Skejjel statali — Livell medju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell medju, li laħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel kienu?
Skejjel statali — Livell sekondarju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell sekondarju, li laħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel kienu?
Skejjel statali — Livell primarju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell primarju, li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel qegħdin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika msemmija, mill-iskejjel statali primarji, medji u sekondarji, saru 3 talbiet minn SLTs sabiex jibqgħu fil-kariga tagħhom wara l-età tal-irtirar.
Skejjel statali — Livell medju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell medju, li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel qegħdin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29832.
Skejjel statali — Livell sekondarju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell tas-sekondarja, li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel qegħdin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29832.
Tagħlim ta’ lezzjonijiet privati — Regolamentazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed iħejji politika li tirregola t-tagħlim tal-lezzjonijiet privati mhux fil-ħin tal-iskola biex ikunu restritti għall-għalliema kwalifikati u liċenzjati biss?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hi fin-negattiv.
Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-MUT
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-MUT? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni saret ma' diversi stakeholders.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-Year 6 li matul din is-sena skolastika (2023-2024) qed jattendu fl-Iskola Primarja tal-Imġarr u huma minn Burmarrad, humiex se jkunu qed ikomplu l-Year 7 fil-Middle School tar-Rabat jew jekk hux se jkomplu f'kulleġġ ieħor? Jekk mhux se jkomplu fl-istess Kulleġġ ta' San Nikola, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-istudenti hux se jkollhom it-trasport provdut f'kull każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li l-lokalità ta' Burmarrad tagħmel parti mill-Kulleġġ Marija Reġina u mhux parti mill-Kulleġġ San Nikola, l-istudenti li attendew l-iskola medja matul is-sena skolastika 2024/2025, attendew fil-kulleġġ rispettiv tagħhom.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull student li jattendi l-iskola fil-kulleġġ rispettiv tiegħu jew tagħha, ikun ipprovdut bis-servizz tat-trasport.
Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja – Tender għal Arja kkundizzjonata
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19651, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħruġ ta’ tender u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?
MCAST — Bachelors of Science Honours in Nursing Studies - Ħlasijiet għall-placements
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-payslip għall-ħlasijiet għall-placements li saru mill-perjodu bejn it-22 ta' April 2024 u l-31 ta' Lulju 2024 mill-istudenti tal-MCAST li qed isegwu Bachelors of Science Honours in Nursing Studies ingħatatx? Jekk le, għaliex ma ngħatatx u meta ser tkun qed tingħata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li billi s-Summer placement huwa parti integrali mill-kors li qed isegwu dawn l-istudenti, tant li jekk ma jagħmlux il-placements ma jkunux jistgħu jiggradwaw, il-ħlas tas-Summer placement jitħallas f'forma ta' grant permezz tas-SEPA. Il-ħlas tal-grant jiġi affettwat direttament mill-Bank Ċentrali ta' Malta u sussegwenti ma tinħareġ l-ebda payslip għax ma jaqax fil-kategorija ta' ħlas ta' salarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema tal-Physics nieqsa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, u jelenka f'liema skejjel hemm anqas għalliema minn kemm hemm bżonn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx għalliema nieqsa.
MCAST – studenti tat-tieni sena li rriżenjaw minn korsijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24938 u jgħid kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu jinsabu fit-tieni sena mill-perjodu ta' Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MCAST ser tippubblika rapport komprensiv aktar tard matul din is-sena.
MCAST – studenti tal-ewwel sena li rriżenjaw minn korsijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24937 u jgħid kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu għadhom fl-ewwel sena mill-perjodu ta' Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-direzzjoni għall-istudenti tal-Core Curriculum Programme (CCP) classes waqt l-eżamijiet annwali? Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu li qed tingħata gwida lill-kapijiet tal-iskejjel biex dawn l-istudenti ma jattendux l-iskola fil-perjodu tal-eżamijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma ngħatat l-ebda struzzjoni lill-kapijiet tal-iskejjel biex dawn l-istudenti ma jattendux l-iskola matul il-perjodu tal-eżamijiet. Dawn l-istudenti jibqgħu jattendu l-iskola u jkollhom il-programm tagħhom kif ġie ppjanat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25768, jista' l-Ministru jgħid xi jrid ifisser bi ‘grad’ u ‘seniority’? Jista' jispeċifika jekk hux jintgħażlu skont ir-ranking order jew il-‘grad’ u s-‘seniority’?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bi 'grad' jew 'seniority', qed infissru li l-LSEs ikunu fil-pussess ta' kwalifiċi f'MQF level 6 jew Diploma f'MQF level 5 jew Ċertifikar f'MQF level 5.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27185 dwar l-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ta’ rinnovar ser isir u jipprovdi iktar informazzjoni? Jista’ jgħid ukoll meta huwa mistenni li jinbeda u jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab pubblika kif qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Balzan – Triq Birbal – Miżuri ta’ traffic calming
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx miżuri għal traffic calming ippjanati fi Triq Birbal, Ħal Balzan? Jekk iva, x’qed ikun ippjanat li jsir? Jekk le, peress li din hija triq arterjali, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex hemm biss żewġ speed bumps f’parti mit-triq u mhux fit-triq kollha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Trasport Malta m’għandha l-ebda talba pendenti relatata ma’ miżuri ta’ traffic calming fi Triq Birbal.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29196 u jgħid jekk kienx hemm eżamijiet fl-Università li kienu affettwati minħabba qtugħ ta’ elettriku u jekk iva, jelenka liema kienu? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Università għandhiex generators?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-Università infurmatni li l-ebda eżami ma ġie affettwat. Infurmat ukoll li l-Università tħaddem sistema ta’ generators.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28965 u jgħid jekk hemmx ħsieb li fl-Iskola Maltija tal-Arti Viżwali u Performattiva (MVPA) jinbena teatru ġdid minflok dak li hemm illum, li bħalissa jinsab magħluq u fi stat strutturali ħażin? Jekk se jinbena teatru ġdid, jista’ l-Ministru jagħti timeframe għal dan? Jista’ jgħid ukoll x’ġara mix-xogħlijiet li kienu bdew fuq it-teatru qabel l-elezzjoni li għaddiet, iżda li waqfu ħesrem eżatt wara li għaddiet? Jista’ wkoll jispjega kif skola bħall-MVPA, fejn teatru huwa indispensabbli għat-tagħlim u t-taħriġ, tħalliet mingħajr teatru f’dawn l-aħħar tmien snin li ilha miftuħa l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett qiegħed jiġi kkordinat bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-FTS u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Università ta’ Malta — Applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29012 u jgħid x’kienet l-ispiża totali mħallsa mill-Università ta’ Malta fl-2023 u fl-2024 sabiex applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor jiġu mgħarbla mill-Association of Commonwealth Universities f’Londra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
· Mill 01/08/2022 - 31/07/2023 - £68,950.00
· Mill 01/08/2023 - 31/07/2024 - £79,190.00
· Mill 01/08/2024 - 31/07/2025 - L-ispiża għal dan il-perjodu tiġi finalizzata fix-xahar t’Awwissu.