Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list fil-preżent għat-test ta' l-iSleep Apnea u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6620 u 6396 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?
Peress li fiċ-Ċirkewwa qed jingħataw ħafna ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali minħabba kontravenzjonijiet ta' sinjali, peress li f'dawk l-inħawi fejn ikun hemm ipparkjati l-vetturi, li ħafna minnhom ikunu ta' Għawdxin li ta' kuljum jiġu Malta għax-xogħol, mhemmx senjaletika, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema u cioè billi ssir senjaletika adegwata u ċara kif wkoll jiġi provdut spazju għal parkeġġ adegwat għal dawn il-vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita Marittima ser tistħarreġ l-ilment inkwistjoni billi tiddiskuti mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex jittieħdu l-miżuri meħtiega għall-benefiċċju tal-pubbliku.
Jista' l-Ministru jelenka kemm hemm istallati antenni ta' telekomunikazzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament u jindika fejn qegħdin u jekk huwa possibbli jingħata l-indirizz ta' fejn jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' installazzjonijiet ta' antenni ta telekomunikazzjoni fil-gżejjer Maltin jammonta għal 2,114.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi il-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6396 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5796 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li Triq il-Kbira, fix-Xewkija, tinsab fi stat diżastruż b'ħafna ħofor kbar u fondi b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq li ħafna minnhom huma anzjani, jista' jara li jsiru x-xogħlijiet rimedjali meħtieġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-triq indikata mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-kunsill lokali Xewkija.
Peress li fl-incubation centre l-ġdid hemm ħafna konsenturi u qed jidħol ilma minn kullimken tant li l-ħitan l-ġodda ħdaru bil-moffa u l-ilma qiegħed jidħol ukoll mill-fili, tista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru biex tiġi rranġata l-ħsara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi qed jittieħdu il-miżuri neċessarji biex fejn hemm xi ħsarat jiġu rranġati.
Peress li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jinħass il-bżonn ta' uffiċċju u servizz ta' probation officers f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid jekk taqbilx li wasal iż-żmien li f'Għawdex ikollna dan it-tip ta' servizz u jekk il-Gvern għandux pjanijiet sabiex fil-futur qrib ikollna appuntu dan is-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li fil-ġimgħat li ġejjin se jsiru l-korsijiet għal Learning Support Assistants li ser isiru f'Malta, u peress li hemm ħafna LSAs Għawdxin li jixtiequ jagħmlu dan il-kors, tista' l-Ministru tikkonsidra li jsir kors f'Għawdex bħalma ġieli saru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għadu kmieni wisq biex wieħed jiddetermina jekk jistax isir il-kors Għawdex peress li dan il-kors ser jattendu għalih Supply Learning Support Assistants skond is-seniority tagħhom.
Istallar ta' antenni u appart ta' telekomunikazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi u DNOs fir-rigward istallar ta' antenni u apparat ieħor ta' telekomunikazzjoni kemm fiss kif ukoll ċellulari f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u kemm ġew iritirati?
Jista' l-Ministru jelenka kemm hemm istallati antenni ta' telekomunikazzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament u jindika fejn qegħdin u jekk huwa possbli jingħata l-indirizz ta' fejn jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li qed isiru ħafna ilmenti minħabba skart li qed jakkumula fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għaliex tnassqu l-iskips u dan qed joħloq inkonvenjenti ta' rwejjaħ u mikrobi li ċertament mhumiex aċċettabli imkien tanto meno fi sptar, tista' l-Ministru tara li dan jiġi indirizzat minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex l-iskart ta' l-Isptar jiġi mmaniġjat bl-aħjar mod.
Fid-dawl tar-rapport annwali tal-Kummissarju tat-Tfal, speċjalment fir-rigward tal-problemi u d-diffikultajiet elenkati fl-istess rapport li l-uffiċċju tal-kummissarju tat-tfal qed iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikunu jistgħu joperaw, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gven biex jgħin lil dan l-uffiċċju fil-ħidma tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Il-ħtiġijiet ta' riżorsi ta' kull entita' fil-Gvern ikunu analizzati regolarment u jinqdew skond prioritajiet dettati minn limitazzjonijiet ta' riżorsi umani u budgetarji.
Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tista` l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-indafa fit-triq imsemmija hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-lokalita'. Għaldaqstant nitlob lill-Onoreevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jgħid jekk hux ser ikun hemm xi żviluppi f'dan il-każ u każijiet oħra simili?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.