Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6407 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq Qortin - Ilma

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Qortin, Nadur, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-kwantità ta' ilma li din it-triq qed iżżomm kif ukoll dwar l-istat ħażin tat-triq u dan b'inkonvenjent għall-istess residenti, tista` l-Ministru tara li din il-problema tiġi ndirizzata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija taqa' fir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita', nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6409 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista` l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta' x'ġara minn meta għalqet il-biċċerija f'Għawdex biex suppost reġgħet infettħet wara ftit xhur u tgħid għaliex kien hemm dan id-dewmien kollu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jien infurmata li minn meta għalqet il-biċċerija nħarġet offerta għal estensjoni tal-bini u saret il-kostruzzjoni. Inħarġet ukoll offerta għal Disinn, Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' apparat tal-biċċerija u Servizzi Anċillari fejn ħadd mill-offerti ma kien skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta. L-offerta reġgħet inħarġet u wara li l-bord tal-evalwazzjoni ta l-konklużjonijiet tiegħu kien hemm oġġezzjonijiet minn żewġ offerenti u l-appell tagħhom mistenni jinstema' fi ftit żmien ieħor. Sadanittant qiegħda ssir parti oħra mill-bini permezz ta' ħaddiema tal-Gvern.

persuni autistic

Question

Jista` l-Ministru jghid jekk tinżammx statistika dwar in-numri ta' persuni autistic f'pajjiżna u jekk fl-affermattiv iforni l-informazzjoni dwar dan? Jista` jgħid x'għajnuniet u benefiċċji huma intitolati għalihom persuni autistic?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għandha reġistru ta' persuni li volontarjament jirreġistraw magħha. Dan ir-reġistru jinkludi din l-informazzjoni; a) isem u kunjom b) lokalita' (skond il-kunsilli lokali) ċ) eta' d) is-sess e) tip ta' nuqqas (diżabilita- jekk hix: nuqqas fiżiku, intellettwali, psikoloġiku, tas-smigħ jew tal-vista) Għalhekk il-Kummissjoni ma għandhiex statistika separata għall-persuni li għandhom l-awtizmu. Persuni li għandhom l-awtiżmu jibbenefikaw mis-servizzi li huma miftuha għall-persuni b'diżabilita skond il-kriterji ta' kull benefiċċju.u skond il-kundizzjoni tal-individwu. Eżempju persuna b'awtużmu sever li trid tkun akkumpanjata l-ħin kollu tista' tibbenefika mis-servizz tal-Blue Sticker.

Herceptin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4583, jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet ordnata Herceptin mill-Gvern? Kemm swiet din l-ordni u meta ser tibda tiġi fornuta lill-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li s'issa saru żewġ ordinijiet għall-Hercepitin. Waħda ta' 10 fjala li waslu fl-24 ta' Novembru 2008 u ordni oħra ta' 50 fjala li saret f'Diċembru u li 10 minnhom diġa waslu. Il-prezz kien ta' £450 kull fjala fiż-żewġ ordnijiet. Ħarġet ukoll tender permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti li bħalissa qegħda tiġi aġġudikata. Ninsab informat ukoll li 8 fjali ġew fornuti lill-pazjenti.
Leg 11 PQ #6132 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema mal-gvern — dixxiplina kontra tagħhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati tal-Gvern li kellhom proċeduri ta' dixxiplina kontra tagħhom fis-sena 2008? Mill-liema dipartiment ġejjien? Jekk fl-affermativ, dan il-każ tela' quddiem bord? Jekk il-każ ġie deċiż, x'kienet il-piena inflitta għal kull każ? (Dan kemm jekk il-każ ġiex deċiż mill-bord jew mid-direttur skond il-każ)

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Għawdex — terminal - manutenzjoni ħabba xita

Question

Peress li kull meta tagħmel ix-xita, it-terminal tal-passiġġieri f'Għawdex jimtela' bl-ilma, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kaġun ta' dan u x'qed isir biex dan jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din ix-xitwa żviluppaw problemi lokalizzati ta’ dħul ta’ ilma fit-terminal ta’ l-Imġarr. Kawżi huma relatati ma’ xi problemi ta’ waterproofing u expansion joints . It-terminal mhux qed “jimtela bl-ilma” u l-ilma li qed jidħol qed jiġi kkontrollat mill-operatur tat-terminal, il-Gozo Channel Co. Ltd. Xi xogħolijiet ta’ manutenzjoni diġa saru biex twaqqfu xi wħud mill-problemi ta’ l-ilma. Hemm ukoll xi xogħolijiet li għalihom ħarġet offerta pubblika.

Mġarr — Parkeġġ - illuminazzjoni mhux adegwata u senjaletika mhux ċara

Question

Peress li qed ikun hemm ilmenti li s-senjaletika fil-parkeġġ tal-Imġarr mhux ċara biżejjed u hemm ukoll problema ta' illuminazzjoni mhux adegwata u in konsegwenza ta' dan ħafna qed ilaqtu ċitazzjonijiet appuntu għax mhux qed jaraw is-sinjal, jista' l-Ministru ġentilment jindirizza din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil-ADT.
Leg 11 PQ #6135 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xewkija — Triq il-Kbira

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5796 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li Triq il-Kbira, fix-Xewkija, tinsab fi stat diżastruż b'ħafna ħofor kbar u fondi b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq li ħafna minnhom huma anzjani, jista' jara li jsiru x-xogħlijiet rimedjali meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6009 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru pubbliku fil-kumpless Downtown

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5602, tista' l-Ministru tgħid min irrisponda għas-sejħa għal turija ta' interess barra l-kumpannija li ħadet il-kuntratt? Tista' tgħid għaliex saret sejħa għal turija ta' interess u mhux tender u min ħa d-deċizzjoni dwar dan il-fatt? Min ta l-apporvazzjoni li ssemmiet fil-mistoqsija parlamentari imsemmija u meta ngħatat din l-approvazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li b'kollox il-Ministeru għal Għawdex irċieva tnax-il espressjoni ta' interess mingħand dawn l-applikanti għall-kiri ta' bini bil-ħsieb li dan jintuża għall-uffiċini: Paul Attard, Downtown Ltd., John Mizzi, Joseph Axiak, Victor Zammit, Rose Sultana, Brian J. Attard, John Galea, (Orienti Holidays Ltd.), Tiġrija Developments Ltd., John u Salvina Pace, General Tech Services Ltd., u Island Developments Ltd. Il-Ministeru ħareġ sejħa għal turija ta' interess u mhux sejħa għall-offerti peress li ma kienx magħruf il-prezz fis-suq ta' kirjiet simili. Minkejja dan, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ħareġ din is-sejħa għal turija ta' interess fil-gazzetti lokali kollha. L-approvazzjoni għall-għoti tal-kiri ta' dan il-bini ngħatat mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment fl-14 ta' Mejju 2008.
Leg 11 PQ #6128 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru telenka d-direct orders maħruġa mill-Ministeru fl-aħħar sitt xhur u tagħti d-dettalji kollha relatati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħta f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #6129 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — tenders

Question

Tista' l-Ministru telenka t-tenders kollha maħruġa fl-aħħar sitt xhur mill-Ministeru u tagħti d-dettalji kollha relattivi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #6130 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Vetturi mikrija għal-użu ta' dipartimenti governattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vetturi għall-użu ta' kull dipartiment governattiv f'Għawdex? Tista' tgħid ukoll mingħand min huma mikrija u b'kemm kull ġurnata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #6131 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċentru tal-Università - studenti gradwati u b'impjieg

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawk l-istudenti li gradwaw miċ-Ċentri tal-Università f'Għawdex fl-aħħar tliet snin kienu impjegati governattivi, f'liema dipartiment huma impjegati u f'liema grad, jekk wara l-gradwazzjoni bidlux l-impjieg/grad/dipartiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #5559 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — DNO

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jinħareġ DNO mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq fond partikolari u jirriżulta li l-fond in kwestjoni kien afflitt minn irregolaritajiet tant li l-istess Awtorità toħroġ enforcement notice, dak id-DNO jistax jibqa fis-seħħ jew le, in vista ta' dak li jgħid l-Artiklu 39A tal-Kap. 356 tal-Ligijiet ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ kif spjegat ma jwassalx sabiex wieħed jista’ jikkunsidra jekk id-DNO li ġie sottomess lill-awtorità jistax jiġi b'xi mod revokat jew emendat taħt il-provvedimenti ta' l-artikolu 39A tal-Kap 356 tal-Liġijiet ta' Malta. Il-MEPA tanalizza kull każ fejn jiġu inkovati l-provvedimenti ta' l-artikolu 39A skond il-fatti speċi ta' dak il-każ.
Leg 11 PQ #5388 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati mas-Servizz Pubbliku — Proċeduri Kriminali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-impjegati mas-servizz pubbliku li fl-aħħar ħames snin inqatgħu proċeduri kriminali kontra tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 165 każ kriminali li nqatgħu mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara li l-uffiċjali pubbliċi involuti nstabu ħatja b’sentenza tal-Qorti.

Cirkewwa — Spazju għal parkeġġ

Question

Peress li fiċ-Ċirkewwa qed jingħataw ħafna ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali minħabba kontravenzjonijiet ta' sinjali, peress li f'dawk l-inħawi fejn ikun hemm ipparkjati l-vetturi, li ħafna minnhom ikunu ta' Għawdxin li ta' kuljum jiġu Malta għax-xogħol, mhemmx senjaletika, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema u cioe' billi ssir senjaletika adegwata u ċara kif wkoll jiġi provdut spazju għal parkeġġ adegwat għal dawn il-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5796 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Triq il-Kbira

Question

Peress li Triq il-Kbira, fix-Xewkija, tinsab fi stat diżastruż b'ħafna ħofor kbar u fondi b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq li ħafna minnhom huma anzjani, tista' l-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet rimedjali meħtieġa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija taqa' fir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita', nitlob lill-Onerevoli Nterpellant jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.