Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tfal — Foster Placement

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hawn tfal f'pajjiżna li qegħdin f'foster placement?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li preżentement hawn 155 tfal u żgħażagħ li huma taħt foster care placement.

Foster Carers — Għajnuna u Servizzi mil-Gvern

Question

Jista` l-Ministru jgħid x'għajnuna u x'servizzi jiġu offruti mill-Gvern lill-foster carers biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb it-tfal fdati lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, wara li jkunu ipparteċipaw f’taħrig inizjali u jiġu approvati mill-‘Fostering Board’, il-foster carers jiġu mogħtija s-sapport ta’ social worker. Dan is-sapport jikkonsisti f’laqgħat fid-dar tal-familja, fejn jiġi diskuss il-progress jew diffikultajiet tal-minuri li jkun qed jiġi fostered. Jiġu offruti ukoll għajnuna psikologika, kemm individwali kif ukoll bħala familja, kuntatt ma’ support groups , u aktar taħrig dwar kif il- foster carer s ikunu jisgħtu jgħinu lil dawn it-tfal u żgħażagħ. Tingħata wkoll għajnuna finanzjarja permezz taċ- Child in Care Benefit ta’ €47.75c fil-ġimgħa għal kull minuri li jkun qed jiġi fostered .

Kunsill tat-Tfal

Question

Jista` l-Ministru jgħid meta ser jitwaqqaf il-Kunsill tat-Tfal a tenur ta' l-Att dwar il-Kummissarju tat-Tfal?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kunsill tat-Tfal a tenur ta' l-Att dwar il-Kummissarju tat-Tfal inħatar mill-ġdid b’seħħ mis-16 ta' Settembru, 2008.

Child Care Centres

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 2147 jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child cares centres f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Jista' jgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-faċilitajiet li ngħataw reġistrazzjoni proviżorja biex joperaw bħala Child Care Centres mid-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali. Ninsab infurmat li din il-Tabella ma tinkludix faċilitajiet li għad għandhom il-possibiltà li joperaw mingħajr ma jinnotifikaw lill-imsemmi Dipartiment.
Leg 11 PQ #2655 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Għasri - Triq Fanal - Hump

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2358 u1179 li saru lill-Ministru għal Għawdex u lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, peress li r-residenti ta' Triq Fanal, Għasri qed jilmentaw minħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċità, tista' l-Ministru tara l-possibilità li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Rabat - Skola Aguis De Soldanis - Parkeġġ bi ħlas

Question

Peress li dan is-sajf il-ground ta' l-iskola Agius De Soldanis fir-Rabat, Għawdex kien qed jintuża bħala parkeġġ għall-pubbliku bi ħlas, tista` l-Ministru tgħid jekk l-iskola in kwisjtoni bbenefikatx finanzjarjament minn dan l-arranġament u jekk fl-affermattiv, b'kemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskola Agius de Soldanis Rabat, Għawdex; bbenefikat mill-użu tal-ground ta’ l-iskola bħala parkeġġ. S’issa rċevew 90.45Ewro f’April ’08 (depożitati fil-15 t’April 2008) u 41.47Ewro (depożitati fil-15 ta’ Lulju 2008).

Family and Child Impact Assessments

Question

Jista` l-Minsitru jgħid jekk fl-aħħar sentejn il-Gvern għamilx family impact assessments u child impact assessments? Jekk saru, jista' jgħid a rigward ta' xiex saru u l-eżitu ta' dawn l-assessments x'kien? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tikkjarifika x’qed tifhem bl-assessments li rreferiet għalihom.

Servizzi lill-Familji u tfal — Pjanijiet tal Gvern

Question

Jista` l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex itejjeb is-servizzi offruti lill-familji u lit-tfal f'pajjiżna speċjalment f'Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Dan il-Gvern jieħu ħsieb li jtejjeb il-qagħda tal-familji u t-tfal kollha, mingħajr distinzjoni, jgħixu fejn jgħixu. Il-qafas tal-pjanijiet u l-istrateġija tal-Gvern f’dan ir-rigward hu dak indikat fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Inklużjoni Soċjali (2008-2010) kif ukoll fid-dokument ta’ qabel il- budget ippubblikat f’Lulju li għadda. Iż-żewġ dokumenti qegħdin fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.

Tfal — Care Order

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li qiegħdin b'care order, jindika l-età, is-sess u l-lokalità fejn kienu jirresjedu qabel ma nħarget il-care order?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħruġ ta Care Orders

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm ħarġu care orders fl-aħħar tlett snin, jindika r-raġuni, jgħid kemm minn dawn il-care orders kienu jirrigwardjaw aħwa u jekk dawn l-aħwa tħallewx flimkien jew ġewx separati? Jista' jindika l-etajiet u s-sess tat-tfal involuti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li r-raġunijiet għall-ħruġ ta’ Ordnijiet għall-Ħarsien huma varji, inkluż traskuraġni u abbużi fiżiċi, sesswali u emozjonali. Immigranti rregolari minorenni, li ma jkunx akkumpanjati, wkoll jiġu koperti b’Ordni għall-Ħarsien. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal — Residential Care

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm tfal f'pajjiżna li qegħdin f'residential care? Kemm minnhom bniet u kemm subien? Kemm hemm tfal f'kull dar u kemm hemm nies f'kull dar li jieħdu ħsieb lil dawn it-tfal?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ma jmexxi d-djar għat-tfal li rreferiet għalihom l-Onor. Interpellanti u għalhekk ma tinżammx statistika kif mitluba.
Leg 11 PQ #2360 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħruġ ta' Direct Orders

Question

Tista` l-Ministru tgħid kemm ħarġu direct orders fl-aħħar sitt xhur mill-Ministeru u tgħid għall-liema xogħlijiet jew fornutiri, lil min ngħata l-ordni u kemm kien l-ammont involut?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa. Infurmata wkoll li din id-direct order saret b’approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi peress li t-tender giet pubblikata darbtejn fil-gazzetta tal-Gvern u ma kien hemm l-ebda offerta. Sezzjoni Għal-liema xogħlijiet jew fornituri Lil min ingħata l-ordni L-ammont involut Dipartiment tal-Customer Services 7 Air-conditioners għas-swali ta’ l-Irġiel u tan-Nisa – Sptar Ġenerali t’Għawdex Joe Tabone 8,015.00
Leg 11 PQ #2361 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sannat - Triq 28 t'April 1688 - Xogħlijiet

Question

Tista` l-Ministru tgħid x'xogħlijiet qed isiru mill-Ministeru fi Triq 28 t'April 1688 fis-Sannat, Għawdex, għall-liema raġuni u kemm jiswa dan ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fi Triq 28 t’April f’Ta’ Sannat qiegħed isir proġett ta’ tisbieħ bi ftehim mal-Kunsill Lokali tal-post, fejn il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jipprovdi l-ħaddiema u l-Kunsill Lokali jipprovdi l-materjal neċessarju. Jiena nfurmata wkoll li saret rikostruzzjoni ta’ ħajt baxx f’parti mit-triq li ġie jiswa €406.
Leg 11 PQ #2362 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — Żviluppi

Question

Tista` l-Ministru tgħid xi żviluppi hemm sa issa dwar l-Eko Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Bħalissa għaddejja l-ewwel fazi ta' konsultazzjoni pubblika li għandha l-għan li twassal għand il-Gvern x'jixtieq jara l-pubbliku fl-istrateġija Eko-Għawdex.
Leg 11 PQ #2363 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Vandalizmu u Sfreġju tal-wirt kulturali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi jew x'miżuri qed tieħu kontra l-vandaliżmu u l-sfreġju tal-wirt kulturali Għawdxi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Filwaqt li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-wirt kulturali f'Għawdex jiġi mħares kif xieraq, meta kien hemm kazijiet ta' vandalizmu sar rapport lill-pulizija biex tinvestiga l-kas u ttieħdet azzjoni biex il-ħsara mwettqa tiġi rimedjata.
Leg 11 PQ #2364 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dwejra Heritage Park - Proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-involviment tal-Gvern fid-Dwejra Heritage Park u tgħid f'liema stadju wasal dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Gvern, permezz tal-Ministeru responsabbli mill-Ambjent u l-MEPA, ħoloq kumitat biex jimmaniġja l-ispazji protetti fid-Dwejra. Jiena infurmata wkoll li l-ewwel fażi fl-operat ta’ dan il-kumitat issa hija magħluqa u qed jiġu evalwati r-riżultati miksuba biex jingħata bidu għat-tieni fażi li għandha tħares lejn management tas-sit fil-futur.

Child Care Centres

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn child cares centres liċenzjati f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Tista' tgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamemtari nru 2147.
Leg 11 PQ #2194 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex-Adult Training Centres

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1984, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Adult Training CentresGħawdex? Fejn qegħdin u kemm hu l-average attendance f'kull ċentru kuljum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

F’Ghawdex hemm Centru wiehed ghat-Tahrig ta’ l-Adulti, li qieghed fi Triq l-Imgarr Ghajnsielem. Hemm 39 persuna registrata, li jattendu b’mod regolari u jircievu is-servizzi provduti mic-Centru. Fil-prezent qed isir xoghol fuq Centru gdid fir-Rabat Ghawdex, li nbena apposta ghal dan l-iskop u li ser jiehu post dak prezenti.
Leg 11 PQ #2355 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Book Binder

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2058, peress li l-book binder tal-Qorti ta' Għawdex dalwaqt jirtira mix-xogħol minħabba l-età u digà qiegħed fil-pre- retirement leave, tista' l-Ministru tara li appena jispiċċa mix-xogħol jigi ngaġġat xi ħadd ieħor minnufih u dan biex tigi evitata sitwazzjoni ta' staġnar bħalma normalment jiġri meta jkun hemm nuqqas ta' staff fil-Qorti ta' Għawdex, u dan a detriment u b'inkonvenjent kemm għall-avukati prattikanti, għall-istess ħaddiema u iktar u iktar għall-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li id-dipartiment għamel talba biex toħroġ sejħa għal book-binder ieħor.
Leg 11 PQ #2356 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq Madre Gemma Camilleri - Xogħlijiet

Question

Tista` l-Ministru tgħid x'xogħlijiet qed isiru mill-Ministeru fl-isqaq li jagħti għal Triq Madre Gemma Camilleri fin-Nadur, Għawdex? Għall-liema raġuni qed isir dan ix-xogħol u kemm jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-isqaq imsemmi qed issir trinka biex jitpoġġew katusi għall-ilma tax-xita peress li l-art taqleb il-ġewwa, u li dan ix-xogħol hu stmat li jiswa 700 Euro.