B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2358 u1179 li saru lill-Ministru għal Għawdex u lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, peress li r-residenti ta' Triq Fanal, Għasri qed jilmentaw minħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċità, tista' l-Ministru tara l-possibilità li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li s-suġġeriment ta’ l-Onorevoli Interpellant jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali Għasri, id-dipartiment ikkonċernat għadda dan is-suġġeriment lill-istess Kunsill Lokali. Irrid ngħid li rriżulta li l-Kunsill Lokali ġa kien ħa azzjoni neċessarja sabiex jibda l-proċess kif rikjest skond il-policy.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm staff turnover fis-Sapport b'mod speċjali fl-Uffiċċju taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti d-data, l-grad ta' l-impjegat, minn fejn għal fejn sar it-turnover jew jekk kienx hemm riżenja u r-raġuni għal kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux rapporti dwar accessibilita' u l-kundizzjoni ta' l-Adult Traning Centres u jekk isiru jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapporti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ċ-Ċentri li rreferiet għalihom l-Onor. Interpellant huma kollha aċċessibli u għalhekk ma jsiru l-ebda rapporti f'dan ir-rigward.
Ninsab informat ukoll li f'dawn iċ-Ċentri isir xogħol ta' manutenzjoni regolari, dejjem fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibli, bi preċedenza għal xogħolijiet l-aktar urġenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fit-trasport tal-klijenti ta' l-Adult Training Centres f'dawn l-aħħar ħames snin għal kull ċentru separatament? Min jopera is-servizz f'kull ċentru separatament?
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux accounts u audits ta' kull Adult Training Centre separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi l-aħħar accounts fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li għalkemm iċ-Ċentri għal matul il-jum għaddew f’idejn l-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali f’April 2007, l-accounts taċ-ċentri bdew jinħadmu b’mod globali għaċ-ċentri kollha mill-Fondazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2008. Audits kif isir fl-Aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni għal dawn iċ-ċentri għadu ma sarx peress li s-sena finanzjajra tal-Fondazzjoni tagħlaq fl-aħħar ta’ Diċembru 2008. Għalhekk il-Fondazzjoni ma tistax tipprovdi l-figuri mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn programmi/faċilitajiet ta' l-iSmart Kids? Kemm hemm staff u kemm hi l-attendenza medja tal-klijenti matul kull sena minn meta nfetaħ kull ċentru u kemm hu l-budget allokat għal dan il-programm? Jista' inoltre jgħid jekk iċ-ċentri humiex propjetà tal-Gvern jew le? U jekk le, jekk titħallasx kera, lil min u kemm hi l-kera kull sena separatament għal kull ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numru ta’ Faċilitajiet ta’ l-ismartkids huwa ta’ 3 li huma dawk li jinsabu fil-Birgu, Birkirkara u l-Qawra. Madanalollu il-Faċilita tal-Qawra għada mhijiex topera il-programm minn hemm.
Fil-Birgu bħalissa jaħdmu 5
carers
u
co-ordinator
, f’Birkirkara 4
carers
u
service area leader
li tieħu ħsieb it-tlett ċentri kollha u fil-Qawra hemm pjanat li jaħdmu 4 carers u
co-ordinator
.
L-attendenza medja (uħud mit-tfal jattendu darbtejn, tlieta jew ħames darbiet fil-ġimgħa, għaldaqstant il-postijiet allokati jiġu okkupati minn iktar minn tifel/tifla wieħed fil-ġimgħa) kuljum ta’ tfal f’dawn iċ-ċentri kienet kif tidher fl-informazzjoni li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-Gvern f'dawn l-aħħar sentejn biex jippromwovi l-kunċett ta' flexsecurity u biex dan il-kunċett jitħaddem iktar kemm fis-settur privat,kif ukoll fis-settur pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-kunċett ta' flexicurity huwa wieħed li jfittex bilanċ bejn miżuri li jtejbu l-flessibilta kemm fil-ħaddiem kif ukoll f’min iħaddem fi sfond fejn jkun hemm appoġġ sħiħ ta’ sigurta u wens biex ħaddiem jiżviluppa u jtejjeb il-kapaċitajiet tiegħu biex jidħol mingħajr dewmien tax-xogħol u li jibqa fis-suq tax-xogħol permezz. Din hija waħda mill-miżuri li jistggħu jintużaw biex titjieb il-kompettivita u jintlaħqu l-oġġettivi ta’ L-Aġenda ta’ Lisbona. Politika bħal din trid titfassal apposta għal pajjiż partikolari, għax is-sistemi li nstabu li huma effettivi biex jimplimentaw il-kunċett ta’ flexicurityf’pajjiż partikolari jistgħu ma jkunux adatti għal pajjiż ieħor. B’dan il-għan, f’ Mejju tal-2008 fuq talba tal-Kabinett, Il-Ministeru tal Politika Soċjali waqqaf Kumitat ta' Ħidma biex jagħti il-veduti tiegħu rigward din il-materja.
Dan il-kumitat ta ħidma kien magħmul minn uffiċjali għolja ta’ Dipartimenti tal–Gvern u Entitajiet Pubblici li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett kif ukoll rapresentanti tal-imsieħba soċjali li kienu nominati miċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku ( MCESD ).
Dan il-Kumitat ta' Ħidma iltaqa seba’ darbiet bejn Ġunju u Awissu 2008 u nieda rapport fejn fih hemm rakomandazzjonijiet kif il-kunċett ta'
flexicurity
jista jissaħħaħ fil-kuntest tas-suq Malti tax-xogħol. Dan ir-Rapport ġie sottomess lil MCESD fit 22 ta’ Awissu 2008 u ġie diskuss fis -26 ta Awissu 2008, fejn il-membri tal-Kumitat ta Hidma kienu wkoll mistiedna. Wara din id-diskussjoni, ir-Rapport ġie rivedut biex jinkludi il-rejazzjonijet tal-MCESD, u mgħoddi lura lil MCESD.
Ninsab informat ukoll li din il-konsultazzjoni hija vitali biex Malta tkun f’pożizzjoni biex tiżvillupa strateġija dwar
flexicurity
biex tiġi nkluża fin-
National Reform Programme 2008- 2010.
Parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq l-Gvern u l-ETC din is-sena biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol? Jista' jgħid kemm kienu dawk in-nisa u persuni b'diżabilità li f'dawn l-aħħar sentejn applikaw għax-xogħol u kemm minnhom ġew impjegati u f'liema settur?
Peress li r-residenti ta' Triq Ċanga, Xewkija, Għawdex li ħafna minnhom huma anzjani qed jilmentaw għax qed jgħaddu l-karozzi b'ċertu velocità u li qed joħloq perikolu għal dawn l-anzjani, jista' l-Ministru jara jekk issirx sinjaletika li tgħid lis-sewwieqa jnaqqsu l-velocità u anke jiżdiedu l-humps f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li ħafna studenti Universitarji għadhom ma rċevewx il-formuli għall-istipendju u għall-ismart card liema formuli jgħallqu fl-aħħar t'Ottubru, tista` Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-istudenti li kienu għadhom ma rċevewx il-formoli għall-istipendju huma dawk li kellhom joqgħodu għall-ezamijiet supplimentari f’Settembru. Peress li l-għoti ta’ l-istipendju jiddependi wkoll mill-progress akkademiku ta’ l-istudent, il-formoli jintbagħtu wara li l-istudent ikun iddikjarat li jista’ jipproċedi għas-sena li jmiss. Jekk ikun hemm bżonn id-data ta’ l-għeluq sa meta jkunu sottomessi il-formoli mill-istudenti tkun estiża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jieħdu l-energy benefit f'kull raħal ta' Għawdex u ta' Malta separatament u jagħti l-informazzjoni kull sena separatament minn meta ġiet introdotta s-surcharge? Kemm minn dawn huma pensjonanti, single mothers jew li għandhom dħul baxx? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għal dan il-benefiċċju kull sena separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk riċentement sarx xi stħarriġ dwar dħul, kundizzjonijiet u livell ta' għajxien?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja reċentement ippublikat riċerka bis-suġġett “Family Poverty and Social Exclusion with a Special Emphasis on Children”.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u liema kienu dawk l-għaqdiet li matul is-snin 2006 sal-lum, ħadu refund ta' żewġ terzi tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u kemm kien l-ammont li ġie rifuż lil kull għaqda?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellanti.
Programmi/faċilitajiet — Każijiet ta tfal - very challenging behaviour
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-programmi/faċilitajiet li jitrattaw każijiet ta' tfal li jkollhom very challenging behaviour? Kemm hemm persuni involuti f'kull programm/faċilità u x'inhu l-budget allokat?
Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja — Programm ta' studju dwar il-familja
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proposta li tingħata Lm40,000 lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja biex jidħlu f'diskussjonijiet ma' l-Università ta' Malta dwar programm ta' studju dwar il-familja?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Kummissjoni tal-Familja spiċċat t-terminu tagħha fl-aħħar ta’ Mejju 2008 u bħalissa mhix imwaqqfa. Sa dak iż-żmien il-Kummissjoni ma kinitx irċeviet direzzjoni dwar dak li qed issaqsi l-Onor. Interpellant.