Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bir-readings tal-emissjonijiet tal-antenni ta' telekomunikazzjoni kollha u l-masts kollha li hemm f'kull lokalità f'Għawdex u jagħti l-informazzjoni skont l-operatur konċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapport bir-readings tal-emissjonijiet li saru minn Għawdex matul din is-sena. Minbarra il-livell massimu kif ukoll il-livell permissibli mil-liġi, ir-rapport juri wkoll d-data u l-post minn fejn tkejlu l-emissjonijiet, flimkien mal-frekwenza u t-tip ta' servizz offrut, skont l-operatur konċernat.
Ta' min jippreċiża li l-livell massimu muri fir-rapport, mhuwiex il-livell li attwalment inqara, iżda dak il-livell li xi darba jista jintlaħaq taħt ċirkostanzi straordinarji. Il-livell li attwalment inqara huwa dejjem inqas mil-livell massimu muri fir-rapport.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32890 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mill-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Foundation for Social Welfare Services — lista ta' stennija għas-servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għas-servizzi kollha offruti mill-aġenzija kollha tal-Foundation for Social Welfare Services u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija għal kull servizz?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tat-Trasport tal-Aġenzija Sapport f'dawn l-aħħar snin, kull sena separatament, inkluż ukoll l-ispiża għal xiri jew kiri ta' vetturi?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiza tat-Trasport tal-Agenzija Sapport f’dawn l-aħħar snin, kull sena separatament, inkluz ukoll l-ispiża għal xiri jew kiri ta’ vetturi hija din:
2008
2009
2010
2011
2012 - till Oct
Trasport
625,921
607,061
582,957
629,701
573,912
kiri
34,636
24,798
40,060
34,943
30,518
xiri
-
-
-
-
10,970
Donation ta' Vettura
-
-
-
15,210
-
Jista' l-Ministru jgħid x-xogħlijiet saru fil-premises kollha tal-Foundation for Social Welfare Services kemm dik li hija proprjetà tal-fundazzjoni kif ukoll li huma mikrija jew b'xi arranġament ieħor qed jiġu użati mill-istess fundazzjoni f'din l-aħħar sena kull sena separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xoghlijiet li saru fil-premises kollha tal-Foundation for Social Welfare Services kemm dik li hija proprjetà tal-fundazzjoni kif ukoll li huma mikrija jew b'xi arranġament ieħor qed jiġu użati mill-istess fundazzjoni f'din l-aħħar sena huma dawn li gejjin:
1.Refurbishment inkluz installazjoni ta’lift u fire alarm fil-premises maghrufa bhala Galatea apartments fi Gwardamangia sabiex jigu uzati bhala ufficini ghall- Agenziji Appogg u Sedqa;
2.Refurbishment inkluz installazjoni ta’lift u fire alarm fil-premises li kienu jappartjenu lill-Housing Construction Maintenance Dept sabiex jintuzaw bhala ufficini ghall-Agenzija Sapport;
3. Xogholijiet estensivi fil-kwartieri fejn jorqdu u jghixu r residenti tar reabilitazzjoni mid-drogi kif ukoll manutnezjoni ta’ soqfa u tibdil ta’ membrane fil-Kumpless Santa Marija;
4. Gew traslokati l-ufficini tal-haddiema fil-Kumpless Santa Marija sabiex jizdied l-ispazju tal-klijenti;
5. Rikostruzzjoni ta’rampa sabiex gie iffacilitat id-dhul tat-trasport ghal- persuni b’dizabilita fic centru ta’ Matul il-Jum ta’ Fleur De Lys;
6.Refurbishment kompluta tal-binja f’201, Triq il-Kanun f’Santa Venera li se tibda tintuza bhala ufficini ghall-Head Office tal-Fondazzjoni;
7. Installazjoni ta’ Fire Alarm fl-ufficini tal-Appogg fi Guardamangia;
8. Hemm tender li ha jinghalaq fl-4 ta’ Dicembru ghal xoghol ta’tikhil, u zeghba gdida ghall-faccata tal-Agenzija Appogg;
9. Refurbishment ta’ appartament residenzjali ghall-persuni b’dizabilita’ f’Birzebbuga;
10. Tfasslu l-premises ghal-programm gdid ta’ Sedqa (Zernieq 2);
11. Gew installati air-conditioners godda fil-premises li kellhom bzonn (varji);
12. Sar refurbishment fl-ex ufficini tal-Agenzija Sapport fl-Imtarfa li issa qed jintuzaw mill-Kooperativa tal-Me2;
13. Inghata tarmac fid-dahla tac-Centru ta’Matul il-Jum tal-Imtarfa sabiex jigi ffacilitat l-Access ghat-trasport ta’persuni b’dizabilita’;
14. Inbidlu l-kmamar tal-banju tac-centru ta’ matul il-jum ta l-Imtarfa.
Dan barra x-Xoghol kontinwu ta’ manutenzjoni u nterventi preventivi fuq il premises kollha tal-Fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw servizzi residenzjali mill-Aġenzija Sapport f'din l-aħħar sena għal kull residenza separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2012 ma kien hemm l-ebda klijenti li daħlu jgħixu f’waħda mis-6 Residenzi tal-Aġenzija Sapport, ħlief li bhalissa qed issir t-transizzjoni tal-ewwel żewġ klijenti li ser jidħlu jgħixu fid-dar ta’ Birżebbugia.
Kien hemm iżda 19 -il klijenti li daħlu fir-Residenzi li huma mmexxija minn entitajiet oħra u fejn ir-rwol tal-Aġenzija Sapport hu li tamministra numru ta’ postijiet. Dawn il-klijenti daħlu jgħixu f’dawn id-djar li ġejjin:
· 2 klijenti f’Dar Arka;
· 14-il klijenti f’Dar il-Wens u,
· 3 klijenti f’Dar l-Akkwarell.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Aġenzija Sapport għal servizzi fil-komunità f'dawn l-aħħar sentejn kull xahar separatament, kemm minnhom ġew milqugħa u kemm minnhom ingħatalhom is-servizz u kemm minnhom għadhom jistennew biex jingħataw is-servizz approvat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38391 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38386 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38387 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità li ġew maħtura fuq bażi persuni mill-volotarjat? Jista' jgħid kull wieħed u waħda minnhom kemm ilu fuq dan il-Bord? Jista' jgħid kemm kien hemm laqgħat tal-Bord u kemm-il laqgħa attenda kull wieħed u waħda minnhom sena b'sena?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-KNPD l-aħħar li ġie appuntat kien f’Ottubru 2010.
Ir-rapprezentanti tas-settur volontarju huma
:
· Is-Sra Rita Vella (persuna b’dizabilità)
· Is-Sra Tessa Anastasi (ġenitur ta’ persuna b’dizabilità)
· Is-Sur Ronald Galea
(persuna b’dizabilita’)
· Is-Sra Marchita Mangiafico (ġenitur ta’ persuna b’dizabilità)
· Is-Sur Joseph Stafrace (persuna b’dizabilità)
· Is-Sra Mary Rose Attard (persuna b’dizabilità)
· Is-Sna Marica Gatt (ġenitur ta’ persuna b’dizabilità)
Dawn ġew maħtura skont Artiklu 21.1 tal-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilità) tal-2000. Fiz-zmien meta ġie maħtur dan il-Bord, l-Artiklu kien jgħid hekk:
“Seba’ membri oħra jinħatru minn fost dawk il-persuni li, fil-fehma tal-Prim Ministru, ik
unu l-aħjar jirrapprezentaw organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tad-dizabilit
à.”
Wara l-emendi li saru f’Marzu 2012 zdied il-kliem: “…
wara konsultazzjoni ma’ dawk l-organizzazzjonijiet volontarji”.
Għaldaqstant, dawn qegħdin fuq il-Bord tal-KNPD biex jirrapprezentaw lis-settur volontarju tad-dizabilità kollu, u mhux biss l-għaqdiet li tagħhom huma membri, jew il-grupp ta’ persuni b’dizabilità li jiffurmaw parti minnu.
1. Il-KNPD tiltaqa’ ħdax (11) -il darba fis-sena.
2. L-attendenza ta’ kull membru minn Ottubru 2010 sa Ottubru 2012 kienet hekk:
ATTENDEW
· Rita Vella 13
· Tessa Anastasi 16
· Ronald Galea 10
· Marchita Mangiafico 12
· Mary Rose Attard 15
· Joseph Stafrace 07
Rabat Għawdex — Skola Sir Arturo Mercieca - Zebra Crossing
Question
Peress li ż-zebra crossing ta' quddiem l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex għandha bżonn tinżebaħ, jista' l-Ministru jara li din tinżebaħ immedjatamanet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li z-zebra crossing ta' quddiem l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, ġiet miżbugħa fil-ġranet li għaddew.
Foundation for Social Welfare Services — nies impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Foundation for Social Welfare Services f'dawn l-aħħar sitt xhur u liema postijiet ġew mimlija?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru totali ta’ rekluti godda fi hdan il-Fondazzjoni ghal Servizzi ta’ Harsien Socjali u l-entitajiet taghha matul l-ahhar 6 xhur kien ta 49. Il-kateogriji ta’ hawn taht kienu mimlija:
Part-Time jew Full-Time
Nomenklatura
Full-Time
ACCOUNTS EXECUTIVE
Full-Time
ASSISTANT MANAGER
Part-Time
CUSTOMER CARE / CLERK
Part-Time
DRIVER/MESSENGER II
Full-Time
EXECUTIVE SECRETARY
Full-Time
JUNIOR PSYCHOLOGIST
Full-Time
PROFESSIONAL SUPPORT WORKER
Part-Time
PREVENTION FACILITATOR
Part-Time
SOCIAL WORKER
Full-Time
SOCIAL WORKER
Full-Time
SUPPORT WORKER
Part-Time
SUPPORT WORKER
Peress li Triq Gerxija fis-Sannat, Għawdex hija triq dejqa u għalhekk meta jkun hemm il-vetturi pparkjati ġieli jinqalgħu problemi ta' aċċess anke għall-garaxxijiet li jinsabu f'din l-istess triq, jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta rċevitx ilmenti f'dan ir-rigward u jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Sannat bagħat talba lil Transport Malta sabiex issir spezzjoni fuq il-post rigward l-aċċess għall-garaxxijiet. Madankollu, it-talba tal-Kunsill kellha informazzjoni nieqsa u l-Awtorita’ qed tistenna tali informazzjoni sabiex tkun f’pożizzjoni li tkompli tipproċessa din it-talba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38382 u jgħid kemm saru appelli minn deċiżjonijiet tal-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tribunal ta' revizzjoni minn applikanti Għawdxin minn mindu inħoloq it-tribunal, xahar b'xahar kull sena separatament?
Response (MARCO, MARIO DE)
Infurmat illi l-informazzjoni li tinżamm mill-uffiċċju tal-Bord tal-Appelli hija komposta minn appelli fuq siti ġewwa Għawdex preżentati quddiem it-Tribunal u mhux minn applikanti Għawdxin.
Din l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38383 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38385 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38330 u cioè: Peress li fuq il-gżira ta' Kemmuna tgħix persuna li għandha bżonn trattament tal-kliewi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, peress li ma hemmx trasport bejn il-gżira ta' Kemmuna u Għawdex u dan ir-ragel qed ikollu jħallas €150 fil-ġimgħa għat-trasport bil-baħar, jista' l-Ministru jara li din il-problema ta' trasport tiġi indirizzata kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direct order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38388 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozi Żgħar u Konsumatur — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.