Diretturi, Assistent Diretturi, EOs u HoDs — Interviews
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru interviews għal gradi ta’ Direttur, Assistent Direttur, EOs u HoDs li jagħmlu parti mill-Ministeru matul il-perjodu ta’ Jannar tal-2024 u Mejju tal-2025, u għal kull kariga, jelenka min kienu l-persuni li ħadu l-kariga?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi saru mal-94 interview għall-karigi msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti ta’ prostituzzjoni f’xi fond li d-detalji dwar it-triq qed jintbagħtu separatament, matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Jekk iva, x’passi ttieħdu?
Skejjel statali tal-primarja — Għalliema li ser jilħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm edukaturi fl-iskejjel statali tal-primarja li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ wkoll jelenka f’liema skejjel huma?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel statali dawk primarji, medji u sekondarji, matul is-sena skolastika msemmija kien hawn 36 għalliem li laħqu l-età tal-irtirar u baqgħu fil-kariga tagħhom.
Skejjel statali tal-medja — Għalliema li ser jilħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm edukaturi fl-iskejjel statali tal-medja li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ wkoll jelenka f’liema skejjel huma?
Skejjel statali tas-sekondarja — Għalliema li ser jilħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm edukaturi fl-iskejjel statali tas-sekondarja li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ wkoll jelenka f’liema skejjel huma?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29952.
Tista’ l-Ministru tgħid meta huma mistennija jitlestew ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq Olaf Gollcher, f’Birkirkara, u telenka x’xogħlijiet saru? Tista’ tgħid ukoll jekk il-Ministeru tagħha huwiex f’komunikazzjoni mal-Ministeru responsabbli minn Transport Malta (TM) biex ikun hemm koordinazzjoni ta’ diversions u assistenza minn TM waqt il-ħinijiet tax-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq indikata se jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. Matul l-andament tax-xogħlijiet, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet f’kordinazzjoni kontinwa ma’ Transport Malta biex ix-xogħlijiet jitwettqu bl-iktar mod effettiv u sigur.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ kemm-il persuna hemm taħdem fil-Ministeru u tagħmel xi sigħat fil-ġimgħa bħala telework? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull persuna, x’kariga għandha, kemm-il siegħa taħdem fil-ġimgħa u għal kemm huwa stabbilit il-ftehim li għandha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni hemm 262 uffiċjal pubbliku li qed jagħmel użu mit-telework fil-ġimgħa. Il-ftehim dwar is-siegħat huwa stabbilit għal sena. Sabiex tiġi mġedda din il-formola trid timtela mill-ġdid.
Għal fini ta’ privatezza, informazzjoni ulterjurji mhux ser jiġu ppubblikati.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Posts għal Assistent Direttur u Direttur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il post ta’ Assistent Direttur u Direttur fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni mtela minn okkupant ġdid/a matul il-perjodu Mejju 2024 sa Mejju 2025? Jista’ jelenka liema kienu dawn il-posts u min ingħata tali karigi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mtlew tlett postijiet ġodda fuq livell ta’ Direttur u tlett postijiet ġodda fuq livell ta’ Assistent Direttur fil-perjodu ta’ Mejju 2024 sa Mejju 2025, kif elenkat hawn taħt:
- Direttur ġdid ta’ Research & School Internal Review Directorate
- Direttur ġdid ta’ International Learners’ Directorate
- Direttur ġdid ta’ Internal Audits & Compliance Directorate
- Assistent Direttur ġdid ta’ Examinations Department
- Assistent Direttur ġdid ta’ Programme Implementation Directorate
- Assistent Direttur ġdid ta’ Planning & Strategic Foresight Directorate
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-MATSEC qiegħda tistenna li l-marki miksuba mis-School Based Assessments (SBAs) jiġu kkontestati mal-iskejjel rispettivi wara li jinħareġ ir-riżultat uffiċjali ġaladarba l-għalliema jkunu fil-perjodu tal-vaganzi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li anke fis-sessjonijiet li għaddew il-kandidati dejjem kellhom perjodu fejn setgħu jikkontestaw il-marka tal-coursework mal-iskola tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm żmien jibqgħu validi l-marki tas-School Based Assessments (SBAs) mill-ewwel darba li jkunu ppreżentati lill-MATSEC? Jista’ jgħid ukoll jekk il-marki ppreżentati għall-eżamijiet tal-MATSEC tal-2025, jibqgħux validi għal studenti li jridu jerġgħu jagħmlu l-istess eżami/eżamijiet fis-snin li ġejjin jekk kemm-il darba ma jkunux kisbu l-livell sodisfaċenti għalihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li skont ir-regolamenti taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja [SEC], il-komponent tal-iSchool Based Assessment jista’ jinżamm għall-ħames sessjonijiet tal-eżami sussegwenti mill-ewwel sottomissjoni diment li s-sillabu rispettiv ma jgħidx li dan ix-xogħol mhuwiex aktar validu.
Skejjel statali tal-primarja — Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fl-iskejjel statali tal-primarja fil-grad ta’ għalliema li laħqu l-età tal-irtirar f'xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u xorta baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka wkoll f’liema skejjel kienu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel statali dawk primarji, medji u sekondarji, matul is-sena skolastika msemmija kien hawn 35 għalliem li laħqu l-età tal-irtirar u baqgħu fil-kariga tagħhom.
Skejjel statali tal-medja — Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fl-iskejjel statali tal-medja fil-grad ta’ għalliema li laħqu l-età tal-irtirar f'xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u xorta baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka wkoll f’liema skejjel kienu?
Skejjel statali tas-sekondarja — Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fl-iskejjel statali tas-sekondarja fil-grad ta’ għalliema li laħqu l-età tal-irtirar f'xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u xorta baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka wkoll f’liema skejjel kienu?
Sena skolastika 2024-2025 — Assenteiżmu fi skejjel primarji - Ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti li attendew skola primarja tal-istat matul is-sena skolastika li għaddiet, ingħataw ċitazzjoni minħabba assenteiżmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Sena skolastika 2024-2025 — Assenteiżmu fi skejjel medji - Ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti li attendew skola medja tal-istat matul is-sena skolastika li għaddiet, ingħataw ċitazzjoni minħabba assenteiżmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Sena skolastika 2024-2025 — Assenteiżmu fi skejjel sekondarji - Ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti li attendew skola sekondarja tal-istat matul is-sena skolastika li għaddiet, ingħataw ċitazzjoni minħabba assenteiżmu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-onorarja u kemm huma l-allowances taċ-Chairman, tas-Segretarja, u tal-Membri li qegħdin fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)?
MFHEA — Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla - Fondi allokati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm alloka fondi l-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) speċifikament għall-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li bosta mill-oqsma ikkunsidrati fl-Istrategija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla mħabbra mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) f’Lulju 2024, huma diġà koperti mill-istima finanzjarja tal-ispejjez għall-operat tal- Awtorità. Inoltre, nirreleva li oqsma oħra huma koperti b’numru ta’ proġetti kurrenti u oħrajn prospettivi li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Skejjel statali — Livell primarju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell tal-primarja, li laħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel kienu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika msemmija, mill-iskejjel statali primarji, medji u sekondarji, SLT wieħed baqgħet fil-kariga tagħha wara l-età tal-irtirar.