Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'ġie implimentat wara l-emendi li saru fil-liġi dwar l-adozzjoni fl-2008? Jista' jgħid hemmx aġenziji akkreditati u jgħid liema huma?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm staff li ħalla l-impjieg tiegħu fl-Aġenzija Appoġġ f'dawn l-aħħar sitt xhur u x'kien l-impjieg u kemm ġew ingaġġati nies u f'liema impjieg ma' l-istess aġenzija fl-istess żmien ta' sitt xhur?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Ħallew l-impjieg tagħhom - 2 full-time social workers, 2 part-time social workers, 1 part-time support worker.
Ġew ingaġġati - 1 full-time psychologist, 2 full-time social workers, 4 full-time support workers, 3 part-time support workers
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet maħsuba biex persuni bl-awtiżmu u l-familjari tagħhom ikollhom iktar għajnuniet anke fid-djar permezz ta' care workers?
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li dawk l-learning support assistants li ħadu d-diploma hux ser jaqbżu lil dawk li ma għandhomx diploma fis-seniority biex jiġu jaħdmu Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-bidu ta’ April ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Learning Support Assistants (LSAs) kwalifikati bid-Diploma fl-Edukazzjoni Inklussiva ta’ l-Universita’ ta’ Malta biex jimlew postijiet vakanti fil-grad ta’ LSA II. Id-data ta’ l-għeluq għall-applikazzjonijiet hija it-8 ta’ Mejju 2009.
L-applikanti se jiġu msejħa biex joqgħodu għall-intervista quddiem Bord tal-Għażla sabiex jiġi stabbilit humiex adattati għal dan il-grad.
Ir-riżultat ta’ l-intervista jiddetermina l-anzjanita’ fost l-applikanti li jgħaddu. Dawn jiġu ppustjati fl-iskejjel skond l-anzjanita’ kif rifless fir-riżultat.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijet għandu l-Gvern biex f'Għawdex ikollna bini biex jilqa' tfal u minuri li jkollhom problema familjari, challenging behaviour jew problemi oħra simili?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjanijiet li qed tirreferi għalihom jinsabu fi stadju preliminari. Għalhekk informazzjoni tkun tista' tingħata aktar 'l quddiem.
Kummissjon Elettorali — miżuri għal nies neqsin mid-dawl biex jivvutaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Kummissjoni Elettorali biex fl-elezzjonijiet li ġejjin, persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot mingħajr ħtieġa tal-intervent tal-AEC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-elezzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni Elettorali ser tipprovdi l-istess faċilitajiet li ngħataw lill-persuni neqsin mid-dawl fl-elezzjoni ġenerali u fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-8 ta’ Marzu, 2008. Dawn ikunu jistgħu jimlew huma stess il-polza tal-votazzjoni permezz ta’ template tal-Braille f’wieħed mill-kompartamenti fl-istess kamra tal-votazzjoni mingħajr għajnuna diretta tal-Assistenti Kummissjonarji. Ma’ din ikun hemm ukoll, għal min jixtieq, audio cd fejn wieħed jista’ jisma’ privatament, dejjem fil-kompartament, il-qari tal-polza tal-vot b’mod adegwat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Gozo Channel fl-aħħar tliet xhur u jgħid f'liema grad jew mansjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ahhar tliet xhur ġew ingaġġati dawn li ġejjin (3 ħaddiema):
·
2nd Engineer
Filippin b’kuntratt definit
·
Chief Officer
·
Chief Executive Officer
(CEO)
Peress li bdiewa qed jilmentaw li qed isir tnaqqis ta' 25% mill-ammont ta' sussidju għat-tadam, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isir dan it-tnaqqis?
Peress li f'pajjiżna qed jitwaħħlu diversi antenni tat-telekomunikazzjoni u b'hekk qed ikollna antenni qrib xulxin b'konċentrazzjoni ta' emissjonijiet elettro manjetiċi, jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'miżuri qed tieħu l-Awtorità tal-Kommunikazzjoni biex jiġi moniterjat l-impatt ta' dan kollu fuq is-saħħa tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li diversi nies li pparteċipaw fl-edizzjoni tan-Notte Gozitana tas-sena l-oħra għadhom ma tħallsux, tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li din is-sitwazzjoni qed tiġi kkunsidrata u l-pagamenti dovuti jiġu mħallsa
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm biex tiddaħħal iktar sigurtà fil-Qorti ta' Għawdex u meta ser jiddaħħal apparat ta' metal detection bħal fil-Qorti ta' Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex titjieb is-sigurta' fil-Qorti ta' Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallas il-kumpens għall-porzjon raba' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ġie esproprjat mill-Gvern snin ilu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'rimedju għandhom l-istudenti li ġiet rifjutata t-talba tagħhom għall-għoti ta' learning support assistants? Hemm xi appell minn din id-deċiżjoni? Jekk fl-affermattiv, kemm hu t-terminu ta' żmien biex isir dan l-appell?
Peress li l-ġenituri ta' studenti b'learning support assistants li ser joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC ġew infurmati li jridu jiġu assessjati t-tfal mit-tobba tal-Gvern u mhux ser jiġu aċċettati assessments privati; peress li l-waiting list għal dan it-tip ta' assessjar hija twila u ħafna ġenituri qed jibżgħu li ma jilħqux jagħmlu l-assessment sa żmien l-eżamijiet, xi pjanijiet għandu l-Gvern biex kull tifel u tifla li għandhom bżonn dan l-assessment jiġu assessjati fil-ħin qabel l-eżamijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta tiġi rrifjutata talba għall-għoti ta’ Learning Support Assistant, wieħed jista’ jappella mal-Bord tal-Appell. It-terminu ta’ żmien biex isir dan l-appell huwa ta’ tlett xhur mid-data tar-rapport maħruġ mill-iStatementing Moderating Panel.
Fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, l-assessjar ta’ tfal fir-rigward tal-eżamijiet tal-MATSEC isir minn psikologi edukattivi. Id-Direttorat diġa’ ħareġ applikazzjonijiet għal
trainee psychologists
biex ikompli jsaħħaħ is-servizzi psikoloġiċi għall-iskejjel.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'ġie implimentat wara l-emendi li saru fil-ligi dwar l-adozzjoni fl-2008? Jista' jgħid hemmx aġenziji akkreditati u jgħid liema huma?
Liġi dwar l-adozzjoni — Sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali
Question
Fid-dawl tas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali fejn il-liġi dwar l-adozzjoni ġiet dikjarata diskriminatorja fil-konfront tal-koppji miżżewġa, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex tiġi rimedjata din id-diskriminazzjoni?
Peress li s-sit elettroniku tal-Aġenzija Appoġġ, senjatament dik il-parti li tirrigwarda l-adoption unit ilha ma tiffunzjona għal xi żmien, jista' l-Ministru jgħid għaliex u meta ser tibda terġa' tiffunzjona?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li s-sit elettroniku tal-Aġenzija Appoġġ, senjatament dik il-parti li tirrigwarda s-servizz tal-Adozzjoni, dejjem kienet aċċessibbli imma għal perjodu ta’ żmien ma kienx teknikament possibbli li titpoġġa informazzjoni jew isir tibdil fiha. Dan minħabba li meta sit hosted għand il-MITA jsirlu tibdil – inkluż żieda ta’ informazzjoni, bħal ma kien jirrikkjedi dan il-każ - irid jgħaddi minn proċess ta’ testing u scans minħabba kwistjonijiet ta’ sigurtà. Dan il-proċess issa tlesta u l-informazzjoni qiegħda online għad-dispożizzjoni ta’ kulħadd http://www.appogg.gov.mt/childrenservices_adoption.asp.
Matul dan il-perjodu fejn din l-informazzjoni ma kinitx tidher, kull min irrefera għand l-Aġenzija Appoġġ għal informazzjoni dwar is-servizz tal-Adozzjon, din ingħatat – kemm permezz tas-servizz Supportline 179, il-linja tal-Appoġġ 22959000 jew permezz ta’ email fuq appogg@gov.mt li hu aċċessibbli wkoll mill-istess
website
tal-Aġenzija (www.appogg.gov.mt).