Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet minn persuni f'Għawdex għall-iskemi ta' housing f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti l-informazzjoni għal kull skema separatament u kull sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra..
Tista' l-Ministru tgħid fejn sar xogħol ta' patching ta' toroq f'din l-aħħar sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xoghol ta' patching li sar f'Ghawdex mill-haddiema tal-Gvern b'materjal provdut minn fondi tal-Ministeru ghal Ghawdex f'din l-ahhar sena, huwa kif jidher fl-iskeda li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra. Dan ix-xoghol ma jinkludix xoghol maghmul mill-Kunsilli Lokali f'Ghawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 124, peress li f'Għawdex għandna unit speċjali f'Ta' Sannat, tista' l-Ministru ġentilment tgħid kemm-il sejħa għall-applikazzjoni għall-għalliema ħarġet f'din l-unit f'din l-iskola f'dawn l-aħħar tlett snin separatament, kemm applikaw u kemm eventwalment ġew ingaġġati? Tista' inoltre tgħid jekk f'dawn is-sejħiet isirux xi interviews jew x'tip ta' proċess sar biex ġew magħżula?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li fl-aħħar tlett snin ma saret l-ebda sejħa għall-applikazzjoni għal għalliema għall-iskola ta’ Prof. Ġuże Aquilina, Sannat Primary C. Il-Unit li hemm f’din l-iskola jagħmel parti mill-iskola Primarja. Għaldaqstant meta jkun hemm nuqqas ta’ staff isir il-proċess normali ta’ trasferiment.
Peress li hawn ħafna nies qed jigu preskritti l-mediċina Plavix u din hija mediċina li tiswa l-flus u allura ħafna ma jifilħux iħallsuha għaliha, in vista tal-fatt li din l-mediċina ma tinsabx fl-ispiżeriji tal-Gvern , jista` l-Ministru jara kif jindirizza din il-problema biex tibda tiġi fornuta mill-ispiżeriji tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Mediċina Clopidogrel li ġġib l-isem ta’ Plavix, fil-mument qed tiġi ikkunsidrata u diskussa fil-kumitat li jagħi pariri fuq id-dħul ta’ mediċi fuq il-formularju tal-gvern (GFLAC). It-talba biex din il-mediċina tidħol fil-formularju tal-gvern qed tiġi pproċessata.
Peress li ħafna qed jilmentaw li l-ispiżerija tal-Gvern qed tagħlaq fil-ħin minkejja li xi drabi ikun għad baqa` kju twil ta' nies jistennew għall-medicini, tista` l-Ministu tara jekk hux possibbli li jsiru arrangamenti biex meta jkun għad fadal in-nies l-ispiżerija tibqa' miftuħa sakemm jinqeda kulħadd?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ispizerija tal-Gvern tkun miftuha ghall-pubbliku bejn is-7.30 u l-11.30 ta' fil-ghodu. Kull min ikun prezenti sal- 11.30 jinqeda. Saru arrangamenti, wara diskussjoni ma l-istaff sabiex l-ispizerija tibqa miftuha ghall-pubbliku sas-1.00 ta' wara nofsinhar fost il-Gimgha u sal-11.30 ta' fil-ghodu kull nhar ta' Sibt.
Qorti tal-Familja t'Għawdex — Annullament ta' żwieġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu kawzi ta' annullamenti ta' żwieġ fil-Qorti tal-Familja ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn, kif ukoll fl-istess żmien kemm ingħataw sentenzi fejn intlaqgħet it-talba u fejn ġiet miċħuda mill-qorti separatament u quddiem liema magistrat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja:
Kawżi għall-annullament taż-żwieġ preżentati
fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Sezzjoni Familja
matul l-aħħar sentejn (26/05/2006 – 26/05/2008)
Kawżi introdotti (26/05/2006 – 26/05/2008) 11
Deċiżi
**
(26/05/2006 – 26/05/2008)
Maġistrat Dr A. Micallef Trigona 1
Maġistrat Dr P. Coppini 10
Maġistrat Dr A. Ellul 4
Total
15
Ninsab informat ukoll illi ma tinżammx statistika ta’ kif jinqatgħu l-kawżi, fis-sens jekk ti
ġix milqugħa jew miċħuda t-talba.
Tista` l-Ministru telenka kemm sar xogħol ta' konkos f'Għawdex mill-Ministeru f'dawn l-aħħar sentejn xahar b'xahar separatament, fejn sar dan ix-xogħol, minn min u kemm sewa?
Tista` l-Minsitru telenka t-tenders kollha li nħarġu mill-Ministeru f'din l-aħħar sena? Tista' tgħid ukoll min tefa` l-offerta għal kull tender, kemm kienet l-offerta u eventwalment min ħa t-tender?
Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inklużi dawk tal-VAT, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet oħra jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex f'Għawdex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
L-inizjattivi tal-Gvern maħsuba biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol ma jagħmlux distinzjoni bejn dawn li jgħixu Malta u Għawdex.
Fost dawn l-inizjattivi hemm:
· Diversi korsijiet ta’ taħrig u programmi mnedijja mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ;
· L-introduzzjoni ta’ diversi
family friendly measures
fis-settur pubbliku kollu;
· Proġetti u programmi ta’ l-Unjoni Ewropeja li jippromwovu l-ugwaljanza, organizzati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza;
· Tnaqqis tat-taxxa sa massimu ta' €1,630 għal nisa li jirritornaw għax-xogħol wara waqfa ta’ ħames snin filwaqt li dawk li jixtiequ jaħdmu
part-time
jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ 15% taxxa fuq dak li jaqilgħu sakemm ma jaqbżux dħul ta’ €6,990;
· Tnaqqis sa €932 mit-taxxi għal dawk li jibgħatu t-tfal tagħhom ġo
child care centres
registrati;
· Minn jaħdem
part-time
għal aktar minn 8 siegħat fil-ġimgħa jkun intitolat għal benefiċċji pro-rata;
· Tnaqqis sostanzjali fil-faxxex kollha tat-taxxa kemm jekk issir dikjarazzjoni separata u anke jekk issir dikjarazzjoni konġunta;
· Tnaqqis mill-income taxxabli meta raġel jew mara jaħdmu fil-kumpanija tal-familja,
· Kreditu ta' sentejn kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali għal kull wild (4 snin fil-każ ta’ tfal b’diżabilita’).
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 122, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu, u cioe': jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq ma' l-organizzaturi tal-Gozo1234 kif ukoll jagħti dettalji kollha opportuni dwar l-għażla ta' l-istess organizzaturi u jgħid kemm il-Gvern kellu fondi a disposizzjoni tiegħu għal din l-attivita' u jagħti breakdown ta' kif dawn il-fondi ġew utilizzati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub kif ukoll tabella kif ġew utilizzati l-flus għal din l-attività. Ta’ min igħid li l-ispejjeż totali huma aktar minn dak li ser joħroġ il-Gvern permezz tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex.
L-għażla saret wara sejħa pubblika għal proposti u dawn l-istess proposti (tnejn) ġew evalwati fuq l-esperjenza ta’ dawk li wrew interess li jorganizzaw l-attività kif ukoll fuq l-offerta finanzjarja. L-offerta li għamel il-Konsorzju Burning Spear kienet turi firxa estensiva t’attivitajiet u kienet orħos minn l-offerta l-oħra sottomessa. Il-Konsorzju kellu wkoll esperjenza li jorganizza attivitajiet simili tal-massa.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 121, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha, u cioe': peress li r-residenti ta' Triq Santa Dminka, Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li kull meta tagħmel kwantita' ta' xita din it-triq qed tispiċċa mgħarrqa u dan b'dannu u inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-sitwazzjoni ta' Triq Santa Dminka fir-Rabat, Ghawdex diga bdiet tigi ndirizzata permezz ta' Water culvert li sar f'parti minn din it-triq u twessiegh ta' kanal tal-ilma li jaghti ghal Wied Siekel. Hu mahsub li jigi estiz il-water culvert fi Triq santa Dminka biex jilqa' ahjar l-ilma li jigi minn Triq Carolina Cauchi, Triq Cetta Mintoff u Triq Manuel Dimech biex ikompli jittaffa l-inkonvenjent
Tista` l-Ministru tgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tagħha f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Tista' tagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista` l-Ministru tgħid kif inhu kompost il-Kunsill tal-Kultura għal Ghawdex u meta saru l-ħatriet? Tista' tgħid ukoll kull wieħed u waħda mill-membri xi kwalifiki jew esperjenza għandhom fil-qasam tal-kultura?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill tal-Kultura l-gdid ghadu ma giex mahtur peress li bhalissa qeghdin jigu studjati proposti li hargu mit-Tieni Konferenza Regjonali tal-Kultura li saret ix-xahar li ghadda fir-rigward ta' strutturi imsahha fil-qasam tal-Kultura f'Ghawdex.
Peress li r-residenti ta' Triq il-Kbira, fix-Xewkija, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-ħafna ħofor fondi li hemm f'din it-triq, tista' l-Ministru tara li f'din it-triq issir il-manutenzjoni opportuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija taqa' fir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita' nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.