Tista' l-Ministru tara għaliex it-tifla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadha mingħajr LSA?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-Appell bagħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-jiem li għaddew u dawn ġew milqugħa minnufiħ. Għalhekk id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi se jinforma lill-Kap tal-iskola biex jgħid lill-ġenituri bid-deċiżjoni tal-Bord t’Appell.
Għawdex — Fontana - Triq San Martin - rranġar ta' triq
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamenti 36439 u minkejja l-assigurazzjonijiet li ngħataw mill-Prim Ministru nnisfsu, is-sitwazzjoni għadha tippersisti b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' Triq San Martin, Fontana, Għawdex, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fit-Triq San Martin, Fontana ma hemmx problemi minħabba l-ilma tax-xita. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħda tirreferi għat-trejqa li tiġi wara l-proprjetajiet tat-Triq San Martin ninsab infurmata li ttieħdet l-azzjoni neċessarja u ma jirriżultax li hemm problemi f'dan il-post.
Tista' l-Ministru tara li t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatement, jingħata LSA peress li l-ġenituri ilhom snin jitolbu l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istatementing Moderating Panel ma għandu l-ebda applikazzjoni pendenti għan-nom ta’ dan it-tifel. M’hemmx applikazzjonijiet pendenti ħlief dawk li waslu tul din is-sena u mhux qegħdin fuq lista ta’ priorità. Dawk meqjusa “priorità” diġà qegħdin jingħataw l-għajnuna.
Peress li skont il-liġi, ma jistax isir bejgħ ta' xorb u ikel fil-qorti u peress li l-avukati nagħmlu ġranet sħaħ fl-awli tal-qorti u in vista tar-regoli ta' sigurtà ma nistgħux indaħħlu flixken tal-ilma u lanqas ikel u peress li dan qed joħloq problemi għall-diversi avukati, tista' l-Ministru tara li tal-inqas ikun hemm provvista ta' ilma fil-bini tal-qorti stess għall-użu tal-avukati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-amministrazzjoni tal-Qorti ta' Għawdex mhix ser toġġezzjona għall-fliexken tal-plastic li jkun fihom l-ilma li l-avukati jistgħu jdaħħlu magħhom fil-bini tal-Qorti.
Qorti t'Għawdex — x-ray machine għal spezzjonijiet fil-basktijiet tal-pubbliku
Question
Peress li fil-Qorti t'Għawdex kellha tiġi stallata x-ray machine biex il-basktijiet tal-pubbliku jkunu jistgħu jiġu spezzjonati, peress li din il-magna għadha ma ġietx u allura l-ispezzjonijiet qed isiru manwalment u dan qed idejjaq lin-nies minħabba l-privatezza u kif ukoll qed ikun kaġun ta' dewmien, ma taħsibx il-Ministru li issa wara daqstant xhur din il-magna għandha tinġab fil-Qorti ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-istallazzjoni ta' din il-magna qed tiġi diskussa bejn il-Qrati ta' Malta u Għawdex.
Għawdex — Qorti - fast track biex l-avukati jidħlu fil-bini
Question
Peress li fil-Qorti ta' Malta l-avukati u l-uffiċjali tal-Qorti għandhom sistema ta' fast track biex jidħlu fil-bini tal-qorti u peress li f'Għawdex ma teżisti ebda sistema ta' dan it-tip għaliex l-avukati qiegħdin jiġu suġġettata għat-tfitxija bħal kull persuna oħra li tidħol il-qorti u allura ħafna drabi jispiċċaw jistennew wara l-kju tan-nies, ma jaħsibx il-Ministru li għalhekk li għandu jkun hemm sistema uniformi fejn l-avuakti Għawdxin ikollhom sistema bħalma hemm f'Malta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta l-avukati u ufficjali tal-Qorti li jidhlu mill-bieb principali jghaddu mill-process kollu ta’ tiftix. L-istess isir fil-Qorti tal-Familja. F’diskussjonijiet li saru fl-ahhar gimghat hemm qbil li l-istess process jibda jintuza ukoll mill-bieb li hemm fi Triq Santa Lucija li jintuza mill-avukati biex b’hekk it-tfittxija tkun qed issir f’kull access ghal- Qorti.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37374 u jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura nkluż l-entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu ma wżawx is-servizzi ta’ interpreti f’dawn l-aħħar sitt xhur.
Peress li l-istudenti tal-ewwel sena tal-accounts fl-iskola Sir Mikelanġ Refalo f'Għawdex ilmentaw mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni appuntu minħabba l-mod ta' kif qed jiġi mgħallem is-suġġett u peress li għad ma ngħatat l-ebda tweġiba lil dawn il-ġenituri, tista' l-Ministru tara li d-dipartiment iwieġeb lil dawn il-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorati Edukattivi qed jinvestigaw dan il-każ. Minkejja l-fatt li l-allegazzjonijiet huma verbali u din tagħmilha aktar diffiċli biex titmexxa l-investigazzjoni, id-Direttorati xorta qed jieħdu l-passi neċessarji biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mas-settur pubbliku li għamlu teleworking minn mindu ġiet introdotta din is-sistema? Jista' jgħid kemm-il perjodu ta' teleworking għamel kull impjegat, il-grad ta' kull impjegat u f'liema uffiċċju u/jew dipartiment governattiv qegħdin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Statistiċi dwar impjegati fuq teleworking fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 jinsabu fil-websajt tal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fuq http://www.mpo.gov.mt/info_downloads.html f’rapporti dettaljati dwar Family Friendly Measures. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn ir-rapporti.
Dwar impjegati li qegħdin fuq
teleworking
din is-sena, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru t’ impjegati, il-grad u f’liema dipartimenti jew ministeri qegħdin jaħdmu.
Biex tkun tista’ tingħata risposta dettaljata dwar kemm-il perjodu ta'
teleworking
għamel kull impjegat, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi. Fl-assenza ta' raġuni valida għalfejn l-Onorevoli Interpellant tixtieq tingħata din l-informazzjoni, ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv għal ġid ta' pajjiżna.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Trabi li twieldu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex — trasferiment għall-Isptar Mater Dei
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm trabi li twieldu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex fl-aħħar sena ttieħdu lejn l-Isptar Mater Dei u tgħid meta, s-sess tat-tarbija u r-raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — twelid ta' trabi b'ċesarja
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa li welldu normali u b'ċesarja fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur? Tista' tgħid kemm kien hemm ċesarji elective u kemm oħrajn b'emerġenza? Tista' tgħid ukoll kemm minnhom żviluppaw kumplikazzjonijiet li kienu jinħtieġu rikoveru lejn l-Isptar Mater Dei?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar sitt xhur twieldu:
107 b'mod normali
20 kienu ċesarji elective
17 kienu ċesarji b'emerġenza.
Tarbija waħda li twieldet permezz ta' ċesarja b'emerġenza ntbagħtet l-Isptar Mater Dei wara li żviluppat kumplikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu taż-żmien ta' l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq mill-persuni b'diżabilità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fuq karozzi rreġistrati wara l-1 ta’ Jannar 2009, ma tithallas l-ebda liċenzja fl-ewwel ħames snin mis-sena ta’ manifattura jew fl-ewwel ħames snin mis-sena ta’ reġistrazzjoni fil-każ ta’ karozzi li jsirulhom modifikazjonijiet.
Mis-sitt sena, titħallas 50 fil-mija tal-liċenzja fuq karozzi sa emissjonijiet li lhaħħqu 180g/Km CO2 fil-każ ta’ karozza
petrol
u 150g/Km CO2 fil-każ ta’ karozza
diesel
.
Il-liċenzja titħallas kollha l’fuq minn dawn il-livelli ta’ emissjonijiet.
Fuq karozzi li huma
wheelchair accessible
, ma titħallas l-ebda liċenzja.
Karozzi li huma rregistrati sal-31 ta’ Diċembru 2008 huma eżentati mill-liċenzja.
Tista' l-Ministru tgħid x-xogħlijiet fadal isiru fil-grawnd tal-iskola Ninu Cremona f'Għawdex u meta se jitlestew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġiet aġġudikata l-offerta għall-wiċċ sintetiku tal-grawnd fuq il-car park tal-iskola. Ix-xogħol mistenni li jibda' fil-ġranet li ġejjin u huwa ppjanat li jitlesta fi żmien disa' ġimgħat.
Applikazzjoni għaċ-Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Imtarfa
Question
Peress li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ilha sentejn fuq il-waiting list biex tidħol fiċ-Ċentru għall-Matul il-Jum tal-Imtarfa, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan u jara li din il-persuna tiġi ammessa wara sentejn ta' stennija?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant il-persuna msemmija ilha fuq il-waiting list tas-Servizzi ta’ Matul il-Jum mill-4 ta’ Mejju 2011. Diġà saru assessments u home vists u din il-persuna ser tissejjah ghas-servizz malli jkun imissha. L-Agenzija Sapport qieghda taghmel dak kollu li tista' sabiex iz-zmien ta’ stennijja jiqsar kemm jista` jkun
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Tista' tindika l-attività x'kienet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn l-aħħar sitt xhur ma ntużawx is-servizzi ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu peress li ma kienx hemm ħtieġa għal dan is-servizz.
Peress li Triq 31 ta' Marzu fir-Rabat Għawdex mimlija ħofor fondi mimlija ilma bix-xita u peress li din it-triq hija tal-biki b'inkonvenjent kbir għar-residenti, tista' l-Ministru tara li dawn il-ħofor jimtlew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja biex jitnaqqas l-inkonvenjent fi Triq il-31 ta' Marzu fir-Rabat, Għawdex.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28683, 27363 u 27632 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.