l-Ministru jgħid x'soluzzjoni reali se jkollna għal dan l-inkonvenjent kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-konġestjoni ta' traffiku li kienet rrapurtata dan l-aħħar kienet ikkawżata minn waqfien imprevvist f'nofs it-triq minn vetturi. F'tali każijiet, il-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħlijiet tat-triq, għandu l-obbligu li jneħħi dawn il-vetturi mit-triq. Dan normalment jieħu bejn nofs siegħa u tlett kwarti. Jien infurmat ukoll li Transport Malta qed tagħmel diskussjonijiet mal-kuntrattur sabiex malajr kemm jista' jkun jinfetħu partijiet oħra tat-triq, anke jekk b'mod temporanju, sabiex kemm jista' jkun jitnaqqas l-inkonvenjent minn inċidenti simili.

Provision Income Tax — penalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35996 u jgħid kemm ġew imposti u nġabru penalijiet jew imgħaxx fuq ammonti dovuti bħala provisional income tax, f'dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #36212 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Intern

Sannat — Triq Skerla - manutenzjoni tat-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35931 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li r-residenti ta' Triq Skerla, Sannat qed jilmentaw dwar l-istat ħażin tat-triq, jista' jgħid meta se ssir il-manutenzjoni fuq din it-triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tas-Sannat, konxju tal-ħsarat fit-triq imsemmija, ftit tax-xhur ilu għamel xogħol ta’ patching f’din it-triq. Intant il-Kunsill Lokali wasal biex jibda xogħol ta’ pavimentar fl-ispazju miftuħ fl-istess triq permezz tal-iskemi marbuta mal-proġett Eko-Għawdex. F’partijiet oħrajn tat-triq il-Kunsill Lokali drabi oħrajn għamel xi tiswijiet bil-cold asphalt. Se tinġibed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali sabiex jieħu nota tal-materja u jieħu azzjoni.

Xewkija — Triq Bennejja - trabijiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35995 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li r-residenti ta' Triq Bennejja, Xewkija, qed jilmentaw minħabba ammont kbir ta' trabijiet li qed ikun hemm fit-triq in konsegwenza tax-xogħlijiet li qed isiru fit-Triq tal-Imġarr Xewkija, li qed ikun kaġun ta' ħafna attaki kbar ta' asthma fost ħafna familji, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur għandu struzzjonijitet sabiex it-trab jiġi kkontrollat kemm jista’ jkun. Tant hu hekk, li fil-ġimgħa li għaddiet, ġie applikat saff asfalt imsejjaħ base course fuq parti kbira tas-sit in kwistjoni, u b'hekk l-ammont ta' trab fit-triq naqas sostanzjalment. Huwa mistenni li l-ammont ta' trab fit-triq ikompli jonqos mal-progress fil-kostruzzjoni tal-bankini, liema xogħol qed isir bħalissa.

kwestjoni dwar ċertifikati tat-twelid

Question

Peress li l-Artiklu 269(5) tal-Kap 16 tal-Ligijiet ta' Malta qed jiġi interpretat b'tali mod li ġenituri addottivi mhux qed jitħallew iġibu ċertifikati tat-twelid sħaħ tal-ulied addottati jekk mhux b'digriet tal-qorti, peress li bl-intervent u b'inizjattiva tar-reġistratur tal-qorti volontarja adozzjonijiet ġodda qed ikollhom inkorporat fid-digriet finali l-fakultà għal ġenituri biex ikunu jistgħu jottjenu ċertifikat tat-twelid sħiħ u peress allura li minħabba din l-interpretazzjoni qed jinħoloq inkonvenjent u kif ukoll qed tinħoloq diskriminazzjoni bejn ġenituri naturali u dawk addottivi kif ukoll bejn ġenituri addottivi li għaddew mill-proċess tal-qorti reċentement u dawk li ilhom: ma jaħsibx il-Ministru li dan l-artikolu għandu jiġi amendat biex titneħħa din l-anomalija legali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-interpretazzjoni li qed tingħata tal-artikolu 269(5) ma’ toħloqx diskriminazzjoni bejn ġenituri naturali u dawk addottivi u dan għaliex ai termini ta’ l-istess artikolu, kullħadd, barra l-addottant innifsu meta jkun għalaq it-tmientax –il sena, għandu l-ewwel jikseb l-awtorizzazzjoni tal-Qorti qabel ma jkun jista’ jiġbor iċ-ċertifikat ta’ l-adozzjoni. Dan ifisser li din l-awtorizzazzjoni trid tinkiseb mhux mill-ġenituri addottivi biss, iżda anke mill-ġenituri naturali u minn kull persuna oħra li b’xi mod jista’ jkollha xi interess barra, kif diġa ingħad, mill-addottant innifsu meta dan ikun laħaq l-età ta’ tmientax –il sena; Din l-interpretazzjoni tal-artikolu 269(5) hija ġustifikata għaliex tipprevjeni milli tinħoloq sitwazzjoni fejn kull min irid ikun jaf jekk persuna hijiex addottata taqbad u tmur id-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku u tistaqsi għaċ-ċertifikat. L-ispirtu wara dan l-artikolu huwa fil-fatt li tipproteġi l-minuri addottant milli tiġi sparsa tali informazzjoni fuqu mingħajr ma jkun hemm skop jew raġuni valida. Hija l-intenzzjoni li fl-emendi ghal-ligi tal-adozzjoni li ser jigu prezentati issir emenda ukoll biex taghmilha aktar facli ghall-genituri addottivi li jigbru dan ic-certifikat u jitnehhew dawn l-anomaliji.
Leg 11 PQ #36219 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Wi-Fi

Question

Peress li s-servizz ta wi-fi fil-Qorti t'Għawdex huwa limitat u ma jkoprix il-maġġoranza tal-bini tal-Qorti, tista' l-Ministru tara li l-wi-fi jissaħħaħ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-servizz tal-wi-fi fil-bini tal-Qorti t'Għawdex, ikopri it-tliet awli bil-waiting areas ta' madwarhom, u areas oħra fil-viċinanza. Se jiġi evalwat jekk hemmx bżonn li din il-faċilità tiżdied biex tkopri aktar spazju.

Provision Income Tax — penalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imposti u nġabru penalijiet jew imgħaxx fuq ammonti dovuti bħala provisional income tax, f'dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

ħlas lis-sidien tal-art li ġiet esproprijata

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu s-sidien tal-art li ġiet esproprijata biex twessgħet Triq 8 ta' Settembru magħrufa bħala Tan-Nigret fix-Xagħra Għawdex u l-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li mhux possibbli li tiġi identifikata l-art fi Triq it-8 ta’ Settembru magħrufa bhala tan-Nigret fix-Xagħra, Għawdex, li d-dettalji tas-sidien tagħha ngħataw separatament. Għalhekk nitlob lis-sidien sabiex jew jagħmlu kuntatt mas-sezzjoni tal-Kuntratti tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern jew inkella jibgħatu site plan ta’ l-estent ta’ l-art tagħhom lid-Dipartiment, sabiex tiġi identifikata l-art u jkunu jistgħu jingħataw l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #35929 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Shelter għall-annimali

Question

Peress li f'Għawdex ħlief l-SPCA mhemm l-ebda post li jintuża bħala shelter għall-annimali, tista' l-Ministru tgħid xi pjannijiet hemm għall-ħarsien tal-annimali f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ġiet sottomessa pjanta għall-kunsiderazzjoni tal-MEPA wara li saru diversi diskussjonijiet bejn l-SPCA, il-Ministeru għal Għawdex u l-MEPA. Infurmata wkoll illi din il-pjanta ġiet ikkunsidrata mill-MEPA fil-'pre-submission stage'. Il-MEPA sussegwentement infurmat lill-SPCA li tali pjanta ma kinitx kunsidrata aċċettabbli u ssuġġeriet tibdiliet li jridu jsiru. Bħalissa dawn qegħdin jiġu kkunsidrati.
Leg 11 PQ #35930 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Testijiet tas-sanita

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew isiru t-testijiet tas-sanità f'Għawdex stess peress li saħansitra biex isiru testijiet fuq l-ilma dawn isiru l-Evans Building f'Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-analiżi fuq l-ilma u ikel iridu jsiru f'laboratorju akkreditat u dan skont il-parametri stabbiliti fid-direttivi relevanti tal-Unjoni Ewropea. F'Malta u Għawdex l-uniku laboratorju akkreditat għal dawn l-analiżi jinsab fil-kumpless Evans Building fil-Belt Valletta.
Leg 11 PQ #35931 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sannat — Triq Skerla - manutenzjoni tat-triq

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Skerla, Sannat qed jilmentaw dwar l-istat ħażin tat-triq, tista' l-Ministru tgħid meta se ssir il-manutenzjoni fuq din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Mediċina Aclasta

Question

Peress li hemm diversi persuni fosthom anzjani li qed jiġu preskritti l-Aclasta 5mg, peress li din tiswa €568.12 u allura ma jistgħux iħallsu għaliha, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-gvern mhux qed jgħin lil dawn in-nies peress li dawn għaddejjin minn tbatija kbira u ma jifilħux iħallsu għal din il-mediċina?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tinstab fil-Formularju tal-Gvern u skont il-protokoll tal-Gvern l-użu qiegħed ristrett għal minn għandu l-marda ta’ Paget kif ukoll għal dawk il-pazjenti li għandhom osteoporożi minħabba li ħadu kura ta’ sterojdi fit-tul għal waħda mill- kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V tal-liġi tal-Att tas-Sigurta’ Soċjali. Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012. L-osteoporożi fin-nisa wara l-menopawsa mhijiex waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi ta’ Skeda V tal-Att tas-Sigurtà Soċjali li għalihom tingħata kura b’xejn.
Leg 11 PQ #35992 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti — generator

Question

Peress li fil-Qorti t'Għawdex mhemmx generator u allura meta jinqata d-dawl ikun hemm problemi biex jitkompla x-xogħol, tista' l-Ministru tara li fil-Qorti t'Għawdex ikun hemm generator?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-qtugħ tal-provvistà tad-dawl fil-post indikat jiġri relattivament rari u l-ispazju fil-bini tal-Qorti ta' Għawdex ma jippermettix li jiġi stallat generator tal-kobor adegwat. Għalhekk preżentament huwa iktar aċċettabbli li meta jkun hemm bżonn jinkera generator.