Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sena u nofs min kull kirurgu separatament u telenka t-tipi ta' operazzjonijiet li saru separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif tidher fil-lista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tobba, speċjalisti, nurses u staff complement ieħor fil-preżent fl-iSptar Ġenerali t'Għawdex u tgħid kemm kien hemm pazjenti rikoverati f'kull ward?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inklużi dawk tal-VAT, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet oħra jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-artikolu 56 tal-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud jipprojbixxi li tingħata informazzjoni dwar persuni jew entitajiet partikolari.
Kull entita’ li m’għandhiex attivita’ ekonomika taxxabbli skond il-liġi fuq imsemmija u li tipprovdi biss provvisti li huma elenkati fit-tieni parti tal-Ħames Skeda ma’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud, hija meqjusa bħala eżenti mingħajr kreditu.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Fondazzjoni Arka, bħal numru ta’ għaqdiet u organizzazzjonijiet oħra, ingħataw kontribuzzjonijiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti wara li resqu t-talba tagħhom għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat, u wara li dawn ġew aċċettati mill-istess Kumitat.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 535 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha, u tgħid kemm twieldu trabi f'Għawdex fl-aħħar sentejn u kemm minnhom twieldu minn koppji miżżewġa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Mistoqsija Parlamentari Numru 822
Numru ta’ twelidijiet ta’ trabi matul is-sena 2006
Kemm minnhom twieldu minn koppji miżżewġa (jiġifieri fl-2006)
Numru ta’ twelidijiet ta’ trabi matul is-sena 2007
Kemm minnhom twieldu minn koppji miżżewġa (jiġifieri fl-2007)
Numru ta’ twelidijiet ta’ trabi minn Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Mejju 2008
Kemm minnhom twieldu minn koppji miżżewġa (jiġifieri minn Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Mejju 2008)
270
245
278
241
133
114
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 536, li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm teenage pregnancies f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn separatament u tindika l-etajiet?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 298, peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għall-iskopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inklużi dawk tal-VAT, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 298
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 120, peress li r-residenti tax-Xewkija,Għawdex qed isaqsu u jinsabu nkwetati ħafna dwar l-iskavar li qed isir fix-Xewkija stess għal xi żvilupp in konnessjoni ma' l-Enemalta, jista' l-Ministru jispjega eżatt fiex jikkonsisti dan l-iżvilupp? Għal x'hiex ser jintuża? Jista' jintavola l-pjanti opportuni u kopja ta' l-applikazzjoni għall-permess tal-MEPA fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li L-iżvilupp li qed isir minn naħa tal-Enemalta fix-Xewkija Għawdex huwa ċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tat-33kV li permezz tiegħu ser itejjeb il-kwalita tal-elettriku ġewwa Għawdex u bini ta’ uffiċini ġodda biex jakkomodaw in-nies tal-Enemalta tad-Distrett ta’ Għawdex.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-"Original Decision Notice" mill-MEPA u pjanti relatati.
B'riferenza għall-misoqsija parlamenmtari 125, jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-kampanja ta' tagħrif dwar l-introduzzjoni ta' l-Ewro u jagħti break down ta' l-ispejjeż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn din l-ispiża wieħed irid inaqqas il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea favur il-Kampanja ta' Informazzjoni li tammonta għall €580,000 u għadd ta' sponsorships oħrajn li nkisbu mill-NECC.
Service
Amount
Amount
(Lm)
(€)
Excluding VAT
Excluding VAT
Advertising - Print
216,026.78
503,207.03
Advertising - TV
380,292.69
885,843.68
Advertising - RADIO
56,843.89
132,410.65
Advertising - Internet
4,500.00
10,482.18
Website - Pricewatch (Including CMS)
7,106.95
16,554.74
Production and Printing Cost
226,402.41
527,375.75
Distribution
38,964.26
90,762.31
Public Affairs
88,221.01
205,499.67
Promotional Material
101,269.49
235,894.46
Outdoor Marketing
67,599.77
157,465.11
TOTAL
1,187,227.25
2,765,495.57
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 167, jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa kull vjaġġ bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għall-Isptar Mater Dei biex jinġarru pazjenti minn l-isptar għall-ieħor?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-helicopter użat huwa tal-Forzi Armati ta' Malta u t-taqsima tas-Saħħa tagħna ma tħallasx għal dan is-servizz. It-taqsima tas-Saħħaa tħallas biss il-polza tas-sigurta' (Insurance Cover) li tammonta għal EU23.29 kull vjaġġ għal kull persuna mpjegata magħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi differenza fil-prezz tal-fuel mibjugħ Malta u dak mibjugħ f'Għawdex, u jekk fl-affermattiv, kemm hi din id-differenza u għall-liema raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex issir applikazzjoni għall-liċenzja tal-kaċċa tal-fenek?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li persuna li tixtieq tapplika għall-kaċċa tal-fenek trid tissoddisfa dawn ir-rekwiżiti:-
Trid tkun 'il fuq minn 18 il-sena
Trid tkun ċittadin ta’ Malta ai terminu tal-Artikolu 23 tal-Kap 480
Irid ikollha kondotta nadifa ai terminu tal-Artikolu 24 tal-Kap 480
Trid tkun imsieħba ma’ għaqda rikonoxxuta, (jekk mhux diġa membru)
Trid konferma mill-għaqda li ma ssibx oġġezzjoni li dak il-membru japplika għal-liċenzja tal-kaċċa tal-fenek selvaġġ u pjanta uffiċjali tal-post ta’ fejn ikun ser jikkaċċja.
Fil-każ li l-applikant ikun ser jikkaċċja fuq l-art tiegħu, irid iġib prova bħala sid l-art. Jekk l-art ma tkunx ta' l-applikant, irid iġib kopja tal-karta tal-identita’ u permess ta’ sid l-art li jindika li t-tali persuna qiegħda tingħata permess tikkaċċja fuq dik l-art tiegħu. L-applikant għandu ukoll jippreżenta l-karta ta’ l-identita’ tiegħu u joqgħod għal eżami orali li jsir mill-MEPA.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 293 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjni u issa ġiet riferuta lilha, u tgħid kemm ġew reġistrati divorzji fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar tlett snin separatament u jindika l-pajjiżi ta' min fejn ġew ottenuti dawn id-divorzji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija hawn taħt;
2005 3 divorzji – 2 ottenuti minn Parramarra, Awstralja u l-ieħor minn Edinburgh, Skozja.
2006 2 divorzji – 1 ottenut minn St. Petersburg, Russja u l-ieħor minn New York, U.S.A.
2007 2 divorzji – 1 ottenut minn Melbourne, Awstralja u l-ieħor minn New York, U.S.A.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 292 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha, u tgħid kemm kien hemm żwiġijiet ċivili f'Għawdex bejn persuni Maltin u persuni ta' nazzjonalita' barranija f'dawn l-aħħar tlett snin separatament? Tista' tindika s-sess u l-eta' tal-partijiet u tgħid jekk tweldux tfal minn dawn iż-żwiġijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
ŻWIĠIJIET ĊIVILI BEJN MALTIN U BARRANIN
2005 7 irġiel Maltin iżżewġu ma’ barranin u 2 irġiel barranin iżżewġu ma’ Maltin. L-irġiel Maltin kellhom 59,38,33,57,43,36,33 sena u n-nisa barranin li izzewguhom kellhom 28, 28, 30, 42, 37, 37, 24 sena rispettivament. L-irgiel barranin kellhom 28 u 39 sena filwaqt li n-nisa Maltin li żżewġuhom kellhom 21 sena.
2006 6 irġiel Maltin iżżewġu ma’ barranin u raġel barrani iżżewweġ ma’ Maltija. L-irġiel Maltin kellhom 34,26,36,32,45,44,27 sena u n-nisa li żżewġuhom kellhom 29,26,25,33,20,25 sena rispettivament. Il-barrani kellu 28 sena u l-mara Maltija kellha 36 sena.
2007 5 irġiel Maltin iżżewġu ma’ barranin u 2 irġiel barranin iżżewġu nisa Maltin.
L-irġiel Maltin kellhom 61,32,44,25 u31 sena u n-nisa barranin li żżewġuhom kellhom 44,29,38,31 u 20 sena. L-irġiel barranin kellhom 30 u 65 sena u n-nisa Maltin li żżewġuhom kellhom 23 u 46 sena rispettivament.
Ma tinżammx statistika tat-tfal li twieldu minn dawn iż-żwiġijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 297 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għall-skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?