Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1982 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ilma minn Pjazza San Gwann Battista

Question

Peress li l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista fix-Xewkija, Għawdex ħafna minnu jispiċċa fi Triq il-Knisja u din it-triq iżżomm ħafna ilma b'inkonvenjent kbir għall-pubbliku speċjalment l-anzjani, tista' l-Ministru tara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija responsabilita' tal-Kunsill Lokali tal-lokalita' u ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Nterpellant tirreferi il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.

Direttur tal-Programmi ta' l-UE

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm proċess sabiex jinħatar direttur tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Koordinatur Nazzjonali tal-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea ġie ‘detailed’ bħala Uffiċjal Pubbliku mal-European Union Programmes Agency b’effett mill-4 ta’ Mejju 2007 għal perjodu indefinit u dan ‘on grounds of public policy’.Dan ġara wara li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku irtrat s-sejħa għal applikazzjonijiet.
Leg 11 PQ #1742 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

B'riferenza għall-ordni mogħtija mill-forzi armati ta' Malta lill-membri tagħha Għawdxin li jaħdmu Malta dwar ħinijiet tax-xogħol, jista' l-Prim Ministru jgħid għall-liema raġuni ġiet mogħtija din l-ordni li biddlet l-arranġament li kien hemm qabel fejn ħaddiema Għawdxin kuljum setgħu jaslu ftit tard għax-xogħol u jitilqu ftit kmieni minħabba l-vapur? Jaf li dan it-tibdil se joħloq inkonvenjent kbir lill-ħaddiema Għawdxin li ta' kull filgħodu jiġu għax-xogħol Malta u jmorru lura lejn Għawdex u dan meta dawn lanqas jiġu provduti bi transport mill-forzi armati u ħafna jkollhom jaqbdu żewġ karozzi tal-linja biex ikunu fuq il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arranġamenti li għandha l-Armata fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol fejn jidħlu suldati Għawdxin huma ugwali għal dawk li għandhom l-impjegati kollha fis-Servizz Pubbliku. Dawn l-arranġamenti huma regolati b’paragrafu 3.1.1.10 tal-Public Service Management Code.

Karozzi tal-Linja għall-Mater Dei

Question

Peress li kien hemm diversi lamenteli minn Għawdxin li fil-għodu ċ-Ċirkewwa mhux qed isibu l-karozza tal-linja għal Mater Dei biex imorru għall-appuntamenti tagħhom fl-isptar, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat lil-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta qatt ma rċeviet ilmenti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant' l-Onor. Interpellanta hija mitluba tindika jekk dawn l-ilmenti jirreferux għal xi hinijiet partikulari. Fil-preżent il-ħinijiet tar-Rotta 450 li titlaq miċ-Ċirkewwa lejn l-Isptar Mater Dei huma kif ġejjin: 06:30 u mbagħad mis-07:00 sas-19:00 kull siegħa.
Leg 11 PQ #1515 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Video Conferencing

Question

Peress li l-avukati prattikanti Għawdex qed ikollhom diversi każijiet fejn qed ikollhom jirrikorru għall-video conferencing biex jeżaminaw xhieda barra minn Malta u qed ikollhom jagħmlu dan barra mill-Qorti, u peress li jidher li kull m'hemm bżonn huwa software partikolari, tista' l-Ministru tara li din is-sistema tiġi nstallata fil-Qorti ta' Għawdex a benefiċċju mhux ta' l-avukati biss, imma wkoll tal-ġudikatura u tal-pubbliku in ġenerali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Nterpellant illi kien f’żewġ kawżi biss li kellna t-talba biex nipprovdu faċilitajiet ta’ video-conferencing ma’ barra. F’każ minnhom, li jirrigwardja kawża pendenti quddiem Qorti Ingliża, saru xi tlieta jew erbgħa seduti matul dawn l-aħħar sena u nofs, li għal sezzjoni waħda minnhom biss il-Qorti t’Għawdex intalbet biex tipprovdi tali servizz. L-oħrajn saru fuq bażi privata. L-apparat u cioe’ l- hardware, u mhux sempliċement software kif qed jiġi msemmi, involut f’dawn is-sessjonijiet ta’ video-conferencing jiswa eluf ta’ liri. Għaldaqstant mhux vijabbli li l-Qorti t’Għawdex jidħol għal tali spejjeż meta wieħed iqis li dan is-servizz jista’ jingħata mill-Ministeru għal Għawdex mingħajr sparpaljar ta’ flus kif fil-fatt diga sar.

Sptar Mater Dei — Demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei jissupplixxix demm u prodotti oħra tad-demm lill-isptarijiet privati? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan isirx bi ħlas jew le? Jekk isir bi ħlas, kemm?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfuzżoni tad-demm jissupplixxi demm u prodotti oħra tad-demm lill-isptarijiet privati. Dan is-servizz jiġi provdut bla ħlas. Bejn l-1 ta’ Jannar u l-24 ta’ Ġunju 2008 ingħataw 284 borża demm lill-isptarijiet privati.

Skola Ninu Cremona

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-iskola l-ġdida Ninu Cremona hux ser tkun mgħammra u mħaddma b'apparat ta' enerġija solari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskola l-ġdida Ninu Cremona, ser tkun mgħammra b’apparat ta’ enerġija bħal ma diġa’ hemm fl-iskejjel il-ġodda ta’ San Benedittu u ta’ Sant’Injazju.
Leg 11 PQ #1305 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Dipartiment tar-Radjoloġija

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema fażi wasal ix-xogħol tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, tgħid x'apparat hemm maħsub li jinxtara u tindika l-ispecifications ta' l-istess apparat, kif ukoll l-istima ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol relatat mal-proġett tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex beda. L-apparat li hemm maħsub li jinxtara huwa kif muri fit-tabella annessa. Dan il-progett, ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja huwa xhieda ta’ l-inizjattivi li l-Gvern qed jiehu sabiex ikompli jtejjeb is-servizzi tas-sahha f’Ghawdex. Permezz ta’ dan l-investiment il-pazjenti Ghawdxin se jinghataw servizzi mill-aqwa minghajr l-inkonvenjenza u t-tbatija li jirrizultaw minn tragitti bejn il-gzejjer ghall-kura mehtiega. Rigward l- ispecifications ta’ l-istess apparat’ kif ukoll l-istejjem ma nħosx li għandha tingħata l-informazzjoni f’dan l-stadju ghaliex l-offerti ghax-xiri ta’ dan l-apparat ghadhom fl-istadju ta’ qabel il-pubblikazzjoni. L-apparat li hemm il-ħsieb li jinxtara huwa: · Digital Skeletal X-Ray Unit · Digital Fluoroscopy X-Ray Unit · Spiral CT Scanner · Ultasound Unit with colour Doppler · Mammography Unit · CR (Computed Radiography) System Seduta Nru 25 (30.06.08)

Għasri — Triq Fanal - Hump

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Fanal,Għasri qed jilmentaw m inħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċita', jista' l-Ministru jara l-possibilita' li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #1181 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

TV Moda

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed jagħti jew li beħsiebu jagħti l-Ministeru għall-avvenimenti ta' TV Moda li ser issir f'Għawdex ix-xahar id-dieħel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ghal Ghawdex ta l-permess sabiex din l-attivita' tkun tista tigi riklamata fuq il-bill boards li ghandu l-Ministeru.
Leg 11 PQ #917 Sitting 18 2008-06-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Apparat

Question

Tista` l-Ministru tgħid kemm hemm wheelchairs u apparat ortopediku ieħor a dispożizzjoni tal-pubbliku mill-iSptar Ġenerali t'Għawdex? Tista` tgħid kemm inxtara apparat ta' dan it-tip f'dawn l-aħħar ħames snin ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata lli f'dawn l-ahhar hames snin inxtraw 29 Wheelchair (10 minnhom ordnati u ghadhom ma gewx ikkunsinjati), 10 Walking Frames (ordnati u ghadhom ma gewx ikkunsinjati u 19 il-par Crutches.
Leg 11 PQ #918 Sitting 18 2008-06-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Ambulanzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ambulanzi fl-iSptar Ġenerali t'Għawdex u kemm ilhom li nxtraw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata lli hemm hames ambulanzi fl-Isptar Generali t'Ghawdex. Wahda nxtrat fl-1988, tnejn ohra fl-1990, ohra fl-1996 u ohra fl-2003.
Leg 11 PQ #919 Sitting 18 2008-06-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Apparat mediku

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'apparat mediku ġie donat lill-iSptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn? Minn min u kemm jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa . Mistoqsija Parlamentari Nru. 919 Item value Donated by Pulse Oximeter Lm200 (€465.87) Friends of the Gozo Hospital Gynae Ultrasound Lm2650 (€6172.84) Friends of the Gozo Hospital Gym Bicycle Lm120 (€279.52) Friends of the Gozo Hospital Infra Red Lamp Lm650 (€1514.09) Friends of the Gozo Hospital Interfernetial Unit Lm1371(€3193.57) Friends of the Gozo Hospital Monitor – Vital Signs Lm600 (€1397.62) Friends of the Gozo Hospital Cardiac Monitors (2) Lm 4500 each (€10482.18 each) CCU Monitors Foundation ITU Monitors (2) Lm 4500 each (€10482.18 each) CCU Monitors Foundation Seduta Nru 18 (17.06.08)
Leg 11 PQ #920 Sitting 18 2008-06-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru telenka x-xogħol kollu ta' manutenzjoni jew upgrading li sar fl-iSptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet xhur, xahar xahar separatament? Fejn sar, minn min u kemm sewa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #921 Sitting 18 2008-06-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi ingaġġ ta' staff jew ingħatawx promotions lill-istaff ta' l-iSptar Ġenerali t'Għawdex jew saru xi trasferimenti minn jew għal dan l-isptar f'dawn l-aħħar ħames xhur separatament u tagħti d-dettalji relattivi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #907 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Tfal

Question

Tista` l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti tfal mill-iSptar Ġenerali ta' Għawdex għall-iSptar St Lukes/Mater Dei f'dawn l-aħħar sena u nofs? Tista' tindika l-etajiet, ir-raġuni għalfejn sar it-trasferiment u b'liema mezz sar dan it-trsferiment (helicopter/ambulanza)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella annessa. Mistoqsija Parlamentari Nru. 907 Age Date of Transfer Reason for Transfer Transfer to Transfer By 1yr 19/02/07 severe anaemia/jaundice SCBU/SLH helicopter 12yrs 10/05/07 trauma abdomen Fairyland/SLH helicopter 1yr 6mths 17/01/08 respiratory distress NPICU/MDH helicopter 10yrs 23/03/08 status epilepticus ITU/MDH helicopter 14yrs 11/06/07 bronchial asthma (maltese pt) Disneyland/SLH ambulance 12yrs 11/06/07 severe asthma (maltese pt) Disneyland/SLH ambulance 10yrs 29/08/07 removal of central line Fairyland/SLH ambulance 10yrs 05/09/07 removal of central line UK ambulance 1yr 6mths 13/09/07 head injury/CT Fairyland/SLH ambulance Newborn 26/06/07 severe jaundice SCBU helicopter Newborn 12/10/07 severe jaundice SCBU helicopter Newborn 15/2/08 whining cry (RDS) SCBU helicopter Newborn 10/2/08 severe jaundice SCBU helicopter Seduta Nru. 17 (16/06/08)