Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2357 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - Pjazza San Ġwann Batista - Ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1982 u għar-risposta relattiva peress li l-problema fi Triq il-Knisja fix-Xewkija ġejja in konsegwenza ta' l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista u peress li din il-parti tar-raħal taqa` f'idejn il-Gvern ċentrali, tista' l-Ministru tara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li Pjazza San Ġwann Battista hija responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-lokalita, għaldaqstant nitlob l-Onorevoli nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2358 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għasri - Triq Fanal - hump

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1179 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha, peress li r-residenti ta' Triq Fanal, Għasri qed jilmentaw minħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċità, tista' l-Ministru tara l-possibilità li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li t-triq imsemmija hija responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-lokalita, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2359 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Child Care Centres

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 295, tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu t-tħejjijiet tal-pjanijiet għall-ftuħ ta' child care centre f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-pjanijiet imsemmija f'risposta 295 jinsabu fi stadju avvanzat.
Leg 11 PQ #2112 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Garaxxijiet tas-sajjieda

Question

Peress li l-garaxxijiet tas-sajjieda tax-Xlendi għandhom bżonn manutenzjoni urġenti għaliex ħafna minnhom qegħdin fi stat ta' periklu, peress li skond il-mistoqsija parlamentari 159 id-dipartiment għall-proġetti u żvilupp kellu jinvestiga l-każ u jieħu l-azzjoni oppurtuna, peress ukoll li jidher li ma saret l-ebda investigazzjoni u tanto meno ma ttieħdet ebda azzjoni, tista' l-Ministru tara li dak li hemm bżonn isir u jsir immedjatament ħalli jitneħħa l-periklu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ġie rranġat wieħed mill-garaxxijiet tas-sajjieda fix-Xlendi u oħrajn jitranġaw aktar 'il quddiem meta jkun possibbli u skond l-urġenza.
Leg 11 PQ #2113 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Każ dwar ħsarat estensivi

Question

Peress li l-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, dwar ħsarat estensivi ilu pendenti snin ormai u ovvjament il-periklu dejjem qiegħed jiżdied, tista' l-Ministru tara li l-periklu jitneħħa u x-xogħlijiet isiru minnufih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li saret spezzjoni fil-post u li x-xogħol isir aktar 'il quddiem meta jkun possibbli.

Vapuri għal Għawdex

Question

Peress li kull nhar ta' Ġimgħa qed ikun hemm ħafna ilmenti għax ħafna passiġġieri qed jitħallew l-art mill-vapuri tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibli li f'dawn il-ġranet peak ikun hemm vapuri extra jew jiddaħħlu ħaddiema extra biex ikunu jistgħu jittgħabbew iktar passiġġieri fuq kull vapur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi nhar ta’ Ġimgħa l-vapuri kollha jkunu impenjati, b’ħinijiet itwal speċjalment f’dawn il-gimgħat peak. Bejn il-4.45 ta’ filgħodu u nofs il-lejl ikun hemm żewg vapuri dejjem għaddejjin, bit-tielet wieħed ikun xogħol bejn is-6.15 ta’ filgħodu u d-9.15 ta’ filgħaxija. Jekk ikun hemm bżonn anke jitwessa’ l-ħin sabiex il-kumpanija tlaħħaq mad-domanda.
Leg 11 PQ #2132 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilma minn Pjazza San Gwann Battista

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1982 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista fix-Xewkija, Għawdex ħafna minnu jispiċċa fi Triq il-Knisja u din it-triq iżżomm ħafna ilma b'inkonvenjent kbir għall-pubbliku speċjalment l-anzjani,jista' jara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Child Care Centres

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 1980 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hawn child cares centres f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Jista' jgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Ministeru tiegħi huwa responsabbli mill-proviżjoni ta’ Childcare Centres tal-Gvern. Ir-Regolatur tas-settur kollu ser jibqa’ d-Dipartiment ta’l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali li jaqa’ taħt id- Dekasteru tal-Ministeru tal-Politika Soċjali. Huwa dan id-Dipartiment li jista’ jagħti lill-Onor . Interpellant l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #1180 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnuna lill-Kunsilli Lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna ta l-Ministeru lill-Kunsilli Lokali Għawdxin fl-aħħar sena u tindika wkoll it-tip ta' għajnuna li ngħatat lil kull Kunsill Lokali u meta ngħatat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.

Adult Training Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Adult Training Centres f'Malta u Għawdex? Fejn qegħdin u kemm hu l-average attendance f'kull ċentru kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar iċ-Ċentri f’Malta hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni dwar Għawdex, nitlob l-Onor. Interpellanti biex tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2034 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Rwejjaħ jintnu u dħaħen

Question

Peress li r-residenti tax-Xewkija qed ibatu minn inkonvenjenti kbar ta' rwejjaħ jintnu u dħaħen, speċjalment issa fis-sajf, kull meta jitqabbad l-inċinetur tal-biċċerija f'Għawdex u peress li dan l-aħħar l-inkonvenjent żdied li allura jindika li qed issir xi ħaġa differenti minn qabel, tista' l-Ministru tindirizza din il-problema minnufih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-incineratur tal-biccerija qieghed jahdem b'mod regolari u xejn differenti minn tas-soltu u li dan jigi spezzjonat minn enginier sabiex jizgura li l-apparat ikun qieghed jahdem kif suppost u ghalhekk ikun hemm mill-inqas inkonvenjent.

Single Mother

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hija single mother ta' tarbija ta' ftit xhur u li minkejja li ilha diversi xhur li applikat għall-benefiċċji soċjali qed tiġi ta' kull darba nfurmata li t-talba tagħha kienet għadha qed tiġi pproċessata, u peress li din il-perusna m'għandiex mezzi u għandha diffikultajiet kbar saħansitra biex tixtri l-bżonnijiet bażiċi għat-tarbija tagħha, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jingħata attenzjoni mmedjata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #2058 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Book binder

Question

Peress li l-book binder tal-Qorti ta' Għawdex dalwaqt jirtira mix-xogħol minħabba l-eta' u diga' qiegħed fil-pre- retirement leave, tista' Ministru tara li appena jispiċċa mix-xogħol jigi ngaġġat xi ħadd ieħor minnufih u dan biex tigi evitata sitwazzjoni ta' staġnar bħalma normalment jigri meta jkun hemm nuqqas ta' staff fil-Qorti ta' Għawdex, u dan a detriment u b'inkonvenjent kemm għall-avukati prattikanti, għall-istess ħaddiema u iktar u iktar għall-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tinghata f'seduta ohra.

Differenza fil-prezz tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi differenza fil-prezz tal-fuel mibjugħ Malta u dak mibjugħ f'Għawdex, u jekk fl-affermattiv, kemm hi din id-differenza u għall-liema raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-prezz tal-fjuwil mill-pompi għall-konsumatur kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex hu l-istess.

Avukati tat-Tfal

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-avukati tat-tfal u jgħid kull wieħed/waħda kemm għandhom każijiet pendenti u kemm kellhom każijiet li ġew riferuti lil kull wieħed u waħda minnhom f'dawn l-aħħar sentejn ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Abbużi tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' abbużi tat-tfal lill-Pulizija f'dawn l-aħħar sentejn u kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista' jgħid ukoll kemm ingħataw sentenzi in konnessjoni ma' abbużi fuq it-tfal fl-istess perjodu u jindika l-etajiet tat-tfal involuti u l-piena nflitta?Jista' jagħti l-informazzjoni separatament għal Malta u għal Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija kellha 42 rapport li b’xi mod jinkwadraw taħt abbuż fuq tfal, li dwarhom gew imressqa quddiem il-Qorti 49 persuna. Minn dawn, s’issa 5 kellhom il-każ deċiż, fejn 2 ġew mogħtija sentenza ta priġunerija, 1 sentenza sospiża u 2 kienu liberati. Infurmat ukoll illi matul din is-sena kien hemm 13 ir-rapport u tressqu 12 il-persuna li l-każijiet tagħhom għadhom pendenti quddiem il-Qorti. Dawn il-każijiet seħħew f'Malta, ħlief għal wieħed.
Leg 11 PQ #1896 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

EU programmes information unit — Uffiċjal Inkarigat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif saret il-ħatra ta' l-uffiċċjal inkarigat mill-EU programmes information unit? Tsita' tgħid xi kwalifiki u esperjenza għandu dan l-uffiċjal inkarigat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twaqqif ta' l-EU Programmes Information Unit hi weghda elettorali li ghamel il-partit tieghi fil-Gvern. Dan il-Unit ser jiffacilita u jghin sabiex Kunsilli Lokali, Ghaqdiet mhux Governattivi u setturi ohrajn jaghmlu l-ahjar uzu mid-diversi programmi ta' finanzjament u ghajnuna tal-Unjoni Ewropea. Il-persuna li giet inkarigata minn dan il-unit kienet diga' qed taghti servizz fid-Direttorat ta' l-Affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ghal Ghawdex u ghalhekk gie deciz li peress li din il-persuna diga' ghandha esperjenza sewwa fix-xoghol li ghandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea, taqdi wkoll dawn id-dmirijiet. Ta' miin jghid li diga' saru laqghat ma' ghaqdiet li rcivew informazzjoni dwar programmi li ntbaghtu lilhom minn dan il-unit.

Karta ta' l-identita' speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom karta ta' l-identita speċjali maħruġa mill-KNPD u jagħti l-informazzjoni separatamennt għal kull lokalita' f'Għawdex u f'Malta u skond is-sess tad-detenturi tal-karta ta' l-identita' speċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Child Care Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child cares centres f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Jista' jgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.