Rabat Għawdex — appartament li għandu bżonn it-tikħil
Question
Peress li r-residenti tal-Block F B f'Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex qed jilmentaw għaliex ilhom żmien twil jirrapurtaw li dieħel l-ilma fl-appartament tagħhom għax irid isir it-tikħil minn barra iżda dan qatt ma sar, u peress li kull darba li tagħmel ix-xita, dawn kull darba qed jimtlew bl-ilma u qed jikkaġuna danni, jista' l-Ministru jara li jsir dan it-tikħil b'mod immedjat?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar se tieħu ħsieb din it-talba mill-aktar fis possibli.
Rabat Għawdex — xogħlijiet fil-partijiet komuni tal-Housing Estate taċ-Ċawla
Question
Peress li r-resident ta' Block F B taċ-Ċawla Housing Estate, Rabat Għawdex, qed jilmentaw minħabba xogħol ħażin li sar fil-partijiet komuni mill-kuntrattur imqabbad, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan u jgħid meta se jsir ix-xogħol rimedjali opportun u x'passi se jittieħdu fil-konfront tal-kuntrattur talli għamel xogħol ħażin?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan ix-xogħol sar minn kuntrattur imqabbad mill-kunsill lokali. L-Awtorità tad-Djar ukoll hija mħassba dwar il-kwalità tax-xogħol u mhix se toħroġ pagamenti għalih. Fl-istess waqt l-istess awtorità qed tara x’passi tista’ tieħu min-naħa tagħha biex issolvi l-inkonvenjent li nħoloq minn dan il-kuntrattur.
Rabat Għawdex — Taċ-Ċawla Housing Estate - periklu ta' wires u pipes mikxufin
Question
Peress li r-residenti ta' Block G fil-Housing Estate taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex qed jilmentaw minħabba periklu li ġej mill-wires u pipes mikxufin li hemm fil-partijiet komuni tal-block, jista' l-Ministru jara li jitneħħa dan il-periklu billi jsir ix-xogħol meħtieġ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan ix-xogħol qed isir minn kuntrattur imqabbad mill-kunsill lokali. L-Awtorità tad-Djar qed tinsisti mal-Kunsill Lokali li jitnehha kull periklu li jista’ jezisti u li x-xogħol isir fi żmien qasir.
Rabat Għawdex — Taċ-Ċawla Housing Estate - bozoz fit-triq
Question
Peress li r-residenti taċ-Ċawla Housing Estate fir-Rabat Għawdex qed jilmentaw għaliex mhemmx bozoz biżżejjed u f'ċertu inħawi hemm id-dlam għax bla dawl, bħal dik il-parti ħdejn il-ground, jista' l-Ministru jara li dawn l-inħawi jiġu mdawwla adegwatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed isiru l-pjanti neċessarji sabiex dan ix-xogħol isir mill-Awtorità tad-Djar fil-ġimgħat li ġejjin.
Mellieħa — Skola Primarja Marija Bambina - nuqqas ta' trasport
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li għat-tfal li jattendu l-iskola Primarja Marija bambina tal-Mellieħa hemm nuqqas ta' trasport bil-konsegwenza li dawn qegħdin idumu ħin twil sa ma jirritornaw lura d-dar? Tista' tara li dawn l-ilmenti jiġ indirizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-Erbgħa 17 ta’ Ottubru 2012, bdew jintużaw żewġ vetturi separati sabiex it-tfal ma jdumux ma jaslu lura d-dar. Għalhekk, il-problema li kien hemm kienet indirizzata.
Tista' l-Ministru tispjega għaliex l-iskema Community Inclusive Employment Scheme (CIES) ħarġet biss għal dawk il-persuni b'diżabilità li jkunu qed jirreġistraw full-time u ma kenitx miftuħa wkoll għal dawk il-persuni b'diżabilità li jkunu qed jirreġistraw part-time, meta l-kunsilli lokali li se jkunu jaħdmu magħhom jistgħu jimpjegawhom ukoll reduced hours?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għan tal-iskema Community Inclusive Employment Scheme (CIES) huwa dak li persuni li għandhom xi forma ta’ diżabilità u li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol jkollhom l-opportunità li jiġu mpjegati mill-Kunsilli Lokali. B’hekk, din l-iskema tnaqqas l-inugwaljanza billi tagħti ċans lil dawn il-persuni b'diżabilità jegħlbu problemi li jiltaqgħu magħhom meta jfittxu mpjieg.
Bħal ħafna skemi oħra, il-CIES tistipula numru ta’ kriterji ta' eliġibilità, fosthom, li dawk eliġibbli jridu jkunu persuni b'diżabilità u li jkunu ilhom jirreġistraw mall-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) minn ta’ l-inqas sitt (6) xhur, fuq l-Ewwel Parti jew it-Tieni Parti tar-reġistru ta’ l-ETC.
Fost dawn hemm numru ta’ nies li qegħdin jirreġistraw għal xogħol
full-time
kif ukoll
part-time
. Dan jiġifieri li meta jkunu qegħdin jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti jkunu wrew ukoll ix-xewqa li jintbagħtu għal xogħol
part-time
. Għaldaqstant, meta l-Kunsilli jixtiequ jħaddmu persuna fuq siegħat li huma
reduced
jew
part-time
, l-ETC ittella lista ta’ nies li huma fuq l-Ewwel Parti, u li pero jkunu wrew l-interess għal xogħol
part-time
ukoll.
Il-kriterji tal-CIES ġew stabbiliti sabiex niffaċilitaw it-tqabbil u t-trasferiment ta’ persuni lejn impjiegi taħt din l-iskema b’mod iktar trasparenti. Għaldaqstant dawn il-kriterji ġew ibbażati ukoll fuq il-liġi ta’ l-ETC (cap. 343, 13) fejn tgħid li:
...meta tirreferi persuna għal impieg, il-Korporazzjoni għandha, kemm il-darba ma jiġix stabbilit xort ’oħra, tagħti preferenza lill-persuni reġistrati fl-Ewwel Taqsima fuq dawk reġistrati f’xi Taqsima oħra tar-Reġistru.
Importanti li nsemmu wkoll, li skond il-liġi, xogħol fuq
reduced hours
huwa meqjus bħala tip ta’ xogħol
full-time
b’arranġament ta’ siegħat u mhux bħala xogħol
part-time
kif kwotat fuq il-websajt tad-DIER li tgħid :
Impjieg full-time b’sigħat imnaqqsa huwa impjieg li fir-rigward tiegħu jkunu pagabbli kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u meta impjegat jiftiehem u jaqbel mal-prinċipal biex jaħdem sigħat anqas minn da
wk maħduma minn impjegat full-time komparabbli. F’dawn il-każijiet, il-liġi tgħid li l-paga u intitolamenti oħra jridu jingħataw fuq bażi pro-rata, jiġifieri, proporzjonalment. Qabel ma wieħed jilħaq dan il-ftehim, wieħed irid jistabbilixxi minn qabel il-k
ondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli f’impjieg full-time.
Peress li l-għaqda persuni neqsin mis-smigħ ilhom żmien jitolbu premises, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din it-talba?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, m’għandu l-ebda talba pendenti mill-għaqda persuni neqsin mis-smigħ għal xi premises. Madanakollu ninforma lill-Onorevoli Membru, li din l-għaqda diġà għandha fond tal-Gvern mikri lilha sa mill-1981, ġewwa Xatt Lascaris, il-Belt Valletta.
Peress li r-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha mingħajr servizz ta' konnessjoni tad-drenaġġ u għadhom bil-fossa, jista' l-Ministru jara x'hemm bżonn isir biex dan is-servizz jibqa' jingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li saret jirriżulta li l-imsemmija residenza ma tistax tqabbad mas-sistema eżistenti tad-drenaġġ. Dan minħabba li l-pendil ta’ l-isqaq huwa wieħed negattiv (bil-kontra) komperat mat-triq. Din ir-residenza u oħrajn bla drenaġġ, qegħdin fil-parti ta’ ġewwa fejn l-art titbaxxa.
Peress li l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għandu bżonn li tinbidel l-LSA skont kif mitlub ukoll mill-awtortijiet tal-iskola minħabba l-ħteġijiet tat-tifel u peress li dan huwa każ urġenti, tista' l-Ministru tara li din it-talba tiġi proċessata kemm jista' jkun malajr?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saru arranġamenti interni sabiex il-ħtiġijiet tat-tifel imsemmi fil-ħinijiet partikolari jkun jista’ jieħu l-għajnuna minn żewġ LSAs (Learning Support Assistants).
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz tas-Sinjura msemmija se jidher quddiem l-Independent Revisory Board fi hdan l-Awtorità tad-Djar sabiex jerga jikkonsidra l-kaz taghha wara li hija appellat mid-decizjoni mehuda.
Għawdex — Skema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek - timoptol eye drops
Question
Peress li Timoptol eye drops mhux jiġu fornuti mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f'Għawdex, jista' l-Ministru jara li dan jiġi fornut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Timolol eye drops se tkun fornuta lill-Gvern fil-jiem li ġejjin u titqassam fl-ispizeriji fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tieghek fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern rigward il-parkeġġ tac-CDAU in vista tal-lamenteli kontinwi dwar in-nuqqas tal-parkeġġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sar eżerċizzju dwar l-immaniġġjar tal-parkeġġ ġewwa l-Isptar San Luqa. Dan l-eżerċizzju sar peress li s-servizzi kemm klinici kif ukoll amministrattivi mogħtija minn dan is-sit żdiedu konsiderevolment. F’dan l-eżerċizzju ġew ikkunsidrati spazji ta’ parkeġġ riservati esklussivament għall-pazjenti li jużaw is-servizzi kliniċi. Fosthom hemm iċ-CDAU.
Skola Sir Mikelanġ Refalo — Rabat Għawdex - għalliem tal-Home Economics A'level
Question
Peress li l-istudenti ta' Sir Mikelanġ Refalo tar-Rabat Għawdex qed jilmentaw minħabba nuqqas ta' għalliema tal-home economics A'Level, tista' l-Ministru tara li jiġi għalliem ieħor fl-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li applikaw aktar studenti mis-soltu għas-suġġett tal-Home Economics, hemm bżonn ta’ erba’ siegħat lezzjonijiet aktar. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-lezzjonijiet ikunu koperti.
Peress li ħaddiema tal-Public Works f'Għawdex ilhom sentejn jitolbu li jingħataw saftey shoes għax dawk li ngħataw sentejn ilu mill-ewwel inqalgħalhom il-qiegħ, tista' l-Ministru tara li jingħataw dawn iż-żraben biex tiġi assigurata s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li wara li nħarġet offerta u ħadd mill-offeranti ma kien eleġibbli, inħarġet l-offerta mill-ġdid għax-xiri ta' dawn iż-żraben.
Peress li l-istudenti tat-tielet sena tal-AAT fl-MCAST skoprew li l-ismart card tagħhom ġiet attivata b'bilanċ ta' €232.95 filwaqt li l-istudenti l-oħra rċevew l-ammont ta' €465, tista' l-Ministru tgħid għaliex hemm din id-differenza u għaliex hemm dan it-trattament diskriminatorju bejn l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda trattament diskriminatorju fost l-istudenti. B’mod ġenerali l-istudenti fil-livell Post Sekondarju bħalma hu l-MCAST, fl-ismart card jieħdu €232.94 kull sena tal-kors tagħhom sakemm ma jkunux qed jirrepetu.
Billi l-Gvern dehrlu li ma kellux jiddiskrimina bejn studenti tal-MCAST u dawk tal-Universita’ li jkunu qed jagħmlu studji tal-istess livell, l-istudenti tal-MCAST li jkunu qed jagħmlu l-Higher National Diploma u l-AAT u jilħqu Livell 5 jieħdu l-istess stipendju daqs studenti li qed jagħmlu korsijiet ta’ diploma fl-Universita f’Livell 5 u fil-każ ta’ studenti li jagħmlu top up degree jieħdu stipendju daqs studenti tal-universita’ li jkunu qed jagħmlu degree.
Bħalissa l-uffiċċju tal-Istipendji fl-MCAST għadu qed jipproċessa l-aħħar applikazzjonijiet ta’ studenti ġodda u jagħti struzzjonijiet biex jinfetħu u jitpoġġew flus fil-cards tal-istudenti. Biex l-istudenti jkunu jistgħu jibdew il-materjal meħtieġ għall-istudji tagħhom, infetħu l-cards bl-istess ammonti tas-sena li għaddiet iżda aktar tard dan ix-xahar dawn ikunu aġġornati u l-flus fil-cards jiġu aġġustati skont il-livell tal-istudju li qed jagħmlu l-istudenti u allura studenti fit-tielet sena tal-AAT jiżdiedulhom il-flus fil-cards għal €465.
Għawdex — Taċ-Ċawla fir-Rabat - ilmenti fuq irwejjaħ
Question
Peress li r-residenti tal-inħawi ta' Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex, fejn hemm iċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb qed jilmentaw minn irwejjaħ u anke għamlu ilment lill-awtoritajiet sanitarji iżda jidher li dan sar inutilment, tista' l-Ministru tara x'jista' jsir biex jiġi identifikat is-sors ta' dan l-inkonvenjent u jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sar ilment mill-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa f'Għawdex fit-3 ta' Ottubru 2012 dwar irwejjaħ minn għalqa il tinsab fl-inħawi taċ-Ċawla limiti tar-Rabat Għawdex.
Minn stħarriġ li sar minn uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali fl-4 ta' Ottubru 2012 irriżulta li l-irwejjaħ kienu kkaġunati minn demel li ġie ddepositat f'għalqa bħala fertilizzant naturali. Nixtieq inżid li s-sidien tal-għalqa in kwestjoni kienu diġà ħadu l-passi meħtieġa biex jaħartu l-għalqa indikata u b'hekk jiġi eleminat l-inkonvinjent.
Għawdex — Triq Marsalforn u Triq il-Kunċizzjoni - arja mniġġsa
Question
Peress li suppost Eko Għawdex anke indirizza l-kwalità tal-arja, peress li f'toroq bħal Triq Marsalforn fix-Xagħra, Għawdex u Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala, Għawdex, ir-residenti jilmentaw minħabba arja mniġġsa li qed tikkawża ħafna ħsara lis-saħħa tal-bniedem, tista' l-Ministru tgħid x'qed isir mill-gvern biex titjieb il-kwalità tal-arja f'dawn it-toroq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin, il-gvern, fost l-oħrajn, investa f'servizz ta' Trasport Pubbliku ġdid, offra sussidji għax-xiri ta' karozzi elettriċi, introduċa t-test tal-VRT għall-vetturi u offra skemi t'għajnuna biex jitneħħew vetturi qodma mit-toroq bil-għan li jtejjeb il-kwalità tal-arja.
Barra minn dan, ninformak ukoll li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tmexxi programm ta' monitoraġġ tal-arja madwar Malta u Għawdex.
Xagħra Għawdex — Triq Parisott - miżuri biex titnaqqas il veloċità
Question
Peress li r-residenti ta' parti minn Triq Parisott fix-Xagħra Għawdex senjatament il-parti t'isfel fejn tidjieq it-triq qed jiltmentaw minħabba perikolu li l-vetturi jgħaddu b'veloċità qawwija, jista' jara li jittieħdu l-miżuri kollha opportuni sabiex il-vetturi jnaqqsu l-veloċità u b'hekk ma jkunux ta' periklu għan-nies t'hemmhekk?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se tinforma lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex dwar din it-talba sabiex tara x'jista' jsir.
Għawdex — Qala - Triq Mons. Ġużeppi Vella - asfaltar ta' triq
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 36619 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u tgħid meta se tiġi asfaltata Triq Mons. Ġużeppi Vella, fil-Qala Għawdex peress li r-residenti ilhom snin twal jistennew li din it-triq issir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li nħarġet tender għall-asfaltar ta' din it-triq u bħalissa qed jiġu evalwati l-offerti għal dan ix-xogħol.
Peress li madwar il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hemm diżlivell u m'hemm ebda lqugħ u peress li dan huwa ta' periklu kbir, jista' l-Ministru jara li dan il-periklu jitneħħa?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għaddej xogħol ta’ tisbieħ f’dan il-qasam ta’ binjiet b’fondi tal-Awtorità tad-Djar moghtija lill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex. Ix-xoghol qed isir mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Ghawdex. L-Awtorità ser tiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali dwar din l-Interpellenza sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.