Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanta li ġew intavolati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-bini tal-Qorti l-ġdid?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanti sottomesse lil MEPA rigward il-bini tal-Qorti l-Ġdid.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanta li ġew intavolati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-bini tal-pixxina f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanti sottomessi lil MEPA rigward il-bini ta' pixxina f'Għawdex.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanta li ġew intavolati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-bini ta' child care centre?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sussidju tal-Unjoni Ewropea fuq il-kwota tal-ħalib tar-raħħala tal-perijodu Frar 2008- Frar 2009 għadu ma ingħatax? Jista' l-Ministru jgħid meta dan ser jingħata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sussidju ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-kwota tal-ħalib tar-raħħala għas-sena ta’ reġistrazzjoni 2008, jifforma parti mill-iskema ta’ Pagament Uniku li daħlet fis-seħħ mis-sena 2007. Il-Pagament tas-Sena 2008 irid jiġi mħallas sat-30 ta’ Ġunju 2009.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2903 jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm
mobile phone base station antennae
twaħħlu din is-sena lokalità b'lokalità?
b) xi kriterji stabbiliti internazzjonalment ittieħdu għat-talbiet li saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-installazzjonijiet ta’ mobile phone base station antenna huma regolati, fost l-oħrajn, minn kundizzjonijiet ta’ liċenzji jew awtoriżżazzjonijiet ġenerali maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) skond l-Att li jirregola l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399) favur operaturi li jipprovdu servizzi u networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-operaturi jġawdu wkoll minn liċenzji biex jużaw frekwenzi u jwaqqfu networks biex jipprovdu servizzi wireless.
L-imsemmija liċenzji w awtorizzazzjonijiet ġenerali huma suġġetti għal numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li:
n-network irid ikun konformi ma l-istandards rekwiżiti biex ma tiġix kkawżata interferenza fuq servizzi jew networks oħra.
l-livell ta’ radjazzjoni jrid ikun konformi ma’ l-istandards ta’ l-ICNIRP (
International Commission for Non-Ionising Radiation Protection
).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba riġward kemm twaħħlu
mobile phone base station antennae
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jinħareġ DNO mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanat u l-Ambjent fuq fond partikolari u jirriżulta li l-fond in kwestjoni kien afflitt minn irregolaritajiet tant li l-istess Awtorità toħroġ enforcement notice, dak id-DNO jistax jibqa fis-seħħ jew le, in vista ta' dak li jgħid l-Artiklu 39A tal-Kap. 356 tal-Ligijiet ta' Malta?
Tista' l-Ministru tikkonferma li r-reġistru pubbliku ser jiġi rilokat fil-kumpless Downtown fir-Rabat Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mas-sidien tal-kumpless kif ukoll kopja tal-avviz għat-tfiegħ tal-offerti jew talba għall-espressjoni ta' interess?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li r-Reġistru Pubbliku se jiġi rilokat fil-kumpless "Downtown" fir-Rabat, Għawdex. Qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-avviż bil-Malti u bl-Ingliż li deher fil-gazzetti lokali għas-sejħa għal turija ta' interess għall-kiri ta' bini sabiex dan jintuża għall-uffiċini. Qiegħda npoġġi ukoll kopja tal-ftehim li sar mal-kumpanija Downtown Ltd wara li l-Ministeru għal Għawdex kiseb l-approvazzjoni meħtieġa.
Fid-dawl tar-rapport annwali tal-Kummissarju tat-Tfal, speċjalment fir-rigward tal-problemi u d-diffikultajiet elenkati fl-istess rapport li l-uffiċċju tal-kummissarju tat-tfal qed iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikunu jistgħu joperaw, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gven biex jgħin lil dan l-uffiċċju fil-ħidma tiegħu?
Kummisjoni kontra l-Vjolenza Domestika — diffikultajiet elenkati fir-rapport annwali
Question
Fid-dawl tar-rapport annwali tal-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika speċjalment fir-rigward tal-problemi u diffikultajiet elenkati fl-istess rapport li l-kummissjoni iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikunu jistgħu joperaw, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gven biex jgħin lil din l-Kummissjoni fil-ħidma tagħha kif ukoll x'qed jagħmel il-Gvern biex jitwettqu r-rakkmandazzjonijiet elenkati fl-istess rapport?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
abbozz ta' liġi — guardianship ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li f'din il-leġislatura jħejji abbozz ta' liġi dwar il-guardianship ta' persuni b'diżabilità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita ħejjiet abbozz fuq il-liġi dwar il-guardianship ta' persuni b'diżabilita. Fil-preżent għaddejja diskussjoni bejn il-Ministeru tiegħi, il-Kummissjoni u l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali biex tittieħed deċizjoni jekk il-Gvern għandux jkompli bit-tħejjija ta' dan l-abbozz. Din id-diskussjoni qed tieħu konsiderazzjoni fatturi oħrajn fosthom il-bżonn ta' liġi ġdida dwar is-Saħħa Mentali u l-obbligi li Malta se jkollha meta nirratifkaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilita.
Peress li ħafna koppji li qegħdin fi proċess ta' adozzjoni minn barra jkollhom bżonn isiefru ħafna u peress li l-adoption leave mhux biżżejjed, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li dan it-tip ta' leave jigi modifikat u estiż biex ikopri s-safar kollu konness mal-proċess tal-adozzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ ta’ adozzjoni minn barra minn Malta, mal-ħames ġimgħat leave għal adozzjoni bi ħlas, l-uffiċjali pubbliċi jingħataw sa tlett xhur leave bla ħlas li jinqasmu skond il-bżonn, biex ikopru s-safar kollu tal-proċess dwar l-adozzjoni.
Tajjeb li jingħad ukoll li l-ġenituri adottivi jistgħu jutiliżżaw sena
leave
bla ħlas bħala
‘parental leave’
għal kull tifel/tifla adottat/a u sa ħames snin
leave
bla ħlas bħala
‘career break’
.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja sa mit-twaqqif tagħha ftit xhur ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja ddiskutiet azzjonijiet diversi li tista’ tieħu fuq il-bażi tas-tisħiħ tax-xogħol tagħha fil-pass reċenti u l-bżonnijiet preżenti. Ġie evalwat u tkompla l-proġett ta’ ħidma f’komunitajiet vulnerabbli bi sħab mal-Fondazzjoni San Jeanne Antide. Fil-futur qarib se tħabbar l-ewwel attivita’ pubblika tagħha: Seminar pubbliku bbażat fuq it-tnedija ta’ żewg pubblikazzjonijiet ġodda ta’ riċerka tal-Kummissjoni. Iktar ‘il quddiem se jitħabbru iktar inizjattivi nazzjonali.
Peress li r-residenti tal-parti t'isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ser jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tissolva l-problema li qed tindika l-Onorevoli Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4677, peress li r-residenti tal-parti ta' isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4677.
Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iżvilupp ġew sottomessi għand l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent dwar żvilupp f'Għawdex separatament fis-snin 2007 u 2008?
Kemm applikazzjonijet għall-iżvilupp ġew ippreżentati fl-istess snin fuq żvilupp f'Malta u Għawdex, separatament, fis-snin imsemmija?
Kemm minn dawn l-applikazzjonijet ġew sottomessi minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Għawdex u kemm minn periti li għadhom l-uffiċċju tagħhom Malta, separatament, sena b'sena fl-2007 u fl-2008?
Kemm kien il-massimu ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn perit wieħed jew partnership ta' periti wieħed, separatament, f'Malta u f'Għawdex fl-2007 u fl-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema ta' l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
B'riferenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari, fis-sistema tal-informatika tal-Awtorita' dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tinżammx informazzjoni dwar jekk perit applikax dirett f'ismu jew f'isem xi
'partnership'
jew kumpanija u għalhekk din il-parti tal-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-file ta' l-Uffiċċju Konġunt, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għadu ma ġiex ipproċessat minkejja li ilu miftuħ tmien snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt, se jiffinaliżża dan il-każ fl-iqsar żmien possibli.