Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tfal li jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tispeċifika jekk hijiex tirreferi għad-disability child allowance li tingħata lit-tfal b’diżabilta’ jew għal pensjoni tad-diżabilta li titħallas dwar tfal li għalqu 16 il-sena fil-kas ta’ diżabilita mentali jew fiżika severa u ta’ 14 il-sena lil dawk li jbatu minn nuqqas ta’ vista.

Aġenzija Appoġġ u entitajiet oħra — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati separatament fi ħdan il-family therapy services, child protection services, court services (supervised ces u visits), looked after children service, high support services, perpetrators services u servizzi oħra offruti mill-Aġenzija Appoġġ u entitajiet oħrajn? Jista' jgħid jekk hemmx impjegati li jaħdmu f'iktar minn servizz wieħed u jgħid kemm? In oltre jista' jgħid kemm hi l-medja ta' case load li kull impjegat għandu għal kull servizz offrut separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilità f'Għawdex — Opportunitajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'opportunitajiet edukattivi jeżistu f'Għawdex għall-persuni b'diżabilità wara li jlestu l-iskola sekondarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li studenti Għawdxin li għandhom diżabilita’ li jkunu jistgħu jkomplu jsegwu postijiet sekondarji, jistgħu jmorru fl-istituzzjonijiet edukattivi bħall-Malta College of Arts, Science and Technology, Institute for Tourism Studies u Sir Mikelang Refalo-6th Form. Studenti b’diżabilita’ huma wkoll offruti servizzi ta’ programmi edukattivi fl-iSpecial Unit ta’ Sannat wara li jagħlqu s-sittax-il sena. Studenti b’diżabilita’ jistgħu wkoll jagħmlu użu minn programmi edukattivi fl-iskejjel tal-Arti, Mużika u Drama.

Community technology learning centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn community technology learning centres u kemm kienet il-medja ta' l-attendenza f'kull ċentru f'dawn l-aħħar sentejn għal kull ċentru separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2899 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ġarr ta' materjal fuq il-vapur

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' materjal qed jinġarr fuq il-vapur bejn Għawdex u Malta ġo bowsers li jkunu ġejjin mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ, nitlob lil Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Leg 11 PQ #2901 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Diżlivell fit-triq

Question

Peress li l-familja li toqgħod fir-residenti, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tbati minn inkonvenjent minħabba diżlivell fi Triq San Bert, fix-Xewkija Għawdex u li minħabba dan qed tbati minn inkonvenjent ta' ilma li jinġabar proprju quddiem il-bieb ta' din ir-residenza, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li t-triq imsemmija hija responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-Lokalita', nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Family and child impact assessments

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2367, peress li l-mistoqsija kienet tirreferi għal kull studju/analiżi dwar l-impatt u effett li kull liġi/policy/deċiżjoni li jniedi l-Gvern ikollha fuq il-familja u t-tfal, jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn sarux dawn it-tip ta' assessments u jekk saru jgħid dwar xiex u l-eżitu ta' l-istess x'kien u ġentilment ipoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tweġiba hi fin-negattiv.

ATCs tal-Gvern jew b'kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema ATCs huma proprjeta` tal-Gvern u liema huma b'kera? Mingħand min u kemm titħallas kera kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2670 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Mard infettat u trasmess sesswalment — Statistika

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk f'għawdex tinżammx statistika dwar mard infett u trasmess sesswalment? Jekk fl-affermativ, tista' tforni statisitika aġġornata dwar dan il-mard?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-istatistika dwar mard infettiv u trasmess sesswalment tinżamm fid-Dipartiment għal Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fi ħdan id-Diviżżjoni tas-Saħħa f'Malta. Ħafna mill-każijiet jiġu nnotifikati lill-Genito-Urinary Clinic fl-Isptar Boffa u minħabba n-natura ta' dan it-tip ta' mard tinżamm biss statistika numerika sabiex tiġi mħarsa l-identita' tal-individwi affetwati.
Leg 11 PQ #2671 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Detox Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm użaw id-detox centre ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn kull xahar separatament? Tista' tindika kemm minnhom nisa u kemm irġiel u l-etajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

ATC u Resource Centers — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jattendu klijenti f'kull ATC u resource centre ta' Malta kif ukoll jgħid kemm hemm care workers u staff ieħor, kemm professjonali, amministrativi u ieħor f'kull centre u l-medja ta' klijenti li kull care worker għandu f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qiegħed fit-Tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2686 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Decompression Chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm dwar l-operat tad-decompression chamber ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi minn mindu bdiet taħdem id-Decompression Chamber fl-Isptar Generali t'Għawdex, ġie mogħti trattament ta' Recompression Chamber lil żewġ għaddasa u qed jingħata wkoll trattament ta' Hyperbaric Oxygen lil pazjenti (mhux għaddasa), kulljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Leg 11 PQ #2687 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment tar-radjoloġija — Makkinarji ġodda

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-ispecifications tal-makkinarju li għandu jiġi installat fid-dipartiment tar-radjoloġija ġdid u tas-sala tal-operazzjonijiet ġdida?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li t-tenders għadhom ma humiex pubblikati ma naħsibx li għandha tingħata informazzjoni rigward l-ispecifications ta' l-apparat li hemm il-ħsieb li jinxtara fid-dipartiment tar-radjoloġija ġdid u tas-sala tal-operazzjonijiet ġdida. Il-kunfidenzjalita' f'dan ir-rigward għanha tkun imħarsa.
Leg 11 PQ #2688 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija — Xogħol ta' mmodernizzar

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi progress sar fix-xogħlijiet ta' mmodernizzar tal-biċċerija t'Għawdex liema xogħol kellu jieħu ftit xhur u issa għaddew diversi snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qegħdin jiġu evalwati l-offerti għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija.

Good Causes Fund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet u fundazzjonijiet filantropiċi li bbenefikaw minn għotjiet mill-Good Causes Fund?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji ta’ l-għaqdiet kollha li bbenefikaw mill-Fond Għall-Kawzi Ġusti jiġu imqiegħda fuq il-mejda tal-kamra kull sena. L-aħħar statement li ġie prezentat kien dak ta’ l-2007. Fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 283 ġew mgħotija d-dettalji mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008. Nitlob lill-Onor. Interpellent tispeċifika jekk hemmx xi perjodu ieħor li hi interessata fih.

Foster Carers Kwalifikati

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hawn foster carers kwalifikati f'pajjiżna kemm f'Għawdex, kif ukoll f'Malta f'kull belt u raħal separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ foster carers f’Malta u Għawdex fil-preżent huwa 140. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tal-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.