Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37364 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni li rrikorrew għal xi servizzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tagħha f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37354 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li rrikorrew għal xi servizzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — persuni li rrikorrew għal xi servizzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul dawn l-aħħar sitt xhur dan il-Ministeru kellu każ wieħed fejn persuna b'nuqqas ta' smigħ kif ukoll b'diffikultà tal-kelma kellha bżonn tinqeda minn Ambaxxata. Il-persuna kkoċernata wżat il-"lip reading" kif ukoll il-kitba sabiex tikkomunika b'suċċess mal-uffiċċjal ikkonċernat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni li rrikorrew għal xi servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li rrikorrew għal xi servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sitt xhur fi ħdan il-Ministeru tiegħi kienet biss Transprt Malta li rrikorrew għandha persuni neqsin mid-dawl jew mis-smigħ. Fil-fatt b' kollox kien hemm sitt persuni li ħamsa minnhom il-komunikazzjoni saret kollha bil-miktub u f'każ wieħed il-persuna kienet mgħejjuna bi hearing aid u setgħet issir komunikazzjoni verbali.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — persuni li rrikorrew għal xi servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żamma tal-informazzjoni mitluba m’għandha ebda relevanza għall-qadi tal-għanijiet speċifiċi u leġittimi tad-dipartimenti u entitajiet taħt dan il-Ministeru u għaldaqstant żamma ta’ informazzjoni simili tmur kontra il-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data u għaldaqstant data msemmija ma tinżammx.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li f’dawn l-aħħar sitt xhur saru xogħolijiet relatati ma’ aċċess aħjar għall-persuni b’diżabilità f’dawn id-dipartimenti: L-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech: fetaħ is-sala RW1 bi kmamar u faċilitajiet li huma aċċessibli faċilment minn persuni b’diżabilita fiżika. Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’: f’dawn l-aħħar sitt xhur saret rampa fin-Night Shelter ġewwa r-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule biex ikun aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’.
Leg 11 PQ #37348 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm xi xogħolijiet li saru biex jiġu indirizzati l-problemi ta' aċċessibbiltà fid-Dipartimenti u uffiċini fosthom fir-Reġistru tal-Artijiet fejn saru poġġamani ġodda bil-ħsieb li jgħinu partikolarment nies anzjani kif ukoll ċertu kategoriji ta’ persuni b’diżabilità fiżika. F’każijiet oħra fejn persuni b’diżabilità ma jkunux jistgħu jitilgħu t-taraġ isiru arranġamenti prattiċi biex xorta jingħata s-servizz. L-Uffiċċju tal–Passaporti qiegħed f’taħditiet mal-Kummmissjoni Nazzjonali għal Persuna b’Diżabilità (KNPD) u mal-entitajiet l-oħra li jużaw l-istess bini, li jinkludu r-Reġistru Pubbliku u l-Uffiċċju għall-Immaniġjar tal-Identità, sabiex jinsabu mezzi ħalli tingħeleb il-problema tal-aċċessibbiltà b’mod effettiv. Fil-fatt diġa' tqabbad perit u ġew imfassla xi pjanti f’dan is-sens. Sakemm din il-kwistjoni tiġi solvuta b’mod definit, l-Uffiċċju tal-Passaporti qed jagħmel dak kollu li jista' sabiex persuni li jużaw siġġu bir-roti jew li ma jistgħux jitilgħu taraġ jinqdew xorta waħda. Fil-fatt dan l-aħħar ġie installat apparat f’uffiċċju fil-pjan t’isfel sabiex persuna b'diżabilità ma jkollhiex għalfejn titla’ l-Evans Building fis-sular ta’ fuq biex tagħmel il-passaport. Wieħed jista wkoll jordna ċertifikati mir-Reġistru Pubbliku permezz tas-sit www.ċertifikati.gov.mt. Infurmat ukoll illi l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, kif ukoll diversi Għasses tal-Pulizija huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u li fil-preżent għaddejjin taħdidiet bejn il-Pulizija u l-Kummissjoni Nazzjoni Persuni b’Diżabilità, bl-iskop li jitjiebu dawn il-faċilitajiet. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wettaq xogħol biex tinbena rampa fit-Taqsima Marittima li tinsab il-Marsa li din saret skont linji gwida li ħarġu mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: f’dawn l-ahhar 6 xhur ma sarux xoghlijiet peress li d-Dipartiment kien diga’ attrezzat sabiex ikun milhuq minn persuni b’dizabilta’ kemm fizika kif ukoll minn dawk li ghandhom nuqqas ta smigh u dawl - Sigurta’ Socjali: il-binjiet tal-Access gewwa l-Qawra, l-Kottonera u l-Msida saru xoghlijiet sabiex tkun accessibli minn persuni b’dizabilta’, kif ukoll fil-kmamar tal-banju rispettivi. Saru xoghlijiet ukoll fl-ufficju distretwali tal-Hamrun u ser johrog tender ghal-lift. Vicinn kull ufficju distretwali hemm ukoll reserved parking ghal persuni b’dizabilta’ - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: ma kienx hemm il-bzonn li jsir xoghol ta’ din in-natura ghaliex huma accessibli. Barra minnhekk, gie installat il-Maltese Speech Engine zviluppata mill-FITA fuq il-computers ta’ staff li ghandhom nuqqas ta dawl u li juzaw screenreader sabiex juzaw il-computer. - Qrati tal-Gustizzja: fl-ufficju tal-membri tal-Gudikatura u fir-raba’ sular tal-Qorti sar Accessibility Audit mill-KNPD - MEUSAC: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma sarux xoghlijiet pero’ l-ufficju hu accessibli permezz ta’ rampa li saret fuq barra - Awtorita’ tad-Djar: l-Awtorita’ diga’ hi accessibli - Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: saret rampa biex il-bini ikun aktar accessibli - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: ma saru l-ebda xoghlijiet f’dawn l-ahhar sitt xhur pero’ l-bini hu accessibli - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: ma saru l-ebda xoghlijiet f’dawn l-ahhar sitt xhur pero’ l-post hu accessibli permezz ta’ rampa li tinsab fl-entratura tal-bini - Kummissarju ghat-Tfal: ma saru l-ebda xoghlijiet f’dawn l-ahhar sitt xhur ghaliex il-bini hu accessibli u anki ghandu kmamar tal-banju accessibli - MCESD: ma saru l-ebda xoghlijiet f’dawn l-ahhar sitt xhur pero’ l-bini hu accessibli permezz ta’ rampa li tinsab fl-entratura tal-bini - Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali: saru rampi u kmamar tal-banju accessibli minn persuni b’dizabilta’ fizika gewwa l-fondazzjoni, qed tigi rrangata l-binja residenzjali gewwa Birzebbugia billi qed jitwessaw il-bibien u giet installata kmamar tal-banju accessibli, gewwa l-Mtarfa Day Centre trangaw il-kmamar tal-banju u trangat rampa fl-entratura tac-Centru ta’ Fleur de Lys.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li f'dawn l-aħħar sitt xhur l-Awtorità dwar il-Medicini fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta Negozji Żghar u l-Konsumatur saħħet is-sistema tas-sound li għandha fil-board room għall-beneficcju tal-impjegati li għandhom nuqqas ta' smigħ.
Leg 11 PQ #37352 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra

talbiet għal reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking minn persuni d'diżabilità, skont it-tip ta' diżabilità f'dawn l-aħħar sentejn, kemm minnhom ġew milqugħa, kemm minnhom ġew appellati u kemm minnhom ġew milqugħa wara li sar l-appell?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji ta' Transport Malta, irriżulta li f'dawn l-aħħar sentejn l-Awtorita' rċeviet 1,827 applikazzjoni għal Parkeġġ Riżervat għal Persuni b'Diżabbilta' fejn 325 ġew approvati għal sena li tiġġedded, 6 ġew approvati għall-erba’ xhur tas-sajf, waħda ġiet approvata għal tlett xhur, tnejn ġew approvati għal sitt xhur u 52 ġew approvati għal metru u nofs (1.5m) KEEP CLEAR. Kien hemm 117-il applikazzjoni ta' appell fejn 17-il każ minnhom ġew approvati fl-appell mir-Review Panel. Hemm 38 applikazzjoni li għadhom iridu jiġu eżaminati mill-Bord għal Parkeġġ Riżervat għal Persuni b'Diżabbilta'. L-Awtorita' ma żżommx statistika li tirrigwarda t-tip ta' diżabbilta'.
Leg 11 PQ #37342 Sitting 515 2012-10-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-diaprtiimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nbniet rampa pedonali quddiem l-entratura ta’ Kastilja li hemm fi Triq San Pawl. Din ir-rampa tiffaċilita l-aċċess minn nies inklużi dawk b’diżabilità għal ġol-bini ta’ Kastilja. Fil-bini l-ġdid tad-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi u d-Diviżjoni għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prioritajiet saret rampa quddiem il-bieb ta’ barra, kif ukoll l-kmamar tal-banju huma adattati għal persuni b’diżabiltà. Qed isiru wkoll xogħolijiet strutturali fis-sular t’isfel ta’ binja mikrija fi Strada Żakkerija fejn fil-preżent jinstabu d-Direttorat għall-Operat u Implimentazzjoni ta’ Programmi, d-Direttorat għal HR Management Systems u d-Direttorat għal Employee Relationship Management. Ix-xogħolijiet li qed jitwettqu mis-sid tal-proprjetà jinkludi twaqqiegħ ta’ taraġ u twittieħ tal-entratura u t-tarġa ta’ barra biex titjieb l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità mit-triq safejn il-lift. Fil-Forzi Armati ta’ Malta f'dawn l-aħħar sitt xhur ġew finalizzati żewġ proġetti ġodda li huma aċċessibli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl. Dawn jinkludu Hangar ta' l-Avjazjoni biex jakkomoda żewġ King Air B200 Maritime Patrol Aircraft (MPA) , u binja fuq tlett sulari biex takkomoda uffiċini, ċentru ta' taħriġ u servizzi oħra għall-Iskwadra Marittima tal- Forzi Armati ġewwa Haywharf . Dawn il-faċilitajiet hawn fuq elenkati jkomplu jiżdiedu ma’ inizjattivi oħrajn li ttieħdu qabel ħalli d-diversi binjiet li jaqu taħt il-Ministeru tiegħi jkunu dejjem iktar aċċessibli.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-diaprtiimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul dawn l-aħħar sitt xhur ġie mibdul il-lift tal-Ministeru, jiġifieri ġewwa Palazzo Parisio. Dan ġie mibdul għal wieħed li huwa magħmul skont ir-regolamenti tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' allura huwa aċċessibli għal dawk in-nies li jużaw is-siġġu tar-roti. Ta' min iżid li l-buttuni li wieħed jagħfas sabiex jitla' jew jinżel fil-lift għandhom ukoll il-breil sabiex jiffaċilitaw lil dawk b'nuqqas ta' dawl.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-diaprtiimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-diaprtiimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-diaprtiimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 22977, 28829 u 29453, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li barra xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-faċilitajiet diġa’ installati, fl-aħħar sitt xhur imbniet rampa fl-entratura principali fiċ-Ċentru ta’ Riċerka u Żvilupp ġewwa l-Għammieri biex tiżdiet aktar aċċessibilità għal persuni fuq ‘wheel chairs’. Minn naħa l-oħra, fil-Biċċerija il-Marsa, ġew installati toilets għal persuni b’dizabilita’.
Leg 11 PQ #619 Sitting 514 2012-10-29 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Reklutaġġ t'għalliema li temmew il-kors din is-sena

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew reklutati għalliema fl-iskejjel statali minn dawk li temmew il-kors din is-sena u tindika x'suġġett qed jgħallmu u f'liema skola qegħdin? Tista' tgħid kemm fadal għalliema li ma ġewx reklutati skont is-suġġett tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.