Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST – Staff non-akkademiku – Lectures part time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat non-akkademiku fl-MCAST jagħti lectures fuq bażi part-time wara l-ħin tal-impjieg full-time tagħhom fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallsu b’mod totali l-impjegati non-akkademiċi li jagħtu lectures part-time għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fis-snin imsemmija b’kollox kien hemm 59 impjegat li taw il-lectures fuq bażi part-time wara l-ħin tal-impjieg full-time tagħhom.

MCAST – Staff akkademiku – Nefqa fuq overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta’ overtime saret minn staff akkademiku fl-MCAST u kemm kienet l-ispiża finanzjarja għal dawn is-sigħat, għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-istaff akkademiku tal-MCAST ma jaqax taħt gradi li jitħallsu bir-rati tal-overtime.

MCAST – Sejħiet għal staff maniġerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff f’pożizzjoni maniġerjali fl-MCAST fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST – Sejħiet għal staff akkademiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff akkademiku fl-MCAST fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni - Direttur finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal okkupa l-kariga ta’ Direttur Finanzjarju fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jelenka min kienu u min għandu din il-pożizzjoni bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2022 s’issa kien hemm 3 uffiċjali li differenti okkupaw din il-kariga.

Skejjel – Trasport offrut mill-istat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix regolament dwar il-ħin ta’ meta t-tfal iridu jinġabru mid-dar filgħodu bil-mezzi tat-trasport għall-iskejjel offruti mill-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll sa x’ħin iridu jitwasslu fi tmiem il-jum tal-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kuntratt attwali hemm provediment li jtenni li vjaġġi ta’ skejjel primarji tal-Istat iridu jsiru mhux aktar kmieni minn 45 minuta qabel il-ħin uffiċjali tal-ftuħ tal-iskola.  Kif tispiċċa l-iskola t-tfal iridu jinġabru sa mhux aktar tard minn 20 minuta wara li tispiċċa l-iskola uffiċjalment. Għall-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat, minħabba l-fatt li l-istudenti jinġabru minn rħula varji, il-vjaġġi jridu jsiru sa mhux aktar kmieni minn siegħa u nofs qabel il-ħin uffiċjali tal-ftuħ tal-iskola.  Kif tispiċċa l-iskola t-tfal iridu jinġabru sa mhux aktar tard minn 30 minuta wara li tispiċċa l-iskola uffiċjalment. Għal dawk l-iskejjel mhux tal-Istat, m’hemm l-ebda provediment ta’ fi x’ħin għandhom jinġabru t-tfal.  Għaldaqstant, il-Ministeru ħareġ linji gwida li m’għandhomx jibdew aktar kmieni minn siegħa u nofs qabel jew mhux aktar kmieni mis-sitta u nofs ta’ filgħodu.  Peress li dawn huma linji gwida, m’hemmx bażi legali għal infurzar.

Sena skolastika 2025-2026 - Transport service providers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ transport service providers għat-tfal, fis-settur statali, tal-knisja u tal-privat matul din is-sena skolastika? Kemm-il mezz ta’ trasport qiegħed jintuża din is-sena u kif jikkompara meta mqabbel mas-sena ta’ qabel? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm operaturi affiljati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u jipprovdi lista tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ Operaturi tinsab f’din il-ħolqa: https://edukazzjoni.gov.mt/wp-content/uploads/2025/06/NS-Service-Provider-Schools-for-Website-V.7.xlsx madanakollu l-lista tal-operaturi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ENQA – Action Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-action plan li kellu jsir rigward ir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-audit tal-European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) qed tippjana li tapplika għall-audit tal-European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) matul l-2026.

MFHEA – Istituzzjonijiet Edukattivi ġodda - Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta’ Istituzzjonijiet Edukattivi ġodda pendenti biex tinħarġilhom il-liċenzja mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Istituzzjoniijiet Edukattivi ġodda li għadejjin mill-proċess ta’ akkreditazzjoni inizjali sabiex tinħarġilhom il-liċenzja jammontaw għal: Higher Education Institutions, Further and Higher Education Institutions 21 Further Education Institutions 19

MFHEA – Akkreditazzjoni tal-programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm programmi li qed jistennew akkreditazzjoni mill-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa n-numru ta’ programmi li kienu għadejjin mill-proċess ta’ akkreditazzjoni inizjali jammontaw: Higher Education Institutions, Further and Higher Education Institutions 103 Further Education Institutions 41

Klabb Naħla - Intervention Literacy Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Intervention Literacy Programme tal-Klabb Naħla hux ser ikun qed jingħata f’dan l-ewwel term skolastiku? Jekk le, jista’ jgħid għaliex u x’inhu l-pjan għat-tieni u t-tielet term?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-ktieb ‘Hemm Art fil-Folja’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-ktieb ‘Hemm Art fil-Folja’ se jkun disponibbli bħala textbook għat-tfal tad-disa’ sena? Jista’ jgħid ukoll x’rimedju se jingħata sakemm dan it-textbook ikun disponibbli?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji - Workbooks u kotba neqsin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jdumu biex jaslu l-workbooks u l-kotba neqsin fl-iskejjel primarji? Jista’ jgħid ukoll x’rimedju se jingħata sakemm dawn il-kotba jkunu disponibbli?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ San Benedettu - L-Iskola ta’ Ħal Kirkop - Għalliema tal-Chemistry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-Iskola ta’ Ħal Kirkop fi ħdan il-Kulleġġ San Benedettu, hemmx nuqqas ta’ għalliema tal-Chemistry? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jintbagħat għalliem jew għalliema għal din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Giovanni Curmi Higher Secondary - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Giovanni Higher Secondary?  Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30531.

Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli - Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli?  Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30531.

Kulleġġ San Thomas Moore - Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ San Thomas Moore?  Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30531.