Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5395 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — bini ta' qorti ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għall-bini tal-qorti l-ġdid f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata lli saru l-pjanti u saret ukoll applikazzjoni mal-MEPA għal dan il-proġett f'Lulju 2008.

Qorti tal-Familja — kawżi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu kawżi ġodda fil-Qorti tal-Familja kull xahar separatament fis-sena 2008 sal-lum, Għawdex u Malta separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Kuntistabbli u Surġenti — trasferimenti minn Malta għal Għawdex

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kienu dawk il-kuntistabbli u surġenti li ġew trasferiti minn Malta ghal Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn u jgħid meta saru dawn it-trasferimenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar sentejn kien hemm 7 surġenti u 38 kuntistabbli li ġew assenjati fuq xogħol f'Għawdex. Dawn it-trasferimenti saru kif jidher f'din it-tabella:- 2007 PS PC WPC Frar 11 April 11 Dicembru 3 8 1 2008 Frar 4 6 1 TOTAL 7 36 2
Leg 11 PQ #5388 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati mas-Servizz Pubbliku — Proċeduri Kriminali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-impjegati mas-servizz pubbliku li fl-aħħar ħames snin inqatgħu proċeduri kriminali kontra tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5389 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Baned - Għotjiet

Question

Tista' l-Ministru telenka l-għotjiet li ngħataw fl-2007 u fl-2008 lill-baned Għawdxin u kemm kien l-ammont ta' l-għotja u d-data tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5390 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tax-Xhajma - korsa taż-żwiemel - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fil-korsa taż-żwiemel Tax-Xhajma fl-2008 u x'xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru matul l-2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata lli matul l-2008, fil-Korsa ta' Xħajma saru xogħlijiet ta' manutenzjoni kif elenkati: - Manufattura u twaħjħil ta' 'Finish Board' - Twittija tal-Korsa bil-Grader darbtejn f'sena - Bini ta' toilets ġodda - Stallazzjoni ta' sistema ta' l-ilma u elettriku; stallazzjoni ta'oġġetti sanitarji; madum fl-art u mal-ħitan - Bini ta' Cesspit - Xogħol ta' zebgħa Tkomplija ta' xogħol ta' manutenzjoni fl-2009: - Tkomplija ta' xogħolijiet fuq it-toilets il-ġodda - Xogħol ta' żebgħa fuq arbli u railings - Xogħol ta' zebgħa u manutenzjoni oħra.
Leg 11 PQ #5391 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pixxina - Xogħlijiet

Question

Tista` l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għall-pixxina f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li saru l-pjanti u saret ukoll applikazzjoni mal-MEPA għal dan il-proġett f'Settembru 2008.
Leg 11 PQ #5316 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex

Question

Peress li l-qorti ta' Għawdex hemm nuqqas ta' air conditioner units u dan speċjalment fl-awla l-ġdida tant li qed ikun diffiċli li qed isiru seduti kemm fix-xitwa minħabba l-kesħa, kif ukoll minħabba sħana tremenda fis-sajf, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat a benefiċċju kemm ta' dawk kollha li jaħdmu l-qorti kif ukoll tal-pubbliku in ġenerali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li kull fejn hemm problema ta’ sħana u/jew kesħa, l-problema ġiet indirizzata bl-istallazzjoni ta’ fans, heaters u de-humidifiers. Infurmata wkoll li ntalbet kwotazzjonijiet għall-istallazzjoni ta’ air-conditoning unit fl-Awla l-ġdida. Żgur li meta ma ssirx xi seduta f’din l-Awla ma jkunx minħabba nuqqas ta’ dawn il-faċilitajiet. Min-naha l-ohra, ma rridux ninsew illi dan id-dipartiment jinsab ġewwa bini storiku u skedat li għalhekk huwa ferm diffiċli illi jitwaħħlu kwalunkwe pipes u apparat ieħor relatat ma’ kwalunkwe parti tal-faċċata u l-ġnub.

Kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma — refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu u liema kienu dawk l-għaqdiet li matul is-snin 2006 sal-lum, ħadu refund ta' żewġ terzi tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u kemm kien l-ammont li ġie rifuż lil kull għaqda?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Fondazzjoni Arka

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 690 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5285 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — pazjenti li inġarru lejn Sptar Mater Dei

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inġarru pazjenti mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex lejn l-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar disa' xhur, tindika l-età u s-sess, ir-raġuni, meta ġew trasportati u b'liema mezz (jekk hux bil-helicopter jew ambulanza) u dan għal kull każ separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5286 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iżvilupp ġew sottomessi għand l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent dwar żvilupp f'Għawdex separatament fis-snin 2007 u 2008? Kemm applikazzjonijet għall-iżvilupp ġew ippreżentati fl-istess snin fuq żvilupp f'Malta u Għawdex, separatament, fis-snin imsemmija? Kemm minn dawn l-applikazzjonijet ġew sottomessi minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Għawdex u kemm minn periti li għadhom l-uffiċċju tagħhom Malta, separatament, sena b'sena fl-2007 u fl-2008? Kemm kien il-massimu ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn perit wieħed jew partnership ta' periti wieħed, separatament, f'Malta u f'Għawdex fl-2007 u fl-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4924 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Reserved Parking Space

Question

Peress li rċevejt ilment għaliex quddiem il-poliklinika tar-Rabat m'hemmx parkeġġ riservat għall-persuni b'diżabilità, tista' l-Ministru tindirizza dan l-ilment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat hemm parkeġġ reservat għall-Persuni b'diżabilita.

Korsijiet tal-ETC f'Għawdex

Question

Peress li f'Għawdex mhux qed isiru korsijiet tal-ETC dwar literacy for employment tal-Malti u tal-Ingliz, minkejja li l-applikanti ilhom jiġu mwiegħda li dawn se jsiru, jista' l-Ministru jara li dawn il-korsijiet isiru?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul is-snin li ghaddew gew organizzati diversi korsijiet tal-Literacy for Employment f’Ghawdex kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll fil-lingwa Ingliza. Bejn 2006 u 2007, disgha w sittin (69) klijent attendew wiehed mit-tmin (8) programmi u gew organizzati gewwa Ghawdex. Ninsab informat ukoll li fl-2008 saru tlett programmi u attendew sittax-il ( 16) klijent; erbatax-il ragel (14) u zewg (2) nisa, dan ghaliex qed isir ristrutturar tal-korsijiet, fejn tali korsijiet u korsijiet ohrajn ser jiffurmaw parti minn programm shih li ser ikun parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Għawdex — Tagħlim għal adulti

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'Għawdex x'opportunitajiet jeżistu għal dawk l-adulti li jixtiequ jieħdu tagħlim bażiku tal-Malti, Ingliż u Matematika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fil-prospett ‘Tagħlim Tul il-Ħajja’ 2008/2009 (paġna 42), ġew offruti dawn il-korsijiet fil-Basic Literacy: Malti Bażiku, Ingliż Bażiku u Malti għal min hu barrani. Noffru wkoll Matematika f’livell Ordinarju, Intermedjarju u Avvanzat.
Leg 11 PQ #4852 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment u uffiċini tal-gvern — Aċċessibilita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fid-dipartimenti u uffiċini tal-Gvern f'Għawdex biex jiġu ndirizzati l-problemi ta' aċċessibilità għal dawn il-postijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4853 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnuna lill-għaqdiet tal-persuni b'diżabilita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma wettaq il-Ministeru u x'għajnuna ta lill-għaqdiet tal-persunu b'diżabilità f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi minn barra l-ħidma imwettqa kif spjegat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 4852 b'risq persuni b'diżabilita', matul is-sena li għaddiet il-Ministeru iffirma ftehim mal-Federezzjoni Għawdxija Persuni b'Diżabilita' għat-twaqqif ta' one-stop-shop għas-servizzi kollha li jingħataw f'dan il-qasam.

Għawdex — Avukati u nutara

Question

Peress li f'Għawdex l-avukati u nutara prattikanti qed jiltaqgħu ma' problemi kbar fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom minħabba l-fatt li ma jistgħux jaraw denunzji minħabba l-att dwar il-protezzjoni tad-data u peress ukoll li din hija sitwazzjoni anomala meta jitqies il-fatt li biex tara dikjarazzjoni causa mortis mingħand nutar hija ħaġa sempliċi ħafna, jista' l-Ministru jara li din l-anomalija tiġi ndirizzata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data qiegħed jindirizza l-imsemmija anomalija sabiex jiġi stabbilit jekk din il-prattika tmurx kontra l-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Protezzjoni u Privatezza tad-Data.

Għawdex — Reati mwettqa fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' reati mwettqa fuq it-tfal matul is-snin 2007 u 2008 u jindika l-etajiet tat-tfal involuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 2007 u 2008, tmien (8) persuni tressqu l-Qorti t’Għawdex in konnessjoni ma’ reati mwettqa fuq it-tfal. L-etajiet tat-tfal involuti kienu hekk: Numru ta’ każ Etajiet tat-tfal involuti (snin) 1 3 1 12, 13, 14, 15, 15 u 15 4 (jirreferu għall-istess minuri) 14 1 14 1 13

Reserved parking għal persuni b'diżabilità

Question

Peress li rċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw għaliex minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika u allura kull min għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker; peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabiltà li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jigi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.