Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-file ta' l-Uffiċċju Konġunt, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għadu ma ġiex ipproċessat minkejja li ilu miftuħ tmien snin?
Programmi għal tfal li jkollhom very challenging behaviour
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-programmi/faċilitajiet li jitrattaw każijiet ta' tfal li jkollhom very challenging behaviour? Kemm hemm persuni nvoluti f'kull programm/faċilità u x'inhu l-budget allokat?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Appoġġ imexxu konġuntament il-programm Budz għal tfal b’very challenging behaviour. Il-programm Budz joffri għajnuna psiko-soċjali lil żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-18-il sena li juru sinjali ta’ mġieba li tista’ tqegħdilhom ħajjithom fil-periklu, bħalma huma l-aggressjoni, it-teħid tas-sustanzi, l-prostituzzjoni, d-delinkwenza u mġieba problematika oħra. Il-programm Budz jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ sitt ħaddiema professjonali li jagħtu madwar tmien siegħat xogħol fil-ġimgħa kull wieħed, u jaqdi l-bżonnijiet ta’ massimu ta’ tmien żgħażagħ ġo kull programm. Barraminhekk hemm ko-ordinatur/ko-ordinatriċi li tagħti 10 sigħat xogħol. Fil-budget li ġie maħdum mill-gvern għas-sena 2008 kienu ġew allokati €56,000 għal Youth Outreach Programmes (Vote 44, item 5476) li parti minnhom tmur għall-proġett Budz.
Universita` ta' Malta — Ċentru dwar l-Istudji dwar il-Familja
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibda jiffunzjona ċ-Ċentru dwar l-Istudji dwar il-Familja fl-Università ta' Malta u kemm għandu budget allokat ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ċ-Ċentru dwar il-Familja fl-Universita’ ta’ Malta ġie approvat mill-Kunsill fil-25 ta’ Settembru 2008. Fil-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2008 ġew approvati iċ-Chairperson u l-membru akkademiku appuntat mill-Kunsill li ser iservi fuq dan il-Bord. Il-finanzi biex jitmexxa dan iċ-Ċentru għadhom ma ġewx allokati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4335 u jgħid għal liema raġuni l-impjegati tad-distribtution tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Għawdex m'għandhomx l-istess shift bhal impjegati sħabhom f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għadu kif ġie introdott shift pattern ġdid fis-sezzjoni tad-Distribuzzjoni tal-Ilma f’Malta u qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex jiġi applikat f'Għawdex fl-aqsar żmien possibli.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — Edukazzjoni sesswali fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma qed iwettaq id-Dipartiment tal-Edukazzjoni in konnessjoni mal-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel f'pajjiżna kif ukoll xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar din it-tip ta' edukazzjoni fost it-tfal u żgħażagħ tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-edukazzjoni sesswali hija materja mgħallma fis-suġġett tal-Iżvilulpp Personali u Soċjali (Personal and Social Development – PSD) kemm fil-livell primarju kif ukoll fil-livell sekondarju.
Żewġ uffiċjali edukattivi tal-Iżvilupp Personali u Soċjali flimkiem ma xi għalliema mis-settur sekondarju qed iħejju pubblikazzjoni ta’ riżorsi dwar it-tema
L-Edukazzjoni Sesswali
biex jitqassam lill-għalliema kollha f’dan is-settur biex jiffaċilita’ iżjed din it-tema.
Tista' l-Ministru tghid x'xogħlijiet saru fiċ-ċentru ta' taħriġ għall-adulti fir-Rabat, Ghawdex f'din l-aħħar sena, xahar xahar separatament u tgħid x'għad fadal isir biex dan iċ-ċentru jibda jiffunzjona?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi matul is-sena li għaddiet sar il-membrane tal-bejt, rampa fuq barra għall-aċċess għal persuni b’diżabilita’, xogħol ta’ tikħil, tqiegħed tal-madum, twaħħil ta’ l-aperturi ta’ barra u bibien ta’ ġewwa, inbeda it-tibjid u x-xoghol fuq l-għamara minn mastrudaxxa tal-Gvern, kif ukoll l-istallazzjoni tas-sistema ta’ l-arja kundizzjonata. It-tender ghall-installazzjoni tal-lift ġiet aġġudikata u din il-ġimgħa ser tiġi aġġudikata l-aħħar tender, dik tas-suffitti.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 297 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4677, peress li r-residenti tal-parti ta' isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4520, peress li qed nircievi diversi ilmenti mingħand familjari ta' persuni b'diżabilità dwar il-kwalità tan-nappies li qed jiġu fornuti fil-preżent li huma ta' kwalità inferjuri minn dawk li kienu jiġu fornuti qabel, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi solvut?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-kwalita' tal-ħrieqi li qed jingħataw lill-anzjani hija skond il-kriterji mitlub u kif stabilliti fit-Technical Specificiations tal-kuntratt kurrenti maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Informat ukoll li kull meta jkun hemm ilmenti dwar dawn il-ħrieqi, dawn jiġu immedjatament mgħoddija lill-Kuntrattur biex jieħu l-miżuri meħtieġa skond il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fit-trasport tal-klijenti tal-Adult Training Centres f'dawn l-aħħar ħames snin għal kull ċentru separatament u min jopera s-servizz f'kull ċentru separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet orndata Herceptin mill-Gvern għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex, kemm swiet din l-ordni u meta ser tibda tiġi fornuta lill-pazjenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-mediċina Herceptin ser titqassam biss mill-Isptar Boffa.
Peress li r-residenti tal-parti t'isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
Qorti ta' Għawdex — Apparat tar-recording bil-ħsara
Question
Peress li l-apparat ta' recording tal-awla magħrufa bħala ż-żgħira fil-Qorti t'Għawdex ilu ma jaħdem ġimgħat sħaħ u allura mhux qed jinstemgħu xhieda b'inkonvenjent kbir kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-avukati u anke għall-ġudikanti, tista' l-Ministru tindirizza dan l-inkonvenjent kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-apparat ta’ l-awla ż-żgħira mhux bil-ħsara imma dak ta’ l-awla l-kbira huwa bil-ħsara u qed jissewwa, u peress illi din l-awla ta’ l-aħħar l-iktar li tintuża, l-apparat tar-recording ta’ l-awla ż-żgħira kellu jiġi trasferit fl-awla l-kbira.
Mhux minnu, pero’ illi mhux qed jinstemgħu xhieda fl-awla ż-żgħira anżi hemm maġistrat minnhom li jinsisti li jagħmel is-seduti tiegħu kollha f’din l-awla ż-żgħira.
Ir-
recording
fl-awla ż-żgħira xorta jista’ jsir, u qed isir, f’din l-awla ż-żgħira billi jiġi utiliżżat
recorder
manwali. Biss hemm maġistrat ieħor li, għal raġunijiet tiegħu, ma jridx jutiliżża dan l-apparat.
Ta’ min iżid jgħid ukoll illi apparti dawn iż-żewġ awli, hemm wkoll awla oħra ġdida, b’apparat ta’
recording
ġdid li jista’ faċilment jiġi wżat fi kwalunkwe każ. Pero’ l-istess maġistrat li ma jridx juża l-apparat tar-
recording
manwali ma jkunx irid juża din l-awla.
Peress li qed nirċievi diversi ilmenti mingħand familjari ta' persuni b'diżabilita` dwar il-kwalita` tan-nappies li qed jiġu fornuti fil-preżent li huma ta' kwalità inferjuri minn dawk li kienu jiġu fornuti qabel, jista` l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi solvut?
Peress li diversi studenti tal-iskola Sir Mikelang Refalo tar-Rabat, Għawdex ma jistgħux jieħdu l-Ġermaniż u l-Franċiż għaliex hemm clash fil-ħinijiet tal-lezzjonijiet, peress li hemm ħafna studenti li jixtiequ jitgħallmu dawn iż-żewġ lingwi flimkien imma minħabba din il-problema ma jistgħux, tista` l-Ministru tara li din il-problema tiġi mistħarrġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hemm studenta waħda li għamlet din ir-rikjesta. Tajjeb wieħed jispega li l-preparamenti għat-timetable jibdew isiru f'April (jiġifieri għal din is-sena skolastika ix-xogħol beda f'April 2008) sabiex din tkun lesta kmieni u jiġu kkalkulati kemm hemm bżonn għalliema. It-timetable issir skond il-gruppi ta' suġġetti li huma neċessarji għal diversi korsijiet fl-Universita’. Il-Ġermaniz u l-Franċiż huma fl-istess grupp ta' suġġetti għaliex mhumiex obbligatorji t-tnejn għal xi kors partikolari. L-iskola ħadmet fuq ir-rekwiżiti li se jkollhom bżonn l-istudenti meta jiġu biex jidħlu l-Universita sentejn oħra. Waqt li wieħed jifhem li jkun jixtieq jikkuntenta lil kulħadd, biex timetable tinħadem irid ikun hemm parametri biex din tkun operata b'mod effettiv. L-istudenta kkonċernata kienet magħrfa b'din l-informazzjoni u in fatti bdiet is-sena billi għażlet l-Ingliż u l-Franċiż. Jidher li dan l-aħħar ma tantx għoġobha l-Ingliż u esprimiet li tixtieq tbiddlu għall-Ġermaniż. L-iskola pruvat tagħmel l-arranġamenti interni sabiex din il-problema tissolva. Pero’ma kienx possibbli għaliex biex jitħarrku l-gruppi ta' suġġetti ta’ l-għażliet tal-istudenti jimplika li jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ mijiet ta’ studenti. B’hekk jinħoloq aktar disgwid u n-numru ta’ studenti bi problemi jimmultipplika bil-mijiet.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-impjegati tad-distribuzzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Ghawdex m'għandhomx l-istess shift bħal impjegati sħabhom f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jforni l-job description ta' kull kategorija ta' ħaddiema tal-Gozo Channel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumpanija Gozo Channel hija Kumpanija kummerċjali, u għaldaqstant inħossu li mhuwiex prudenti li jingħataw dawn id-dettalji.