St. Venera — skola San Frangisk t'Assisi, - general hand
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fl-area 1 u 2 tal-istudenti fl-iskola San Frangisk t'Assisi, St. Venera hemm general hand wieħed jieħu ħsieb li jrid ilaħħaq waħdu fix-xogħol tiegħu ma' 32 klassi, ground, playground, staff room, uffiċini eċċ.?
Tikkonsidra l-Minstru li jiġu provduti general hands oħra u dan sabiex ilaħħqu ma' dan il-volum ta' xogħol kollu u eventwalment jassiguraw li tinżamm l-indafa li suppost għandha tinżamm f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iSkola Sekondarja tas-Subien San Franġisk t’Assisi , Sta. Venera, hemm erba’ General Hands u part-time Cleaner biex jieħdu ħsieb it-tindif fl-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn community technology learning centres u kemm kienet il-medja ta' l-attendenza f'kull ċentru f'dawn l-aħħar sentejn għal kull ċentru separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-issa hemm għaxar ċentri mwaqqfin.
Bejn l-2007 u l-2008 kien hemm madwar 2400 persuna li spiċċaw b’suċċess xi wieħed mill-korsijiet (myWeb u myWeb Plus) li jorganiżża l-Ministeru f’dawn iċ-ċentri. Dan mistenni jitla’ għal madwar 3000 persuna sa l-aħħar tas-sena. Din l-informazzjoni mhix disponibbli għal kull ċentru speċifiku minħabba l-mod ta’ kif din tiġi miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' materjal qed jinġarr fuq il-vapur bejn Għawdex u Malta ġo bowsers li jkunu ġejjin mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-materjal li qed jinġarr huwa prinċipalment sludge solidu, qisu ħamrija. Dan l-isludge huwa stabiliżżat fil-proċess u b’hekk jista’ jinġarr fuq il-vapur, mingħajr restrizzjoni. Il-ġarr qed isir permezz ta’ kontenituri issiġġillati, sabiex tiġi assikurata li ma jkun hemm l-ebda inkonvenjent ta’ rwejjaħ waqt it-traġitt.
Peress li r-residenti ta' Triq Ċanga, Xewkija, Għawdex li ħafna minnhom huma anzjani qed jilmentaw għax qed jgħaddu l-karozzi b'ċertu velocità u li qed joħloq perikolu għal dawn l-anzjani, jista' l-Ministru jara jekk issirx sinjaletika li tgħid lis-sewwieqa jnaqqsu l-velocità u anke jiżdiedu l-humps f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament għaddejjin diskussjonijiet bejn L-ADT u l-Kunsill Lokali tax-Xewkija sabiex tiġi installata Road Hump oħra ġewwa Triq Ċanga u anke jiġu installati tabelli li jindikaw l-massimu ta' veloċità ġewwa l-istess triq.
Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem — propjrjetajiet li ġew esproprjati
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet ġew esproprjati mill-Gvern biex saru t-toroq ta' Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem? F'liema Gazzetta tal-Gvern deher l-avviż, min huma s-sidien u kemm hu l-valur mogħti mill-perit tal-Gvern ta' dawn l-artijiet? Kemm minnhom ġew kontestati minħabba l-valur mogħti mill-perit? Jista' jgħid jekk l-ammonti tħallsux lis-sidien u liema tħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji tal-proprjetajiet li ġew esproprijati mill-Gvern biex saru t-toroq ta’ Ta’ Pinu u t-toroq ta’ Ghajnsielem huma elenkati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Għal raġuni ta’ kunfidenzjalita’, l-ismijiet mhux qed jiġu mogħtija, biss hemm indikat liema proprjeta’ ġiet abbinata ma’ sid. Sa issa, wieħed ikkontesta il-prezz offrut, u wieħed mis-sidien tħallas il-kumpens dovut.
Dwar it-Triq tar-Ramla fin-Nadur hemm biss espropriji li jmorru lura diversi snin u dismemberment ta’ art li ntużat għat-toroq. Dwar dawn l-espropriji għad ma kien hemm l-ebda offerta ta’ kumpens lis-sidien . Dettalji ta’ l-espropriji huma ukoll mniżżla fil-lista.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw miċ-child care subsidy scheme minn meta ġiet introdotta din il-miżura u kemm kien l-ammont totali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infuramat li l-iskema li rreferiet għaliha l-Onor. Interpellanti, li għadha fi stadju ta’ proposta, hi proġett maħsub għal finanzjament minn fondi mill-Unjoni Ewropeja (European Social Fund).
Ninsab infurmat ukoll li, preżentement, din il-proposta qed jiġi evalwata.
Programmi/faċilitajiet — każijiet ta' tfal - very challenging behaviour
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3057 u jelenka l-programmi/faċilitajiet li jitrattaw każijiet ta' tfal li jkollhom very challenging behaviour? Kemm hemm persuni involuti f'kull programm/faċilità u x'inhu l-budget allokat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Appoġġ flimkien imexxu l-programm Budz għal tfal b’very challenging behaviour. Il-programm Budz joffri għajnuna psiko-soċjali lil żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-18-il sena li juru sinjali ta’ mġieba li tista’ tqegħdilhom ħajjithom fil-periklu, bħalma huma l-aggressjoni, it-teħid tas-sustanzi, l-prostituzzjoni, d-delinkwenza u mġieba problematika oħra.
Il-programm
Budz
jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ sitt ħaddiema professjonali li jagħtu madwar tmien siegħat xogħol fil-ġimgħa kull wieħed, u jaqdi l-bżonnijiet ta’ massimu ta’ tmien żgħażagħ ġo kull programm. Barraminhekk hemm ko-ordinatur/ko-ordinatrici li tagħti 10 sigħat xogħol.
Għal din is-sena u għas-sena d-dieħla ġew allokati €56,000 kull sena għal
Youth Outreach Programmes
li parti minnhom tmur għall-proġett
Budz.
Ninsab informat ukoll li l-Aġenzija Appoġġ toffri is-servizz ta’
High Support
għal tfal b’
very challenging behaviour
li jgħixu f’istituzzjonijiet. Dan is-servizz bħalissa qed jingħata lil 14-il tifel u tifla u jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ 10 ħaddiema professjonali li jagħtu madwar tmien siegħat xogħol fil-ġimgħa kull wieħed u 4 ħaddiema
part-timers
. Il-budget għal dan is-servizz għal din is-sena hu €303,000.
Bi ftehim mal-Gvern, il-Fondazzjoni
Richmond
tmexxi programm residenzjali li jkopri wkoll tfal b
’very challenging behaviour
. Għal dan il-programm, magħruf bħala Innoċenti Programme, din is-sena hemm ivvutati €233,000.
Parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni 'diżabilità fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3063 u jgħid x'ħidma wettaq l-Gvern u l-ETC din is-sena biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol? Jista' jgħid kemm kienu dawk in-nisa u persuni b'diżabilità li f'dawn l-aħħar sentejn applikaw għax-xogħol u kemm minnhom ġew impjegati u f'liema settur?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, bil-għan li tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilita fid-dinja tax-xogħol, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kompliet tieħu diversi miżuri fosthom:
· taħrig speċjallizzat lill klijenti li ġew riferuti lill-
Eden Foundation
u
Richmond Foundation
skond ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-Korporazzjoni u dawn il-fondazzjonijiet;
· sapport li ingħata taħt il-‘
Bridging the Gap Scheme’
, permezz tal-għoti ta’ opportunitajiet ta' ‘
work exposure
’ fuq postijiet tax-xogħol qabel ma jsir l-ingaġġ mal-prinċipal;
· tkompla l-proġett ‘
Supported Employment Scheme’
, li kien wieħed mill-proġetti fil-qafas ta’ proġetti sponsorjati mill-
European Social Fund
.
Matul l-2008, it-Taqsima tal-
Gender
fi ħdan il-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Taħriġ, nediet proġetti varji sabiex tiffaċilita u tippromovi opportunitajiet għall-mara fid-dinja tax-xoghol. Xi wħud mill-proġetti kienu jinkludu taħriġ waqt li oħrajn iffukaw fuq it-titjib ta’ servizzi li eventwalment jagevolaw opportunitjiet biex il-mara tkun aktar attiva fid-dinja tax-xogħol. Fost dawn il-progetti nsibu:
· kampanja Nazzjonal li tippromovi l-benefiċċji taċ-
childcare.
· kampanja li tippromovi it-
Teleworking
u l-importanza ta’ bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol.
· il- proġetti ‘
Women at Work’
fil-Belt Valletta u fil-Kottonera.
· proġett pilota Ġenitur Wieħed (
Lone Parents
).
· kampanja permezz tal-media dwar l-ugwaljanza.
· taħrig lill-immigranti nisa;
· seminars fi skejjel
Area Secondary
;
·
Think Tank
mat-
Trade Unions
– Miżuri favur il-bilanċ bejn ħajja u xogħol fi ħdan is-settur privat;
· taħriġ għal dawk li jipprovdu taħriġ dwar l-ugwaljanza;
· proġett ma’ msieħba oħra Ewropew (Irlanda, Slovenja, Italia, Ċipru, u Svezja dwar miżuri favur il-bilanċ bejn ħajja u xogħol.
Inizjattivi oħra kienu:
l-eżenzjoni milli titħallas il-kontibuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali fl-ewwel, tliet snin ta’ mpjieg ta’ persuna b’diżabilita’ reġistrata mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ;
ftuh ta’
child care centres
f’diversi lokalitajiet;
tkomplija tar-riforma dwar it-taxxa tad-dħul.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli b’informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija.
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri ħa l-Ministeru f'dawn l-aħħar tliet snin biex l-istess bini tal-ministeru jkun eco friendly? Kemm swiet kull ħaġa magħmula? Hemm kontijiet pendenti għar-rigward l-istallar ta' apparat eco friendly? Jekk fl-affermativ kemm ilhom pendenti l-kontijiet, għalxiex u lil min?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-aħħar tlett snin ġiet installata sistema fotovoltaika fiċ-Ċentru Amministrattiv li swiet Euro 60,198 u sitt Air Conditioners (Klassi A ta' effiċjenza) li swew Euro 4355.92 u li minn dawn hemm ammont ta' Euro 1840.20 lli għadhom mhux mħallsa minħabba li d-dipartment rispettiv qiegħed jistenna xi dokumenti mingħand id-ditta li għamlet l-istallazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser jibda x-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ biex tiġi indirizzata l-problema tad-drenaġġ li għadu qed jintefa f'Wied il-Mielaħ? Kemm hija stmata l-ispiża għal dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li x-xogħlijiet tad-drenaġġ huma responsabilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex — Studenti tas-sixth form tat-tieni sena - għalliem tal-kompjuter
Question
Peress li l-istudenti tas-sixth form tat-tieni sena f'Għawdex qed jilmentaw għax m'għandhomx għalliem tal-kompjuter, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-għalliem tal-kompjuter reġa’ lura f’postu. Kien fuq Sick Leave. Biex ipatti għall-lezzjonijiet li ntilfu, l-għalliem konċernat diġa’ ftiehem mal-istudenti li ser jidħlu s-Sibtijiet biex jirkupraw il-lezzjonijiet mitlufa.
Impjegati mas-servizz pubbliku — reduced hours u teleworking
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati mas-Servizz Pubbliku li qegħdin bir-reduced hours u li qed jagħmlu teleworking rispettivament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm 57 impjegat li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku fil-Ministeru għal Għawdex li qegħdin bir-reduced hours, u 16-il impjegat li qed jagħmlu teleworking.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li ngħataw tax credits wara li reġgħu rritornaw lura għax-xogħol minn meta ġiet introdotta din il-miżura u kemm kien l-ammont totali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi-l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Sena ta’ Stima Ammont ta’ nisa li benifikaw Ammont
€
2008 533 283,874
2007 506 404,971
2006 294 185,362
Peress li r-residenti ta' Triq Dun Luqa, Sannat, Għawdex, qed jilmentaw minħabba li in konsegwenza tal-fatt li ġiet asfaltata parti mit-triq u tħalliet parti oħra li hija meqjusa bħala white road u f'din il-parti qed iżomm l-ilma li eventwalment qed jispiċċa ġor-residenzi ta' din il-parti tat-triq, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi riżolt kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija asfaltata sa quddiem ir-residenzi kollha u għalhekk ma jirriżultax li l-parti li mhix asfaltata qegħda taffettwa l-bini eżistenti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm sejħiet għal vakanzi ta' librara f'din l-aħħar sena u jekk kien hemm għal liema libreriji kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-lista ta’ vakanzi ta’ librara f’Malta u Għawdex f’din l-aħħar sena flimkien mal-lokalita’ u d-data minn meta imtlew dawn il-vakanzi hija:
Lokalita
’
Data
Gudja Diċembru 2007
Safi Diċembru 2007
Gżira Jannar 2008
Mqabba Lulju 2008
Kalkara Awissu 2008
Pembroke Ottubru 2008
Għarb (Għawdex)
*
*
Tfal li jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' Diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3060, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' diżabilità u jagħti l-informazzjoni għal kull allowance u pensjoni msemmija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li hemm 666 tfal li qegħdin jirċievu Disability Child Allowance u 2 itfal li qegħdin jirċievu Disability Pension minħabba vista batuta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu u liema kienu dawk l-għaqdiet li matul is-snin 2006 sal-lum, ħadu refund ta' żewġ terzi tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u kemm kien l-ammont li ġie rifuż lil kull għaqda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem — propjrjetajiet li ġew esproprjati
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet ġew esproprjati mill-Gvern biex saru t-toroq ta' Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem? F'liema Gazzetta tal-Gvern deher l-avviż, min huma s-sidien u kemm hu l-valur mogħti mill-perit tal-Gvern ta' dawn l-artijiet? Kemm minnhom ġew kontestati minħabba l-valur mogħti mill-perit? Jista' jgħid jekk l-ammonti tħallsux lis-sidien u liema tħallsu?
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 2194, tista' l-Ministru tgħid meta se jibda jiffunzjona dan iċ-ċentru peress li ilu ġebel u saqaf għal diversi snin? Tista' tgħid ukoll meta huwa maħsub li jitkomplew ix-xogħlijet biex dan iċ-ċentru jkun jista' jilqa' klijenti ġo fih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol għadu għaddej u wasal fi stadju avvanzat.